32002R1181



Official Journal L 172 , 02/07/2002 P. 0013 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2002

ta’ l-1 ta’ Lulju 2002

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għad-definizzjoni ta’ limiti massimi ta’ fdal tal-prodotti veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jippreskrivi l-proċedura Komunitarja għad-definizzjoni tal-limiti massimi ta’ fdal ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2002 [2], u partikolarment l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi tal-fdal għandhom jiġu definiti progressivament għas-sustanzi kollha farmakoloġikament attivi li jintużaw fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biex jingħataw għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2) Il-limiti massimi tal-fdal għandhom jiġu definiti biss wara l-eżami fil-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tirrigwarda s-sigurtà għall-konsumatur ta’ oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali tal-fdal tas-sustanza ikkonċernata u l-impatt tal-fdalijiet fuq l-ipproċessar industrijali ta’ oġġetti ta’ l-ikel.

(3) Meta jiġu definiti l-limiti massimi tal-fdalijiet ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċje ta’ l-annimali li fihom jistgħu jkunu preżenti l-fdal, il-livelli li jista’ jkun hemm f’kull tip ta’ tessut tal-laħam meħud mill-annimali ittrattati (tessut immirat) u n-natura tal-fdal li huwa rilevanti għall-kontroll tal-fdal (fdal indikatur).

(4) Billi naqset id-disponibbilità ta’ prodotti mediċinali veterinarji għal xi speċji li jipproduċu l-ikel [3], jistgħu jiġu definiti limiti massimi għall-fdal, b’metodi ta’ estrapolazzjoni fuq bażi strettament xjentifika, minn limiti massimi għall-fdal stabbiliti għal speċi oħrajn.

(5) Għall-kontroll ta’ fdal kif previst fil-leġislazzjoni Komunitarja approprjata għandhom jiġu definiti limit ta’ fdal għat-tessuti mira tal-fwied u l-kliewi. Iżda, l-fwied u l-kliewi spiss jitneħħew minn karkassi li jiċċirkolaw fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi tal-fdal għandhom għalhekk dejjem jiġu definiti għat-tessuti tal-muskoli jew tax-xaħam.

(6) Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intenzjonati għall-użu ta’ tajr li jbid, annimali li jreddgħu l-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, il-limiti massimi tal-fdal għandhom jiġu definiti ukoll għall-bajd, għall-ħalib jew għall-għasel.

(7) Trimethoprim, Neomycin (inkluż il-framycetin), Paromomycin, Spectinomycin, Colistin, Danofloxacin, Difloxacin, Enrofloxacin, Flumequine, Erythromycin, Tilmicosin, Tylosin, Florfenicol, Lincomycin u Oxyclozanide għandhom jidħlu fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8) Għandu jiġi mogħti terminu xieraq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti li jistgħu jinħtieġu għall-awtorizzazzjonijiet li ngħataw skond id-Direttiva 2001/82/KE [4] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiegħdu fuq is-suq il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati, biex jiġi meħud kont tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqbel ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa b’dan emendat kif jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.08.1990, p. 1.

[2] ĠU L 137, tal-25.05.2002, p. 10.

[3] Disponibbilità ta’ prodotti mediċi veterinarji Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew COM(2000) 806 finali.

[4] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

1. Aġenti kontra l-infezzjoni

1.1. Kemoterapewtiċi

1.1.2. Derivativi mid-Diamino pyrimidine

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċje ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Trimethoprim | Trimethoprim | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel minbarra equidae | 50 µg/kg | Xaħam | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħedu il-bajd għall-konsum mill-bnedmin |

50 µg/kg | Muskolu |

50 µg/kg | Fwied |

50 µg/kg | Kliewi |

50 µg/kg | Ħalib |

Equidae | 100 µg/kg | Muskolu |

100 µg/kg | Xaħam |

100 µg/kg | Fwied |

100 µg/kg | Kliewi |

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Danofloxacin | Danofloxacin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, ovini, kaprini u tjur | 100 µg/kg | Muskolu | |

50 µg/kg | Xaħam | |

200 µg/kg | Fwied | |

200 µg/kg | Kliewi | |

Bovini, ovini, kaprini | 200 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Xaħam | |

400 µg/kg | Fwied | |

400 µg/kg | Kliewi | |

30 µg/kg | Ħalib | |

Tjur | 200 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħedu il-bajd għall-konsum mill-bnedmin |

100 µg/kg | Ġilda u xaħam |

400 µg/kg | Fwied |

400 µg/kg | Kliewi |

Difloxacin | Difloxacin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, ovini, kaprini u tjur | 300 µg/kg | Muskolu | |

100µg/kg | Xaħam | |

800 µg/kg | Fwied | |

600 µg/kg | Kliewi | |

Bovini, ovini, kaprini | 400 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-ħalib għall-konsum mill-bniedem |

100 µg/kg | Xaħam |

1,400 µg/kg | Fwied |

800 µg/kg | Kliewi |

Qżieqeż | 400 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Ġilda u xaħam | |

800 µg/kg | Fwied | |

800 µg/kg | Kliewi | |

Tjur | 300 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

400 µg/kg | Ġilda u xaħam |

1900 µg/kg | Fwied |

600 µg/kg | Kliewi |

Enrofloxacin | Enrofloxacin u ciprofloxacinflimkien | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, ovini, kaprini, qżieqeż, fniek u tjur | 100 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Xaħam | |

200 µg/kg | Fwied | |

200 µg/kg | Kliewi | |

Bovini, ovini, kaprini | 100 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Xaħam | |

300 µg/kg | Fwied | |

200 µg/kg | Kliewi | |

100 µg/kg | Ħalib | |

Qżieqeż, fniek | 100 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Xaħam | |

200 µg/kg | Fwied | |

300 µg/kg | Kliewi | |

Tjur | 100 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

100 µg/kg | Ġilda u xaħam |

200 µg/kg | Fwied |

300 µg/kg | Kliewi |

Flumequine | Flumequine | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, ovini, kaprini, qżieqeż, tjur u ħut bil-ġwienaħ | 200 µg/kg | Muskolu | |

250 µg/kg | Xaħam | |

500 µg/kg | Fwied | |

1000 µg/kg | Kliewi | |

Bovini, qżieqeż, ovini, kaprini | 200 µg/kg | Muskolu | |

300 µg/kg | Xaħam | |

500 µg/kg | Fwied | |

1500 µg/kg | Kliewi | |

50 µg/kg | Ħalib | |

Tjur | 400 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il- bajd għall-konsum mill-bniedem |

250 µg/kg | Ġilda u xaħam |

800 µg/kg | Fwied |

1000 µg/kg | Kliewi |

Ħut bil-ġwienaħ | 600 µg/kg | Muskolu u ġilda f'proporzjonijiet naturali | |

1.2.4. Makrolidi

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Erythromycin | Erythromicyin A | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 200 µg/kg | Muskolu | |

200 µg/kg | Xaħam | |

200 µg/kg | Fwied | |

200 µg/kg | Kliewi | |

40 µg/kg | Ħalib | |

150 µg/kg | Bajd | |

Tilmicosin | Tilmicosin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel minbarra t-tjur | 50 µg/kg | Muskolu | |

50 µg/kg | Xaħam | |

1000 µg/kg | Fwied | |

1000 µg/kg | Kliewi | |

50 µg/kg | Ħalib | |

Tjur | 75 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

75 µg/kg | Ġilda u xaħam |

1000 µg/kg | Fwied |

250 µg/kg | Kliewi |

Tylosin | Tylosin A | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 100 µg/kg | Xaħam | |

100 µg/kg | Muskolu | |

100 µg/kg | Fwied | |

100 µg/kg | Kliewi | |

50 µg/kg | Ħalib | |

200 µg/kg | Bajd | |

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Florfenicol | Florfenicol u l-metaboliti tiegħu mkejjla bħala florfenicol-amine, flimkien | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief bovini, ovini, kaprini, qżieqeż, tjur u ħut bil-ġwienaħ | 100 µg/kg | Muskolu | |

200 µg/kg | Xaħam | |

2000 µg/kg | Fwied | |

300 µg/kg | Kliewi | |

Bovini, ovini, kaprini | 200 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-ħalib għall-konsum mill-bniedem' |

3000 µg/kg | Xaħam |

300 µg/kg | Kliewi |

Qżieqeż | 300 µg/kg | Muskolu | |

500 µg/kg | Ġilda u xaħam | |

2000 µg/kg | Fwied | |

500 µg/kg | Kliewi | |

Tjur | 100 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

200 µg/kg | Ġilda u xaħam |

2500 µg/kg | Fwied |

750 µg/kg | Kliewi |

Ħut bil-ġwienaħ | 1000 µg/kg | Muskolu u ġilda f'proporzjonijiet naturali" | |

1.2.9. Linkosamidi

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Lincomycin | Lincomicyn | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 50 µg/kg | Xaħam | |

100 µg/kg | Muskolu | |

500 µg/kg | Fwied | |

1500 µg/kg | Kliewi | |

150 µg/kg | Ħalib | |

50 µg/kg | Bajd | |

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Neomycin (inkluż il- framycetin) | Neomycin B | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 500 µg/kg | Xaħam | |

500 µg/kg | Muskolu | |

500 µg/kg | Fwied | |

5000 µg/kg | Kliewi | |

1500 µg/kg | Ħalib | |

500 µg/kg | Bajd | |

Paromomycin | Paromomycin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 500 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-ħalib jew il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

1500 µg/kg | Fwied |

1500 µg/kg | Kliewi |

Spectinomycin | Spectinomycin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel minbarra ovini | 500 µg/kg | Xaħam | Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jittieħed il-bajd għall-konsum mill-bniedem |

300 µg/kg | Muskolu |

1000 µg/kg | Fwied |

5000 µg/kg | Kliewi |

200 µg/kg | Ħalib |

Ovini | 300 µg/kg | Muskolu | |

500 µg/kg | Xaħam | |

2000 µg/kg | Fwied | |

5000 µg/kg | Kliewi | |

200 µg/kg | Ħalib | |

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Colistin | Colistin | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | 150 µg/kg | Xaħam | |

150 µg/kg | Muskolu | |

150 µg/kg | Fwied | |

200 µg/kg | Kliewi | |

50 µg/kg | Ħalib | |

300 µg/kg | Bajd | |

"Sustanza attiva farmakoloġikament | Fdal indikatur | Speċi ta’ l-annimali | MRL | Tessuti mmirati | Disposizzjonijiet oħrajn |

Oxyclozanide | Oxyclozanide | Bovini | 20 µg/kg | Muskolu | |

20 µg/kg | Xaħam | |

500 µg/kg | Fwied | |

100 µg/kg | Kliewi | |

10 µg/kg | Ħalib | |

Ovini | 20 µg/kg | Muskolu | Mhux għall-użu f’annimali li minnhom jittieħed il-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |

20 µg/kg | Xaħam |

500 µg/kg | Fwied |

100 µg/kg | Kliewi" |

--------------------------------------------------