02018R0975 — MT — 01.10.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2018/975 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 (ĠU L 179 16.7.2018, p. 30) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/838 tad-19 ta’ Frar 2025 |
L 838 |
1 |
2.5.2025 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/975 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Lulju 2018
li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fl-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) Żona tal-Konvenzjoni
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll relatati mas-sajd għal stokkijiet ta' ħut transżonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-:
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jittrasbordaw prodotti tas-sajd li ġejjin miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi malli jitolbu l-aċċess għall-portijiet tal-Unjoni jew li jkunu s-suġġett ta' spezzjoni f'dawn il-portijiet u li jġorru prodotti tas-sajd li ġejjin miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
Artikolu 3
Ir-rabta ma' atti oħra tal-Unjoni
Ħlief fejn ikun espressament previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008, (KE) Nru 1224/2009 u (UE) 2017/2403.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO” tfisser iż-żona ġeografika indikata fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għall-użu għall-finijiet ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti tal-ġarr mgħammrin għat-trasportazzjoni ta' prodotti tas-sajd, ħlief għal bastimenti tal-kontejners;
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
“riżorsi tas-sajd tal-SPRFMO” tfisser ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha fi ħdan iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO ħlief:
l-ispeċijiet sedentarji sakemm dawn ikunu soġġetti għall-ġurisdizzjoni nazzjonali tal-Istati kostali skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (“UNCLOS”);
l-ispeċijiet migratorji ħafna elenkati fl-Anness I għall-UNCLOS;
l-ispeċijiet anadromi u katadromi;
il-mammiferi tal-baħar, ir-rettili tal-baħar u t-tajr tal-baħar;
“prodotti tas-sajd tal-SPRFMO” tfisser l-organiżmi akkwatiċi, jew prodotti derivati minnhom, li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, l-isparar, l-issettjar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u l-ħatt l-art ta' ħut u ta' prodotti tas-sajd;
“sajd tal-qiegħ” tfisser is-sajd minn kwalunkwe bastiment tas-sajd bl-użu ta' kwalunkwe rkaptu li aktarx jiġi f'kuntatt ma' qiegħ il-baħar jew ma' organiżmi tal-qiegħ matul il-kors normali tal-operazzjonijiet;
“impronta tas-sajd tal-qiegħ” tfisser il-medda ta' spazju tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;
“Sajd IUU” tfisser kwalunkwe attività ta' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat kif iddefinit fil-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
“abbozz tal-lista tal-bastimenti IUU tal-SPRFMO” tfisser il-lista inizjali tal-bastimenti tas-sajd preżunti li wettqu sajd IUU, kif abbozzata mis-Segretarjat tal-SPRFMO u ppreżentata lill-Kumitat għall-Konformità u l-Affarijiet Tekniċi tal-SPRFMO għall-kunsiderazzjoni;
“żona ta' sajd esploratorju” tfisser żona tas-sajd li ma ġietx soġġetta għas-sajd jew li ma ġietx soġġetta għas-sajd b'tip ta' rkaptu jew teknika partikolari fl-10 snin preċedenti;
“għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira” tfisser għeżul jew xbieki oħra, jew taħlita ta' xbieki, li jkun fihom tul ta' aktar minn 2,5 kilometri u li jimxu mal-kurrent fil-wiċċ jew ġol-ilma, bl-iskop li l-ħut jitgħaqqad, jinqabad jew jitħabbel fihom.
“għeżul tal-baħar fond” bħal pereżempju parit, xbieki kalati, xbieki ankrati u xbieki mgħerrqa, tfisser serje ta' ħitan ta' xbieki singoli, doppji jew trippli, miżmuma b'mod vertikali, fil-qiegħ jew qrib il-qiegħ, li fihom il-ħut jinqabad mill-garġi, jitħabbel jew jitgħaqqad. L-għeżul tal-baħar fond jikkonsistu f'xibka singola, jew, anqas komunement, doppja jew trippla imqiegħda flimkien fuq l-istess ħbula strutturali. Diversi tipi ta' xbieki jistgħu jiġu kkombinati f'irkaptu wieħed. Dawk ix-xbieki jistgħu jintużaw jew waħedhom jew inkella, kif inhu aktar komuni, jintuża għadd kbir minnhom imqegħda f'linja (“rimjiet” ta' xbieki). L-irkaptu jista' jiġi kalat, ankrat mal-qiegħ jew imħolli jimxi mal-kurrent, ħieles jew marbut mal-bastiment;
“Parti Mhux Kontraenti li Tikkoopera fl-SPRFMO” (CNCP) tfisser Stat jew entità tas-sajd li mhix parti tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO iżda li qablet li tikkoopera bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO;
“rekord tal-bastimenti tal-SPRFMO” tfisser il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni, kif notifikata mill-Partijiet Kontraenti u s-CNCPs, li hi miżmuma mis-Segretarjat tal-SPRFMO;
“trasbord” tfisser il-ħatt tal-prodotti tas-sajd kollha jew ta' parti minnhom minn fuq bastiment tas-sajd għal fuq bastiment tas-sajd ieħor;
“speċijiet oħra ta' interess” tfisser l-ispeċijiet elenkati fl-Anness XIII;
“ekosistema marina vulnerabbli” (EMV) tfisser kwalunkwe ekosistema marina li l-integrità tagħha (jiġifieri l-istruttura jew il-funzjoni tal-ekosistema) tkun, skont l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, mhedda b'impatti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku mal-irkapti tal-qiegħ fl-andament normali tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi l-iskollijiet, l-għoljiet tal-baħar, il-bokok idrotermali, il-qroll tal-ilma kiesaħ jew il-qigħan miksija bl-isponoż tal-ilma kiesaħ.
TITOLU II
MIŻURI TA' ĠESTJONI, TA' KONSERVAZZJONI U TA' KONTROLL LI JIRRIGWARDAW ĊERTI SPEĊIJIET
KAPITOLU I
Sawrell taċ-Ċilì (Trachurus murphyi)
Artikolu 5
L-informazzjoni dwar l-eżawriment tal-kwoti għas-sawrell taċ-Ċilì
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bid-data tal-għeluq ta' attività tas-sajd għas-sawrell taċ-Ċilì li tkun laħqet il-100 % tal-limitu tal-qbid tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni minnufih lis-Segretarjat tal-SPRFMO.
Artikolu 6
Il-kopertura tal-osservaturi fis-sajd għas-sawrell taċ-Ċilì
L-Istati Membri għandhom jiżguraw minimu ta' kopertura tal-osservaturi xjentifiċi ta' 10 % tal-vjaġġi għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom. Għall-bastimenti tas-sajd li jwettqu mhux aktar minn żewġ vjaġġi fis-sena, il-kopertura tal-osservaturi ta' 10 % għandha tiġi kkalkulata b'referenza għall-ġranet tas-sajd attivi fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, u b'referenza għas-settijiet fil-każ tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża.
Artikolu 7
Ir-rappurtar tad-data dwar is-sawrell taċ-Ċilì
Minbarra l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-data li ġejja fir-rigward tas-sajd għas-sawrell taċ-Ċilì:
sal-15-il jum ta’ kull xahar, il-lista tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom stadu b’mod attiv jew kienu involuti fit-trażbord fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul ix-xahar preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-SPRFMO sal-20 jum ta’ kull xahar;
mhux aktar tard minn 45 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO, ir-rapport xjentifiku annwali li jkopri s-sena preċedenti, inkluż kemm jista’ jkun data miġbura mill-osservaturi. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-SPRFMO sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO.
Artikolu 8
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tas-sawrell taċ-Ċilì disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.
KAPITOLU II
Tajr tal-baħar
Artikolu 9
Il-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tajr tal-baħar għall-bastimenti tas-sajd bil-konz
Artikolu 10
Il-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tajr tal-baħar għall-bastimenti tat-tkarkir
Artikolu 11
Ir-rapportar tad-data dwar it-tajr tal-baħar
Fir-rapport xjentifiku annwali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2) l-Istati Membri għandhom jindikaw:
il-miżuri ta' mitigazzjoni tat-tajr tal-baħar użati minn kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u li jistad fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
il-livell tal-kopertura tal-osservaturi ddedikat għar-reġistrazzjoni tal-qabda aċċessorja ta' tajr tal-baħar;
kwalunkwe data dwar l-interazzjoni tat-tajr tal-baħar osservata.
TITOLU III
MIŻURI TA' ĠESTJONI, TA' KONSERVAZZJONI U TA' KONTROLL LI JIRRIGWARDAW ĊERTI METODI TAS-SAJD
KAPITOLU I
Sajd tal-qiegħ
Artikolu 12
L-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-qiegħ
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom għandhom l-intenzjoni li jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, għandhom iressqu talba għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 45 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO fejn juru x-xewqa li tiġi kkunsidrata t-talba tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din it-talba lis-Segretarjat tal-SPRFMO sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-Laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO. It-talba għandha tinkludi:
l-impronta tas-sajd tal-qiegħ, ibbażata fuq ir-rekord tal-qabdiet jew l-isforz tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006 stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat;
il-livell annwali medju tal-qabdiet matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;
valutazzjoni tal-impatt tas-sajd tal-qiegħ;
evalwazzjoni ta' jekk l-attivitajiet proposti jippromwovux il-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet fil-mira u tal-ispeċijiet mhux fil-mira li jinqabdu bħala qabda aċċessorja, u wkoll jekk jipproteġux l-ekosistemi marini li fihom jokkorru dawn ir-riżorsi, inkluża l-prevenzjoni tal-impatti negattivi sinifikanti fuq l-EMVs.
Artikolu 13
Is-sajd tal-qiegħ barra mill-impronta tas-sajd tal-qiegħ jew li jaqbeż il-livelli tal-qabdiet tal-perjodu ta' referenza
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom għandhom l-intenzjoni li jistadu 'l barra mill-impronta tas-sajd tal-qiegħ jew li għandhom l-intenzjoni li jaqbżu l-livell annwali medju tal-qabdiet imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) għandhom iressqu talba għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 80 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO li fiha jixtiequ li tiġi kkunsidrata t-talba tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi t-talba lis-Segretarjat tal-SPRFMO sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel il-Laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO. It-talba għandha tinkludi:
valutazzjoni tal-impatt tas-sajd tal-qiegħ;
evalwazzjoni ta' jekk l-attivitajiet proposti jippromwovux il-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet fil-mira u tal-ispeċijiet mhux fil-mira li jinqabdu bħala qabda aċċessorja, u wkoll jekk jipproteġux l-ekosistemi marini li fihom jinsabu dawn ir-riżorsi, inkluża l-prevenzjoni tal-impatti negattivi sinifikanti fuq l-EMVs.
Artikolu 14
EMVs fis-sajd tal-qiegħ
Artikolu 15
Il-kopertura tal-osservaturi fis-sajd tal-qiegħ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kopertura tal-osservaturi ta' 100 % tal-bastimenti tat-tkarkir li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma involuti fis-sajd tal-qiegħ, u ta' mill-inqas 10 % tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jużaw irkaptu ieħor tas-sajd tal-qiegħ.
Artikolu 16
Ir-rappurtar tad-data għas-sajd tal-qiegħ
KAPITOLU II
Żoni ta' sajd esploratorju
Artikolu 17
L-awtorizzazzjoni għal sajd esploratorju
L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jawtorizzaw bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom biex jistad f'żona tas-sajd esploratorju, għandhom iressqu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 80 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO:
rikjesta għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni li tinsab fl-Anness V;
Pjan Operazzjonali tas-Sajd b'konformità mal-Anness VI, inkluż impenn ta' konformità mal-Pjan ta' Ġbir tad-Data tal-SPRFMO imsemmija fl-Artikolu 18(3), (4) u (5).
Artikolu 18
Is-sajd esploratorju
Artikolu 19
Is-sostituzzjoni tal-bastimenti tas-sajd fis-sajd esploratorju
Minkejja l-Artikoli 17 u 18, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sajd f'żona tas-sajd esploratorju minn bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li mhuwiex identifikat fil-Pjan Operazzjonali tas-Sajd jekk bastiment tas-sajd tal-Unjoni identifikat fil-Pjan Operazzjonali tas-Sajd ma jkunx jista' jistad minħabba raġunijiet operazzjonali leġittimi jew ta' forza maġġuri. F'tali ċirkostanzi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u jipprovdi:
id-dettalji sħaħ tal-bastiment maħsub għas-sostituzzjoni;
rendikont komprensiv tar-raġunijiet għas-sostituzzjoni u kwalunkwe prova ta' appoġġ rilevanti;
l-ispeċifikazzjonijiet u deskrizzjoni sħiħa tat-tipi ta' rkaptu tas-sajd li se jintużaw mill-bastiment ta' sostituzzjoni.
KAPITOLU III
L-għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira, l-għeżul tal-baħar fond u għeżul oħra
Artikolu 20
L-għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira u l-għeżul tal-baħar fond
L-użu tal-għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira u tal-għeżul kollha tal-baħar fond huwa pprojbit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO kollha kemm hi.
Artikolu 21
L-għeżul
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jkollhom l-intenzjoni li jittranżitaw iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO bl-għeżul abbord għandhom:
javżaw lis-Segretarjat mill-inqas 36 siegħa bil-quddiem qabel ma l-bastiment jidħol fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, u għandhom jinkludu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ mistennija u t-tul tal-għażel miżmum abbord;
jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom iħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) li tirrapporta darba kull sagħtejn meta l-bastiment ikun fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
iressqu r-rapporti tal-pożizzjoni VMS lis-Segretarjat tal-SPRFMO fi żmien 30 jum minn meta l-bastiment ikun ħareġ miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO; u
jekk xi għeżul aċċidentalment jintilfu jew ikunu waqgħu fil-baħar mill-bastiment, jirrapportaw id-data, il-ħin, il-pożizzjoni u t-tul (f'metri) tal-għeżul mitlufa lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta l-irkaptu jkun intilef jew waqa' l-baħar.
TITOLU IV
MIŻURI TA' KONTROLL KOMUNI
KAPITOLU I
Awtorizzazzjonijiet
Artikolu 22
Ir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO
KAPITOLU II
It-trasbord
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-trasbord
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-operazzjonijiet ta' trasbord imwettqa:
fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO fir-rigward tar-riżorsi tas-sajd tal-SPRFMO, u ta' speċijiet oħra maqbuda b'rabta ma' dawn ir-riżorsi, li jkunu ġew miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
barra miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO fir-rigward tar-riżorsi tas-sajd tal-SPRFMO u ta' speċijiet oħra maqbuda b'rabta ma' dawn ir-riżorsi, li jkunu ġew miż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
Artikolu 24
In-notifika tat-trasbord tas-sawrell taċ-Ċilì u ta' speċijiet demersali
Irrispettivament minn fejn iseħħ it-trasbord, fil-każ ta' trasbord tas-sawrell taċ-Ċilì u tas-speċijiet demersali li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom simultanjament jittrażmettu lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-SPFRMO l-informazzjoni li ġejja:
notifika dwar l-intenzjoni ta' trasbord, li għandha tindika perjodu ta' 14-il jum li matulu jkun skedat li jsir it-trasbord tas-sawrell taċ-Ċilì u tas-speċijiet demersali maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, u li għandha tasal sebat ijiem qabel l-ewwel jum tal-perjodu ta' 14-il jum;
notifika dwar it-trasbord innifsu, li għandha tasal tal-anqas 12-il siegħa qabel il-ħin stmat ta' tali attivitajiet.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operatur tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni jittrażmetti dik l-informazzjoni direttament lis-Segretarjat tal-SPRFMO b'mezzi elettroniċi, sakemm din l-informazzjoni tiġi trażmessa simultanjament lill-Kummissjoni wkoll.
Artikolu 25
Il-monitoraġġ tat-trasbord tas-sawrell u ta' speċijiet demersali
Artikolu 26
L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata wara t-trasbord tas-sawrell taċ-Ċilì u ta' speċijiet demersali
KAPITOLU III
Ġbir u rappurtar ta' data
Artikolu 27
Il-ġbir u r-rappurtar tad-data
KAPITOLU IV
Programmi ta' osservazzjoni
Artikolu 28
Il-programmi ta' osservazzjoni
Artikolu 29
Is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti
KAPITOLU V
Il-kontroll ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-Istati Membri
Artikolu 30
Il-punti ta' kuntatt u l-portijiet iddeżinjati
Stat Membru li jkun jixtieq jagħti aċċess għall-portijiet tiegħu lil bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin iġorru prodotti tas-sajd tal-SPRFMO maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO jew prodotti tas-sajd li joriġinaw minn dawn ir-riżorsi li ma jkunux tħattew l-art jew ġew ittrasbordati qabel f'port jew fuq il-baħar, għandu:
jiddeżinja l-portijiet li għalihom il-bastimenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jitolbu l-aċċess skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
jiddeżinja punt ta' kuntatt għall-fini li jirċievi l-avviż minn qabel skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
jiddeżinja punt ta' kuntatt għall-fini li jirċievi r-rapporti ta' spezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Artikolu 31
In-notifika minn qabel
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri tal-port għandhom jirrikjedu lill-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li għandhom l-intenzjoni li jħottu l-art jew li jittrasbordaw fil-portijiet tagħhom ir-riżorsi tas-sajd tal-SPRFMO li ma jkunux tħattew l-art jew ġew ittrasbordati qabel, jipprovdu, mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, l-informazzjoni li ġejja skont l-Anness XI:
l-identifikazzjoni tal-bastiment (identifikazzjoni esterna, isem, bandiera, numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), jekk għandu, u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS));
l-isem tal-port iddeżinjat li għalih il-bastiment tas-sajd qed jitlob l-aċċess, u l-iskop tal-waqfa fil-port (ħatt l-art jew trasbord);
kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jew, fejn ikun xieraq, kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra fil-pussess tal-bastiment tas-sajd biex tappoġġja l-operazzjonijiet fuq prodotti tas-sajd tal-SPRFMO, jew għat-trasbord ta' tali prodotti tas-sajd;
id-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-port;
il-kwantitajiet stmati, f'kilogrammi, ta' kull prodott tas-sajd tal-SPRFMO miżmum abbord, flimkien maż-żoni tal-qbid assoċjati. Jekk abbord ma jkunx hemm prodotti tas-sajd tal-SPRFMO, għandu jiġi trażmess rapport “xejn”;
il-kwantitajiet stmati, f'kilogrammi, ta' kull prodott tas-sajd tal-SPRFMO, li jkun se jinħatt l-art jew jiġi trasbordat, flimkien maż-żoni tal-qbid assoċjati;
il-lista tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd;
id-dati tal-vjaġġ tas-sajd.
Artikolu 32
L-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art jew għat-trasbord fil-portijiet
Wara li jkun irċieva l-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 31, Stat Membru tal-port għandu jiddeċiedi jekk jawtorizzax jew jiċħadx id-dħul tal-bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz fil-port tiegħu. Meta l-bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz ikun ġie mċaħħad milli jidħol, l-Istat Membru tal-port għandu jinforma lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-SPRFMO mingħajr dewmien. L-Istati Membri tal-port għandhom jiċħdu l-aċċess lill-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista tal-bastimenti IUU tal-SPRFMO.
Artikolu 33
L-ispezzjonijiet fil-port
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri tal-port għandhom jispezzjonaw il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi meta:
ikun hemm talba minn Parti Kontraenti oħra, minn CNCP jew minn RFMO rilevanti li bastiment tas-sajd partikolari jiġi spezzjonat, b'mod partikolari fejn dawn ir-rikjesti jiġu appoġġjati minn evidenza ta' sajd IUU mill-bastiment tas-sajd inkwistjoni, u meta jkun hemm raġunijiet ċari biex jiġi ssuspettat li bastiment tas-sajd kien involut f'sajd IUU;
il-bastiment tas-sajd ikun naqas milli jipprovdi informazzjoni kompluta kif mitlub fl-Artikolu 31;
il-bastiment tas-sajd ikun ġie mċaħħad mid-dħul jew l-użu ta' port b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-SPRFMO jew ta' RFMOs oħra.
Artikolu 34
Il-proċedura tal-ispezzjoni
Artikolu 35
Il-proċedura fil-każ ta' evidenza ta' ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO waqt l-ispezzjonijiet fil-port
KAPITOLU VI
Infurzar
Artikolu 36
Il-ksur allegat tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO rrappurtat mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, mill-inqas 145 jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kummissjoni tal-SPRFMO, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul is-sentejn preċedenti. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-informazzjoni, u jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-inqas 120 jum qabel il-laqgħa annwali.
Artikolu 37
L-inklużjoni ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni fl-abbozz tal-lista ta' bastimenti IUU tal-SPRFMO
Artikolu 38
Il-miżuri li jirrigwardaw il-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-SPRFMO
Artikolu 39
In-nuqqasijiet ta' konformità allegati rrappurtati mis-Segretarjat tal-SPRFMO
Artikolu 40
Il-ksur allegat tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO rrappurtat minn Parti Kontraenti jew minn CNCP
Artikolu 41
Il-ħsara teknika tal-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita
Fil-każ ta' ħsara teknika tal-apparat tagħhom ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom, jirrapportaw id-data li ġejja, kull erba' sigħat, liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom b'mezzi tat-telekomunikazzjoni xierqa:
in-numru tal-OMI;
l-IRCS;
l-isem tal-bastiment;
l-isem tal-kaptan tal-bastiment;
il-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni), id-data u l-ħin (UTC);
l-attività (sajd/tranżitu/trasbord).
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 42
Il-kunfidenzjalità
Id-data li tinġabar u li tiġi skambjata fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata b'konformità mar-regoli dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 43
Il-proċedura għall-emendi
Sabiex jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni l-emendi tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 biex jemendaw:
l-Annessi ta' dan ir-Regolament;
il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 7(1) u (2), 11, 12(2), 13(2), 16(1) u (2), 17(1) u (2), 22(1) sa (4), 24(1), 25(2), 26(1), 27(2) u (3), 28(2) u (3), 29(1), 30(2), 31(1), 34(5) u (6), 35(2) u (3), 36, 37(1), 39(2), 40(2) u (3), u 41(1) u (2).
il-kopertura tal-osservaturi stabbilita fl-Artikoli 6 u 15;
il-perjodu ta' referenza biex tiġi determinata l-impronta tas-sajd tal-qiegħ fl-Artikolu 12(2);
il-kopertura tal-ispezzjoni stabbilita fl-Artikolu 33(1);
it-tip ta' rekwiżiti ta' data u informazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7(2), 11, 12(2) u (3), 13(2) u (3), 14(1), 16(1) u (2), 17(1), 18(2) u (3), 19(1), 24(1), 25(2), 27(2) u (3), 28(3), 31(1) u 41(1).
Artikolu 44
L-eżerċizzju tad-delega
Artikolu 45
Il-proċedura tal-kumitat
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-istandards tal-piżijiet tal-lett
Il-bastimenti għandhom jużaw reġim ta' piżijiet tal-konzijiet li jikseb rata ta' veloċità minima ta' immersjoni tal-konzijiet, li tista' tintwera, ta' 0,3 metri/sekonda għal fond ta' 15-il metru għal kull irkaptu. B'mod partikolari:
il-piżijiet mal-lett esterni fis-sistema Spanjola u l-linji tat-trot għandhom jużaw massa ta' mill-inqas 8,5 kg f'intervalli ta' mhux aktar minn 40 m jekk jintuża l-ġebel, massa ta' 6 kg f'intervalli ta' mhux aktar minn 20 m għall-piżijiet tal-konkrit, u piżijiet ta' 5 kg f'intervalli ta' mhux aktar minn 40 m meta jintużaw piżijiet tal-metall solidu;
il-piżijiet mal-lett esterni f'linja awtomatika għandhom jużaw massa ta' mill-inqas 5 kg f'intervalli ta' mhux aktar minn 40 m, li għandhom jiġu rilaxxati mill-bastimenti b'mod li jevita t-tensjoni fuq il-poppa tal-bastiment (it-tensjoni fuq wara tista' tgħolli 'l barra mill-ilma xi sezzjonijiet mill-konz li jkunu diġà mħejjija għall-użu);
il-piżijiet mal-lett interni għandhom ikollhom qafas taċ-ċomb ta' mill-inqas 50 g/m.
ANNESS II
L-ispeċifikazzjonijiet għal-lettijiet bin-naffara tal-għasafar
F'kull ħin għandhom jinġarru żewġ lettijiet bin-naffara tal-għasafar, u għandhom ikunu bil-lest biex jintużaw kull darba li l-irkaptu jiġi kalat mill-bastiment. B'mod partikolari:
il-lettijiet bin-naffara tal-għasafar għandhom jitwaħħlu mal-bastiment b'mod li meta jkunu lesti għall-użu l-lixki jkunu protetti permezz tal-lett bl-istrixxi li jnaffru, anke f'irjieħ trasversali;
il-lettijiet bin-naffara tal-għasafar għandhom jużaw strixxi b'kuluri vivaċi li jkunu twal biżżejjed biex jilħqu l-wiċċ tal-baħar f'kundizzjonijiet kalmi (“strixxi twal”) li jitpoġġew f'intervalli ta' mhux aktar minn 5 m mill-inqas għall-ewwel 55 m tal-lett bl-istrixxi u għandhom jitwaħħlu mal-lett b'torniketti li jipprevjenu li l-istrixxi jitħabblu mal-lett;
il-lettijiet bin-naffara tal-għasafar jistgħu jużaw ukoll strixxi ta' mill-inqas 1 m (“strixxi qosra”) li jitpoġġew f'intervalli ta' mhux aktar minn 1 m;
jekk lett bin-naffara tal-għasafar jinkiser jew iġarrab ħsarat waqt l-użu, dan għandu jiġi msewwi jew sostitwit sabiex il-bastiment jissodisfa dawn l-ispeċifikazzjonijiet qabel ma jintefgħu aktar snanar fl-ilma;
il-lettijiet bin-naffara tal-għasafar għandhom jitpoġġew b'mod li:
jibqgħu 'l fuq mill-wiċċ tal-ilma meta s-snanar ikunu għerqu għal fond ta' 15 m, jew
ikollhom tul minimu ta' 150 m meta jiġu estiżi u sospiżi minn punt fuq il-bastiment ta' mill-inqas 7 m 'il fuq mill-ilma fin-nuqqas ta' mbatt.
ANNESS III
L-ispeċifikazzjonijiet tal-purtiera li tfixkel lill-għasafar
Il-purtiera li tfixkel lill-għasafar tikkonsisti f'żewġ bomi jew aktar imwaħħla mal-kwart tal-poppa tal-bastiment, b'tal-inqas boma waħda mwaħħla mal-kwart tal-poppa ta' bord il-lemin u tal-inqas boma waħda mwaħħla mal-kwart tal-poppa bord ix-xellug:
kull boma għandha testendi minimu ta' 4 m 'l barra mill-ġenb jew mill-poppa tal-bastiment;
mal-bomi għandhom jitwaħħlu kejbils imdendla b'distanza ta' mhux aktar minn 2 m 'il bogħod minn xulxin;
konijiet tal-plastik, bsaten jew materjal ieħor durabbli u b'kuluri vivaċi għandhom jitqabbdu mat-truf tal-kejbils imdendla b'mod li l-qiegħ tal-kon, bastun jew materjal ma jkunx aktar minn 500 mm 'l fuq mill-ilma, fin-nuqqas ta' riħ u mewġ;
bejn il-kejbils imdendla jistgħu jitqabbdu ħbula jew ċineg sabiex jiġi pprevenut it-tħabbil.
ANNESS IV
Il-linji gwida għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' notifiki ta' skoperta ta' EMVs
1. Informazzjoni ġenerali
Tinkludi informazzjoni tal-kuntatt, il-bandiera, l-isem jew ismijiet tal-bastimenti u d-dati tal-ġbir tad-data.
2. Il-post tal-EMV
Indika l-pożizzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem ta' kull tħejjija tal-irkaptu għall-użu u l-osservazzjonijiet.
Ipprovdi mapep taż-żoni tas-sajd, inkluża l-batimetrija jew il-ħabitat sottostanti u l-iskala tal-ispazju tas-sajd.
Indika l-profondità jew profonditajiet tas-sajdiet.
3. L-irkaptu tas-sajd
Indika l-irkaptu tas-sajd użat f'kull post.
4. Id-data addizzjonali miġbura
Indika d-data addizzjonali miġbura fil-postijiet, jew qrib il-postijiet, fejn saru s-sajdiet, jekk ikun possibbli.
Id-data bħall-batimetrija b'multibeam, id-data oċeanografika bħall-profili CTD, il-profili attwali, il-kimika tal-ilma, it-tipi ta' substrati rreġistrati fi jew qrib dawk il-postijiet, fawna oħra osservata, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo, il-profili akustiċi, eċċ.
5. It-taxa (gruppi tassonomiċi) tal-EMV
Għal kull stazzjon fejn ikun sar is-sajd, ipprovdi d-dettalji tal-gruppi tassonomiċi tal-EMV osservati, inkluża d-densità relattiva tagħhom, id-densità assoluta jew in-numru ta' organiżmi jekk ikun possibbli.
ANNESS V
L-istandards għad-data tal-bastimenti
1. L-elementi ta' data li ġejjin għandhom jinġabru skont l-Artikoli 16, 17 u 22:
Bandiera attwali tal-bastiment u isem il-bastiment
Numru tar-reġistrazzjoni
IRCS (jekk disponibbli)
UVI (Identifikatur Uniku tal-Bastiment)/numru tal-OMI
Ismijiet preċedenti (jekk huma magħrufa)
Il-port tar-reġistrazzjoni
Bandiera preċedenti
Tip ta' bastiment
Tip ta' metodu/metodi tas-sajd
Tul
Tip ta' tul, bħal pereżempju “LOA”, “LBP”
Tunnellaġġ gross — GT (li għandu jingħata bħala unità ppreferuta ta' tunnellaġġ)
Tunnellaġġ gross irreġistrat — GRT (li għandu jingħata jekk il-GT ma jkunx disponibbli; jista' jingħata wkoll flimkien mal-GT)
Saħħa tal-magna/magni ewlenija/ewlenin (kw)
Kapaċità tal-istiva (m3; jekk applikabbli)
Tip ta' freezer (jekk applikabbli)
Numru ta' unitajiet ta' freezers (jekk applikabbli)
Kapaċità tal-iffriżar (jekk applikabbli)
Tipi u numri tal-komunikazzjoni tal-bastiment (in-numri INMARSAT A, B u C);
Dettalji tas-sistema tal-VMS (ditta, mudell, karatteristiċi u identifikazzjoni);
Isem tas-sid jew sidien
Indirizz tas-sid jew sidien
Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni tal-bastiment
Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni tal-bastiment
Data tal-inklużjoni fir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO
Ritratti diġitali tal-bastiment ta’ kwalità tajba, b’riżoluzzjoni għolja u b’luminożità u kuntrast xierqa, li ma jkunux eqdem minn 5 snin fil-mument li fih il-bastiment jiġi awtorizzat l-ewwel darba, li għandhom jikkonsistu f’mill-inqas:
ritratt ta’ bord il-lemin tal-bastiment li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu;
ritratt ta’ bord ix-xellug tal-bastiment li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu;
ritratt li juri l-poppa meħud direttament minn wara, inkluż kwalunkwe sovrastruttura.
Ir-ritratti għandhom jiġu aġġornati meta jsiru bidliet fil-karatteristiċi tal-bastiment (eż. modifiki tal-buq, tas-sovrastruttura, tak-marki esterni). Ir-ritratti għandhom jiġu ppreżentati f’wieħed mill-formati ta’ fajls li ġejjin: jpeg, png, jew tiff.
2. Jekk disponibbli għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja, meta jkun prattikabbli:
Il-marki esterni (bħall-isem tal-bastiment, in-numru tar-reġistrazzjoni jew l-IRCS)
It-tipi ta' linji tal-ipproċessar tal-ħut (jekk applikabbli)
Id-data tal-kostruzzjoni
Il-post tal-kostruzzjoni
Fond iffurmat
Raġġ
Tagħmir elettroniku abbord (pereżempju radju, ekosonda, radar, netsonda)
Isem tas-sid jew sidien tal-liċenzja (jekk differenti mis-sid tal-bastiment)
L-indirizz tas-sid(ien) tal-liċenzja (jekk differenti mis-sid tal-bastiment)
L-isem tal-operatur(i) (jekk differenti mis-sid tal-bastiment)
L-isem u l-indirizz tal-operatur(i), (jekk differenti mis-sid tal-bastiment)
L-isem tal-kaptan tal-bastiment
In-nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
L-isem tal-kaptan tas-sajd
In-nazzjonalità tal-kaptan tas-sajd
ANNESS VI
Il-Pjan Operazzjonali tas-Sajd għas-sajd esploratorju
Il-Pjan Operazzjonali tas-Sajd għas-sajd esploratorju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, sal-punt fejn tkun disponibbli:
deskrizzjoni tas-sajd esploratorju, inkluża ż-żona, l-ispeċijiet fil-mira, il-metodi tas-sajd proposti, il-limiti massimi tal-qbid proposti u kwalunkwe tqassim dak il-limiti ta' qbid bejn iż-żoni u l-ispeċijiet;
l-ispeċifikazzjoni u d-deskrizzjoni sħiħa tat-tipi ta' rkaptu tas-sajd li għandu jintuża, inkluża kwalunkwe modifika li ssir lill-irkaptu bil-ħsieb li jittaffew l-effetti tas-sajd propost fuq speċijiet mhux fil-mira u assoċjati jew dipendenti jew fuq l-ekosistema tal-baħar li fiha jsir is-sajd;
il-perjodu ta' żmien kopert mill-Pjan Operazzjonali tas-Sajd (sa perjodu massimu ta' tliet snin);
kwalunkwe informazzjoni bijoloġika dwar l-ispeċijiet fil-mira minn riċerka komprensiva jew vjaġġi ta' stħarriġ, bħad-distribuzzjoni, l-abbundanza, id-data demografika u l-informazzjoni dwar l-identità tal-istokkijiet;
id-dettalji ta' speċijiet mhux fil-mira u speċijiet assoċjati jew dipendenti u l-ekosistema marina li fiha jsir is-sajd, sal-punt fejn dawn aktarx jiġu affettwati mill-attività tas-sajd proposta u kwalunkwe miżura li se tittieħed sabiex jittaffew dawn l-effetti;
l-impatt kumulattiv antiċipat tal-attività kollha tas-sajd fiż-żona tas-sajd esploratorju jekk applikabbli;
l-informazzjoni minn sajd ieħor fir-reġjun jew sajd simili f'postijiet oħrajn li tista' tassisti fl-evalwazzjoni tar-rendiment potenzjali tas-sajd esploratorju rilevanti, sal-punt li l-Istat Membru jkun jista' jipprovdi dik l-informazzjoni;
jekk l-attività tas-sajd proposta hija t-tkarkir tal-qiegħ, il-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tat-tkarkir tal-qiegħ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru inkwisjtoni, f'konformità mal-Artikoli 12 u 13;
fejn l-ispeċi fil-mira hija ġestita wkoll minn RFMO kontigwa għall-SPRFMO jew organizzazzjoni simili, deskrizzjoni ta' dik iż-żona tas-sajd viċina li tkun suffiċjenti biex tippermetti lill-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO jifformula l-parir tiegħu.
ANNESS VII
Notifika ta’ qabel it-trażbord
Dettalji tat-trażbord
L-Istat Membru li qed jippreżenta d-data
Id-data antiċipata tat-trażbord (UTC)
Il-ħin antiċipat tat-trażbord (UTC), jekk disponibbli
Il-latitudni antiċipata tat-trażbord (gradi deċimali)
Il-lonġitudni antiċipata tat-trażbord (gradi deċimali)
Il-formola mtliet minn (isem il-bastiment)
Dettalji tal-bastiment li jħott
Isem il-bastiment
Numru tar-reġistrazzjoni
IRCS
Stat tal-bandiera tal-bastiment
Numru OMI
Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
Il-kwantità stmata skont il-piż tal-ħut abbord qabel it-trażbord skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid
Il-kwantità stmata skont il-piż li għandha tiġi trażbordata skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid
Dettalji tal-bastiment riċevitur
Isem il-bastiment
Numru tar-reġistrazzjoni
IRCS
Stat tal-bandiera tal-bastiment
Numru OMI
Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
Il-kwantità stmata skont il-piż tal-ħut abbord qabel it-trażbord skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid.
ANNESS VIII
Ġurnal dwar it-trażbord tal-osservatur
Dettalji tal-bastiment tas-sajd li jħott
|
Isem il-bastiment |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
|
|
IRCS |
|
|
Stat tal-bandiera tal-bastiment |
|
|
Numru OMI |
|
|
Isem u nazzjonalità tal-kaptan |
|
Dettalji tal-bastiment tas-sajd riċevitur
|
Isem il-bastiment |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
|
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju |
|
|
Stat tal-bandiera tal-bastiment |
|
|
Numru OMI |
|
|
Isem u nazzjonalità tal-kaptan |
|
Operazzjoni tat-trażbord
|
Data u ħin tal-bidu tat-trażbord (UTC) |
|
||||||
|
Data u ħin tat-tlestija tat-trażbord (UTC) |
|
||||||
|
Jekk it-trażbord isir fil-port: L-isem, il-pajjiż u l-kodiċi () tal-port |
|
||||||
|
Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar: il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jibda t-trażbord |
|
||||||
|
Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar: il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jitlesta t-trażbord |
|
||||||
|
Deskrizzjoni tat-tip ta’ prodott skont l-ispeċi (bħal pereżempju ħut sħiħ iffriżat f’kaxxi ta’ 20 kg) |
|||||||
|
Speċijiet |
|
Tip ta’ Prodott |
|
||||
|
Speċijiet |
|
Tip ta’ Prodott |
|
||||
|
Speċijiet |
|
Tip ta’ Prodott |
|
||||
|
Għadd ta’ kaxxi, piż nett (kg) tal-prodott, skont l-ispeċi |
|||||||
|
Speċijiet |
|
Kaxxi |
|
Piż nett |
|
||
|
Speċijiet |
|
Kaxxi |
|
Piż nett |
|
||
|
Speċijiet |
|
Kaxxi |
|
Piż nett |
|
||
|
Speċijiet |
|
Kaxxi |
|
Piż nett |
|
||
|
Piż nett totali tal-prodott trażbordat (kg) |
|
||||||
|
Numri tal-istiva fil-bastiment refriġeratur fejn jinħażen il-prodott |
|
||||||
|
Port u pajjiż tad-destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċevitur |
|
||||||
|
Data stmata tal-wasla |
|
||||||
|
Data stmata tal-ħatt l-art |
|
||||||
|
(1)
Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Postijiet tal-Kummerċ u tat-Trasport (UN/LOCODE).; |
|||||||
Osservazzjonijiet (jekk applikabbli)
|
|
Verifika
|
Isem l-osservatur |
|
|
Awtorità |
|
|
Firma |
|
ANNESS IX
Dikjarazzjoni tat-trażbord
Dettalji tal-bastiment tas-sajd li jħott
Isem il-bastiment
Numru tar-reġistrazzjoni
IRCS
Stat tal-bandiera tal-bastiment
Numru OMI
Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
Dettalji tal-bastiment tas-sajd riċevitur
Isem il-bastiment
Numru tar-reġistrazzjoni
IRCS
Stat tal-bandiera tal-bastiment
Numru OMI
Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
Dettalji tal-operazzjoni tat-trażbord
Data u ħin tal-bidu tat-trażbord (UTC)
Data u ħin tat-tlestija tat-trażbord (UTC)
Jekk it-trażbord isir fil-port:
Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar:
il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jibda t-trażbord (latitudni u lonġitudni; grad deċimali)
il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jitlesta t-trażbord (latitudni u lonġitudni; grad deċimali)
Port destinatarju tal-bastiment tas-sajd riċevitur ( 1 )
Stima tad-data tal-wasla
Stima tad-data tal-ħatt l-art
Numri tal-istiva fil-bastiment tas-sajd riċevitur fejn jinħażen il-prodott
Dettalji tar-riżorsi tas-sajd trażbordati
Dettalji tar-riżorsi tas-sajd trażbordati
Kodiċi tal-ispeċi (kodiċi tal-FAO bi tliet ittri)
Deskrizzjoni tal-ispeċi, skont it-tip ta’ prodott (eż: ħut sħiħ iffriżat)
Tip ta’ kontenitur/kaxxa
Numru ta’ kaxxi u piż nett (kg) tal-prodott skont it-tip ta’ kontenitur/pakk u skont l-ispeċi
Piż nett totali tal-prodott trażbordat (kg)
Irkaptu tas-sajd użat ( 2 )
Verifika
Isem l-osservatur
Awtorità
ANNESS X
Id-data tal-osservatur
Il-bastiment u d-dettalji tal-osservatur għandhom jiġu rreġistrati darba biss għal kull vjaġġ osservat, u għandhom jiġu rrapportati b'mod li jorbot id-data tal-bastiment mad-data meħtieġa fit-Taqsimiet A, B, C, u D.
A. Id-data tal-bastiment u tal-osservatur li għandha tinġabar għal kull vjaġġ osservat
|
1. |
Id-data tal-bastiment li ġejja għandha tinġabar għal kull vjaġġ osservat:
(a)
Il-bandiera attwali tal-bastiment
(b)
Isem il-bastiment
(c)
Isem il-kaptan tal-bastiment
(d)
Isem il-kaptan tas-sajd
(e)
In-numru tar-reġistrazzjoni
(f)
IRCS (jekk disponibbli)
(g)
In-numru tal-Lloyd's/tal-OMI (jekk allokat)
(h)
Ismijiet preċedenti (jekk huma magħrufa)
(i)
Il-port tar-reġistrazzjoni
(j)
Il-bandiera preċedenti (jekk kien hemm)
(k)
It-tip ta' bastiment (uża l-kodiċijiet ISSCFV xierqa)
(l)
It-tip ta' metodu jew metodi ta' sajd (uża l-kodiċijiet ISSCFG xierqa)
(m)
Tul (m)
(n)
Tip ta' tul eż. “LOA”, “LBP”
(o)
Ir-raġġ (m)
(p)
Tunnellaġġ gross — GT (li għandu jingħata bħala l-unità preferuta tat-tunnellaġġ)
(q)
Tunnellaġġ Gross Irreġistrat — GRT (li għandu jingħata jekk il-GT ma jkunx disponibbli; jista' jingħata wkoll flimkien mal-GT)
(r)
Is-saħħa tal-magna jew magni ewlenin (kilowatts)
(s)
Il-kapaċità tal-istiva (metri kubi)
(t)
Rekord tal-apparat abbord li jista' jaffettwa l-fatturi tas-saħħa tas-sajd (l-apparat tan-navigazzjoni, ir-radar, is-sistemi tas-sonar, ir-riċevituri tat-temp bil-faks jew bis-satellita, ir-riċevitur tal-immaġini tat-temperatura tas-superfiċje tal-baħar, il-monitor tal-kurrent Doppler, is-sonda tad-direzzjoni tar-radju), fejn ikun prattiku
(u)
In-numru totali tal-ekwipaġġ (il-persunal kollu, eskluż l-osservaturi) |
|
2. |
Id-data tal-osservatur li ġejja għandha tinġabar għal kull vjaġġ osservat:
(a)
L-isem tal-osservatur
(b)
L-organizzazzjoni tal-osservatur
(c)
Id-data tal-imbark tal-osservatur (id-data UTC)
(d)
Il-port tal-imbark
(e)
Id-data tal-iżbark tal-osservatur (id-data UTC)
(f)
Il-port tal-iżbark |
B. Id-data dwar il-qabdiet u l-isforz li għandha tinġabar għall-attività tas-sajd bit-tkarkir
|
1. |
Id-data għandha tinġabar fuq bażi diżaggregata (irmonk b'irmonk) għat-tkarkir kollu osservat. |
|
2. |
Id-data li ġejja għandha tinġabar għal kull kalar tax-xbieki tat-tkarkir:
(a)
Id-data u l-ħin tal-bidu tal-kalar tax-xbieki bit-tkarkir (il-ħin li fih l-irkaptu jibda jistad — UTC)
(b)
Id-data u l-ħin tat-tmiem tal-kalar tax-xbieki bit-tkarkir (il-ħin li fih jibdew jittellgħu x-xbieki — UTC)
(c)
Il-pożizzjoni fil-bidu tat-tkarkir (Lat/Lon, riżoluzzjoni ta' minuta — deċimali)
(d)
Il-pożizzjoni fi tmiem it-tkarkir (Lat/Lon, riżoluzzjoni ta' minuta — deċimali)
(e)
L-ispeċijiet fil-mira maħsuba (kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO)
(f)
It-tip ta' tkarkir, tal-qiegħ jew pelaġiku (uża l-kodiċijiet xierqa għat-tkarkir tal-qiegħ jew pelaġiku mill-istandard tal-ISCCFG għall-istandards għat-tagħmir tas-sajd)
(g)
It-tip ta' xbieki tat-tkarkir: singoli, doppji, jew tripli (S, D jew T)
(h)
L-għoli tal-ftuħ tax-xbieki
(i)
Il-wisgħa tal-ftuħ tax-xbieki
(j)
Id-daqs tal-malja tax-xibka tal-manka (malja mġebbda, mm) u t-tip ta' malja (djamant, kwadru, eċċ)
(k)
Il-fond tal-irkaptu (tal-kalament taċ-ċomb) fil-bidu tas-sajd
(l)
Il-fond tal-qiegħ (qiegħ il-baħar) fil-bidu tas-sajd
(m)
Il-qabda stmata tal-ispeċijiet kollha (il-kodiċi tal-ispeċijiet FAO) miżmuma abbord, maqsuma skont l-ispeċijiet, f'piż ħaj (sal-eqreb kg)
(n)
Inqabdu xi mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-għadd, skont l-ispeċi, ta' mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess li nqabdu.
(o)
Kien hemm xi materjal tal-qiegħ fix-xbieki? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-ispeċijiet tal-qiegħ sensittivi fil-qabda tax-xbieki tat-tkarkir, b'mod partikolari l-ispeċijiet vulnerabbli jew li jiffurmaw il-ħabitats bħall-isponoż, is-sea-fans jew il-qroll.
(p)
L-ammont stmat (piż jew volum) ta' riżorsi marini li għad fadal li ma ġewx irreġistrati taħt il-punt (m), (n) jew (o) li ġew mormija, maqsum sal-iċken unità tassonomika magħrufa
(q)
Irreġistra kwalunkwe miżura meħuda biex jiġi mitigat il-qbid aċċessorju:
(i)
Intużaw lettijiet (tori) bin-naffara tal-għasafar? (xejn/kodiċi tal-apparat — kif deskritt fit-Taqsima L)
(ii)
Intużaw purtieri li jfixklu lill-għasafar? (xejn/kodiċi tal-apparat — kif deskritt fit-Taqsima N)
(iii)
Iddeskrivi l-ġestjoni tar-rimi tal-ġewwieni/tal-iskart fis-seħħ (agħżel dawk kollha li japplikaw: ebda rimi matul il-kalar u l-irfigħ/rimi ta' likwidu biss/ġbir tal-iskart f'lottijiet > sagħtejn/ieħor/ebda rimi)
(iv)
Kien hemm miżuri oħrajn li ntużaw biex titnaqqas il-qabda aċċessorja ta' mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess? (Iva/Le) Jekk iva, iddeskrivi. |
C. Data dwar il-qabdiet u l-isforz li għandha tinġabar għall-attività tas-sajd bit-tartarun tal-borża
|
1. |
Id-data għandha tinġabar fuq bażi diżaggregata (sett b'sett) għas-settijiet tat-tartarun tal-borża kollha osservati |
|
2. |
Id-data li ġejja għandha tinġabar għal kull sett tat-tartarun tal-borża osservat:
(a)
Il-ħin tat-tfittxija totali qabel dan is-sett, mill-aħħar sett
(b)
Id-data u l-ħin tal-bidu tas-sett (il-ħin li fih l-irkaptu jibda jistad — UTC)
(c)
Id-data u l-ħin tat-tmiem tas-sett (il-ħin li fih jibdew jittellgħu x-xbieki — UTC)
(d)
Il-pożizzjoni tal-bidu tas-sett (Lat/Lon, riżoluzzjoni ta' minuta — deċimali)
(e)
It-tul tax-xbieki (m)
(f)
L-għoli tax-xbieki (m)
(g)
Id-daqs tal-malja tax-xbieki (malja mġebbda, mm) u t-tip ta' malja (djamant, kwadru, eċċ)
(h)
L-ispeċijiet fil-mira maħsuba (kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO)
(i)
Il-qabda stmata tal-ispeċijiet kollha (il-kodiċi tal-ispeċijiet FAO) miżmuma abbord, maqsuma skont l-ispeċijiet, f'piż ħaj (sal-eqreb kg)
(j)
Inqabdu xi mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-għadd, skont l-ispeċi, ta' mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħra ta' interess li nqabdu.
(k)
Kien hemm xi materjal tal-qiegħ fix-xibka? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-ispeċijiet tal-qiegħ sensittivi fil-qabda, b'mod partikolari l-ispeċijiet vulnerabbli jew li jiffurmaw il-ħabitats bħall-isponoż, is-sea-fans jew il-qroll.
(l)
L-ammont stmat (piż jew volum) ta' riżorsi marini li għad fadal li ma ġewx irreġistrati taħt il-punt (i), (j) jew (k) li ġew mormija, maqsum sal-iktar unità tassonomika baxxa magħrufa
(m)
Irreġistra u ddeskrivi kwalunkwe miżura li ntużat biex jiġi mitigat il-qbid aċċessorju |
D. Data dwar il-qabdiet u l-isforz li għandha tinġabar għall-attività tas-sajd bil-konz tal-qiegħ
|
1. |
Id-data għandha tinġabar fuq bażi diżaggregata (sett b'sett) għall-konzijiet kollha osservati. |
|
2. |
L-entrati tad-data li ġejjin għandhom jinġabru għal kull sett osservat:
(a)
Id-data u l-ħin tal-bidu tas-sett (il-format UTC)
(b)
Id-data u l-ħin tat-tmiem tas-sett (il-format UTC)
(c)
Il-pożizzjoni tal-bidu tas-sett (Lat/Lon, ir-riżoluzzjoni ta' minuta — il-format deċimali)
(d)
Il-pożizzjoni tat-tmiem tas-sett (Lat/Lon, ir-riżoluzzjoni ta' minuta — il-format deċimali)
(e)
L-ispeċijiet fil-mira maħsuba (kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO)
(f)
Tul totali ta' konz issettjat (km)
(g)
L-għadd ta' snanar għas-sett
(h)
Il-fond tal-qiegħ (qiegħ il-baħar) fil-bidu tas-sett
(i)
L-għadd ta' snanar osservat effettivament (inkluż għall-mammiferi tal-baħar, it-tajr tal-baħar, ir-rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess maqbuda) matul l-irmonk
(j)
Il-qabda stmata tal-ispeċijiet kollha (il-kodiċi tal-ispeċijiet FAO) miżmuma abbord, maqsuma skont l-ispeċijiet, f'piż ħaj (sal-eqreb kilo)
(k)
Inqabdu xi mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-għadd, skont l-ispeċi, ta' mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess li nqabdu.
(l)
Kien hemm xi materjal tal-qiegħ fil-qabda? (Iva/Le/Mhux Magħruf) Jekk iva, irreġistra l-ispeċijiet tal-qiegħ sensittivi fil-qabda, b'mod partikolari l-ispeċijiet vulnerabbli jew li jiffurmaw il-ħabitats bħall-isponoż, is-sea-fans jew il-qroll.
(m)
L-ammont stmat (piż jew volum) ta' riżorsi marini li għad fadal li ma ġewx irreġistrati taħt il-punt (j), (k) jew (l) li ġew mormija, maqsum sal-iċken unità tassonomika magħrufa
(n)
Irreġistra kwalunkwe miżura li ntużat biex jiġi mitigat il-qbid aċċessorju:
(i)
Intużaw lettijiet (tori) bin-naffara tal-għasafar? (xejn/kodiċi tal-apparat — kif deskritt fit-Taqsima L)
(ii)
L-issettjar kien ristrett għall-ħin ta' bejn l-għabex nawtiku u ż-żerniq nawtiku? (Iva/Le)
(iii)
X'tip ta' rkaptu tas-sajd intuża? (piżijiet mal-lett esterni/piżijiet mal-lett interni/linja tat-trot/ieħor)
(iv)
Jekk piżijiet mal-lett esterni, iddeskrivi r-reġim tal-piżijiet u l-kaprajjes (bl-użu tal-formola pprovduta fit-Taqsima M)
(v)
Jekk piżijiet mal-lett interni, x'inhuwa l-piż tal-qafas tal-lett (grammi għal kull metru)?
(vi)
Jekk linja tat-trot, intużaw xbieki tal-cachalotera? (Iva/Le)
(vii)
Jekk oħrajn, iddeskrivi
(o)
X'mitigazzjoni tal-irfigħ intużat? (purtieri ta' deterrent għall-għasfar/oħrajn/xejn) Jekk oħrajn, iddeskrivi
(p)
X'kien it-tip ta' lixka? (ħut/klamar/imħallta; ħajja/mejta/imħallta; iffriżata/imniżżla mill-friża/imħallta)
(q)
Iddeskrivi r-rimi ta' kwalunkwe materjal bijoloġiku matul il-kalar u l-irfigħ (ir-rimi mhux imqiegħed f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar/ir-rimi mqiegħed f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar/xejn/mhux magħruf)
(r)
Kien hemm miżuri oħrajn li ntużaw biex titnaqqas il-qabda aċċessorja ta' mammiferi tal-baħar, tajr tal-baħar, rettili tal-baħar jew speċijiet oħrajn ta' interess? (Iva/Le) Jekk iva, iddeskrivi. |
E. Data dwar tul-frekwenza li għandha tinġabar
Id-data rappreżentattiva u kampjunata b'mod aleatorju dwar tul-frekwenza għandha tinġabar għall-ispeċijiet fil-mira u, jekk jippermetti l-ħin, għal speċijiet ewlenin oħrajn tal-qabdiet aċċessorji. Id-data dwar it-tul għandha tinġabar u tiġi rreġistrata fl-iktar livell preċiż xieraq għall-ispeċi (cm jew mm u jekk hux imqarrba lejn l-eqreb unità jew lejn l-inqas unità) u t-tip ta' kejl użat (it-tul totali, it-tul tal-furketta, jew it-tul standard) għandu jiġi rreġistrat ukoll. Jekk ikun possibbli, il-piż totali tal-kampjuni tul-frekwenza għandu jiġi rreġistrat, jew inkella stmat filwaqt li jiġi rreġistrat il-metodu tal-istima, u l-osservaturi jistgħu jintalbu jiddeterminaw is-sess tal-ħuta mkejla sabiex tiġi ġġenerata d-data dwar tul-frekwenza stratifikata skont is-sess.
1. Il-protokoll ta' kampjunar kummerċjali
Speċijiet ta' ħut minbarra rebekkini, raj u klieb il-baħar:
it-tul tal-furketta għandu jitkejjel sal-eqreb cm għall-ħut li jikseb tul massimu ta' aktar minn tul tal-furketta ta' 40 cm
it-tul tal-furketta għandu jitkejjel sal-eqreb mm għall-ħut li jikseb tul massimu ta' inqas minn 40 cm għat-tul tal-furketta;
Rebekkini u raj:
Għandha titkejjel il-wisa' massima tad-disku;
Klieb il-baħar:
Għandu jintgħażel kejl tat-tul xieraq għal kull speċi (ara r-rapport tekniku 474 tal-FAO dwar il-kejl tal-klieb il-baħar). B'mod prestabbilit, għandu jitkejjel it-tul totali.
2. Il-protokoll ta' kampjunar xjentifiku
Għall-kampjunar ta' speċijiet xjentifiku, jista' jkun meħtieġ li l-kejl tat-tul isir f'riżoluzzjoni aktar fina minn dik speċifikata fil-punt 1.
F. Il-kampjunar bijoloġiku li għandu jitwettaq
|
1. |
Id-data bijoloġika li ġejja għandha tinġabar għall-kampjuni rappreżentattivi tal-ispeċi fil-mira ewlenija u, jekk il-ħin jippermetti, għal speċijiet oħrajn ewlenin fil-qabda aċċessorja li jikkontribwixxu għall-qabda:
(a)
Speċi
(b)
Tul (mm jew cm), flimkien ma' rekord tat-tip ta' kejl tat-tul użat. Il-preċiżjoni u t-tip tal-kejl għandhom jiġu determinati fuq bażi ta' speċi bi speċi konsistenti ma' dik iddefinita fit-Taqsima E
(c)
Sess (maskil, femminil, immatur, mingħajr sess)
(d)
Stadju tal-maturità |
|
2. |
L-osservaturi għandhom jiġbru kampjuni tat-tessut, otolit u/jew kampjuni mill-istonku skont programmi ta' riċerka speċifiċi determinati minn qabel u implimentati mill-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO jew riċerka xjentifika nazzjonali oħra. |
|
3. |
L-osservaturi għandhom jiġu mgħarrfa u jingħataw protokolli bil-miktub tal-kampjunar tul-frekwenza u bijoloġiku, fejn ikun xieraq, u l-prijoritajiet għall-kampjunar imsemmi hawn fuq speċifiċi għal kull vjaġġ tal-osservatur. |
G. Id-data li għandha tinġabar dwar il-qabdiet aċċessorji ta' tjur tal-baħar, mammiferi, fkieren u speċijiet oħra ta' interess
|
1. |
Id-data li ġejja għandha tinġabar għat-tajr tal-baħar, mammiferi, rettili (fkieren) u speċijiet oħrajn ta' interess kollha maqbuda fl-operazzjonijiet tas-sajd:
(a)
L-ispeċijiet (identifikati bit-tassonomija sa fejn ikun possibbli, jew akkumpanjati minn ritratti jekk l-identifikazzjoni tkun diffiċli) u d-daqs
(b)
L-għadd ta' kull speċi maqbuda għal kull tkarkira jew sett
(c)
Destin tal-annimali tal-qabda aċċessorja (miżmuma jew rilaxxati/mormija)
(d)
Jekk ġew rilaxxati, l-istat tal-ħajja (vigorużi, ħajja, letarġiċi, mejtin) fil-waqt tar-rilaxx
(e)
Jekk kienu mejtin, iġbor informazzjoni jew kampjuni adegwati għall-identifikazzjoni fuq l-art b'konformità mal-protokolli ta' kampjunar determinati minn qabel. Fejn dan ma jkunx possibbli, l-osservaturi jistgħu jiġu mitluba jiġbru sottokampjuni ta' partijiet ta' identifikazzjoni, kif speċifikat fil-protokolli ta' kampjunar bijoloġiku
(f)
Irreġistra t-tip ta' interazzjoni (sunnara/tħabbil fil-ħbula/warp strike/qbid fix-xbieki/oħra) Fil-każ ta' interazzjoni oħra, ipprovdi deskrizzjoni. |
|
2. |
Irreġistra s-sess ta' kull individwu għal kull gruppi tassonomiċi fejn dan ikun fattibbli mill-osservazzjoni esterna, bħall-pinnipedi, iċ-ċetaċji żgħar jew Elasmobranchii u speċijiet oħrajn ta' interess. |
|
3. |
Kien hemm ċirkostanzi jew azzjonijiet li setgħu kkontribwixxew għall-avveniment ta' qabda aċċessorja? (pereżempju tħabbil tal-linja tori, livelli għoljin ta' telf tal-lixkiet). |
H. Id-detezzjoni tas-sajd f'assoċjazzjoni ma' EMVs
Għal kull tkarkir osservat, id-data li ġejja għandha tinġabar għall-ispeċijiet tal-qiegħ sensittivi kollha li nqabdu, b'mod partikolari l-ispeċijiet vulnerabbli jew li jiffurmaw ħabitats bħall-isponoż, is-sea-fans, jew il-qroll:
L-ispeċijiet (identifikati bit-tassonomija sa fejn ikun possibbli, jew akkumpanjati minn ritratt jekk l-identifikazzjoni tkun diffiċli);
Kwantità stmata (piż (kilos) jew volum (m3)) ta' kull speċi tal-qiegħ li tkun inqabdet bit-tkarkir;
Stima ġenerali tal-kwantità totali (piż (kilos) jew volum (m3)) tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha li nqabdu bit-tkarkir;
Fejn ikun possibbli, u b'mod partikolari għall-ispeċijiet tal-qiegħ ġodda jew skarsi li ma jidhrux fil-gwidi għall-identifikazzjoni ta' speċi, għandhom jinġabru kampjuni sħaħ, li għandhom jiġu ppreżervati b'mod xieraq għall-identifikazzjoni fuq l-art.
I. Id-data li għandha tinġabar għal kull irkupru ta' identifikazzjonijiet
Id-data li ġejja għandha tinġabar għall-identifikazzjonijiet kollha rkuprati ta' ħut, tajr tal-baħar, mammiferi jew rettili jekk l-organiżmu jkun mejjet, jew għandu jinżamm, jew ikun ħaj:
Isem tal-osservatur
Isem tal-bastiment
Sinjal tas-sejħa tal-bastiment
Bandiera tal-bastiment
Iġbor, ittikketta (bid-dettalji kollha ta' hawn isfel) u aħżen l-identifikazzjonijiet infushom, sabiex aktar tard jingħataw lura lill-aġenzija responsabbli mill-identifikazzjoni
L-ispeċi li minnha ġiet irkuprata l-identifikazzjoni
Il-kulur u t-tip tal-identifikazzjoni (spaghetti, arkivjali)
In-numri tal-identifikazzjonijiet (In-numru tal-identifikazzjoni għandu jingħata għall-identifikazzjonijiet kollha f'każ li ħuta waħda kellha diversi identifikazzjonijiet. Jekk ġiet irreġistrata identifikazzjoni waħda biss, hija meħtieġa dikjarazzjoni li tispeċifika jekk l-identifikazzjoni l-oħra kinitx nieqsa jew le). Jekk l-organiżmu huwa ħaj u se jiġi rilaxxat, l-informazzjoni tal-identifikazzjoni għandha tinġabar b'konformità ma' protokolli tal-kampjunar determinati minn qabel.
Id-data u l-ħin tal-qbid (UTC)
Il-post tal-qbid (Lat/Lon, sal-eqreb minuta)
It-tul/id-daqs tal-annimal, f'ċentimetri jew millimetri, b'deskrizzjoni ta' liema kejl ittieħed (bħat-tul totali, it-tul tal-furketta, eċċ.). Il-kejl tat-tul għandu jinġabar skont il-kriterji definiti fit-Taqsima E.
Sess (F = femminili, M = maskili, I = Indeterminat, D = mhux eżaminat)
Jekk l-identifikazzjonijiet instabux matul perjodu ta' sajd li kien qiegħed jiġi osservat (Iva/Le)
Informazzjoni dwar il-premju (eż. l-isem u l-indirizz fejn għandu jintbagħat il-premju)
(Huwa rikonoxxut li parti mid-data rreġistrata hawnhekk hija data li diġà teżisti fil-kategoriji preċedenti tal-informazzjoni. Dan huwa neċessarju minħabba li l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-identifikazzjoni tista' tintbagħat separatament minn data oħra tal-osservaturi.)
J. Il-ġerarkiji għall-ġbir tad-data tal-osservaturi
|
1. |
Peress li ġie rikonoxxut li l-osservaturi mhux bilfors ikunu jistgħu jiġbru d-data kollha deskritta f'dawn l-istandards f'kull vjaġġ, għandha tiġi implimentata ġerarkija tal-prijoritajiet għall-ġbir tad-data tal-osservaturi. Il-prijoritajiet tal-kompiti tal-osservatur speċifiċi għall-vjaġġ jew għall-programm jistgħu jiġu żviluppati b'rispons għar-rekwiżiti ta' programm tar-riċerka speċifiċi, f'liema każ l-osservaturi għandhom isegwu tali prijoritajiet. |
|
2. |
Fin-nuqqas ta' prijoritajiet speċifiċi għall-vjaġġ jew għall-programm, l-osservaturi għandhom isegwu l-prijoritajiet ġeneralizzati li ġejjin:
(a)
Informazzjoni dwar l-Operazzjoni tas-Sajd L-informazzjoni kollha dwar il-bastiment u dwar it-tkarkir/is-sett/l-isforz
(b)
Rappurtar tal-Qabdiet
(i)
Irreġistra l-ħin, u l-piż tal-qabda kkampjunata meta mqabbla mal-qabda jew l-isforz totali (pereżempju n-numru ta' snanar) u n-numri totali ta' kull speċi maqbuda
(ii)
L-identifikazzjoni u l-għadd ta' tajr tal-baħar, mammiferi, rettili (fkieren), speċijiet tal-qiegħ sensittivi u speċijiet vulnerabbli
(iii)
Irreġistra n-numri jew il-piżijiet ta' kull speċi miżmuma jew mormija
(iv)
Irreġistra l-każijiet ta' ħtif, fejn ikun xieraq
(c)
Kampjunar Bijoloġiku
(i)
Iċċekkja għall-preżenza ta' identifikazzjonijiet
(ii)
Data ta' tul-frekwenza għall-ispeċijiet fil-mira
(iii)
Data bijoloġika bażika (sess, maturità) għall-ispeċijiet fil-mira
(iv)
Data ta' tul-frekwenza għall-ispeċijiet ewlenin tal-qabda aċċessorja
(v)
Otoliti (u kampjuni mill-istonku, jekk ikunu qegħdin jinġabru) għall-ispeċijiet fil-mira
(vi)
Data bijoloġika bażika għall-ispeċijiet tal-qabda aċċessorja
(vii)
Kampjuni bijoloġiċi tal-ispeċijiet tal-qabda aċċessorja (jekk ikunu qegħdin jinġabru)
(viii)
Ħu ritratti
(d)
Ir-rapportar tal-qabdiet u l-proċeduri tal-kampjunar bijoloġiku għandhom jingħataw prijorità fost il-gruppi ta' speċijiet kif ġej:
L-allokazzjoni tal-isforz tal-osservatur fost dawn l-attivitajiet se tiddependi fuq it-tip ta' operazzjoni u ssettjar. Id-daqs tas-sottokampjuni bħala parti mill-kwantità mhux osservata (bħal pereżempju l-għadd ta' snanar eżaminati għall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet bħala parti mill-għadd ta' snanar imqiegħda) għandu jiġi rreġistrat b'mod espliċitu bil-gwida tal-programmi tal-osservaturi tal-Istati Membri. |
K. L-ispeċifikazzjonijiet tal-ikkowdjar li għandhom jintużaw għar-reġistrazzjoni tad-data tal-osservaturi
|
1. |
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor għat-tipi ta' data speċifika, id-data tal-osservaturi għandha tiġi pprovduta b'konformità mal-istess speċifikazzjonijiet tal-ikkowdjar kif speċifikat f'din it-taqsima. |
|
2. |
Il-Ħin Universali Koordinat (UTC) għandu jintuża biex jiġu deskritti l-ħinijiet. |
|
3. |
Il-gradi deċimali għandhom jintużaw biex jiġu deskritti l-postijiet. |
|
4. |
L-iskemi ta' kkowdjar li ġejjin għandhom jintużaw:
(a)
l-ispeċijiet għandhom jiġu deskritti bl-użu tal-kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO bi tliet ittri;
(b)
il-metodi tas-sajd għandhom jiġu deskritti bl-użu tal-kodiċijiet tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd (ISSCFG — 29 ta' Lulju 1980);
(c)
it-tipi ta' bastiment tas-sajd għandhom jiġu deskritti skont il-kodiċijiet tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Bastimenti tas-Sajd (ISSCFV). |
|
5. |
Għandhom jintużaw l-unitajiet metriċi tal-kejl, speċifikament:
(a)
il-kilogrammi għandhom jintużaw biex jiġi deskritt il-piż tal-qabda;
(b)
il-metri għandhom jintużaw biex jiġu deskritti l-għoli, il-wisgħa, il-fond, ir-raġġ jew it-tul;
(c)
il-metri kubi għandhom jintużaw biex jiġi deskritt il-volum;
(d)
il-kilowatts għandhom jintużaw biex tiġi deskritta s-saħħa tal-magna. |
L. Il-formola tad-deskrizzjoni tal-lettijiet bin-naffara
|
KODIĊIJIET TAL-LETTIJIET BIN-NAFFARA/OPZJONIJIET TAL-LISTA: |
||||
|
Pożizzjoni |
Disinn |
Oġġett Irmunkat |
Materjal |
Kulur |
|
Bord ix-Xellug |
Singolu |
F = Lenbut invertit/kon tal-plastik |
T = Tubu tal-plastik |
P = Roża |
|
Bord il-Lemin |
Akkoppjat |
L = Tul tal-arblu l-oħxon |
S = Ċintorin tal-plastik |
R = Aħmar |
|
Poppa |
|
K = Ċoff jew ħolqa ta' linja ħoxna |
O = Oħrajn |
C = Karrotta (Oranġjo) |
|
|
|
B = Baga |
|
Y = Isfar |
|
|
|
N = Baga f'xibka |
|
G = Aħdar |
|
|
|
S = Xkora jew basket |
|
B = Blu |
|
|
|
W = Piż |
|
W = Kannella |
|
|
|
Z = Ebda oġġett irmunkat |
|
F = Kulur skulurit (kwalunkwe kulur) |
|
|
|
O = Oħrajn |
|
O = Oħrajn |
|
Sommarju tal-valuri mdaħħla: |
|
|
Numru tal-vjaġġ |
Distanza bejn strixxa u oħra |
|
Kodiċi tal-apparat tal-lett bin-naffara tal-għasafar |
Tul tal-istrixxi (minimu) |
|
Pożizzjoni tal-lett bin-naffara tal-għasafar |
Tul tal-istrixxi (massimu) |
|
Tul |
Kulur tal-istrixxi |
|
Tul tal-kopertura mill-ajru tal-lett bin-naffara tal-għasafar (m) |
Materjal tal-istrixxi |
|
L-għoli 'l fuq mill-ilma |
Għadd ta' strixxi |
|
Materjal tal-lett bin-naffara tal-għasafar |
Oġġett irmonkat |
|
Disinn tal-lett bin-naffara tal-għasafar: (Id-disinn muri juri pari) |
Kummenti addizzjonali |
M. Formola tad-deskrizzjoni tal-piżijiet tal-lett esterni
|
Sommarju tal-valuri mdaħħla: |
|
|
Lett Singolu jew Doppju? |
Għadd ta' snanar bejn il-baga tal-wiċċ u l-ankra |
|
Massa medja tal-piżijiet |
Għadd ta' snanar bejn il-bagi ta' taħt il-wiċċ |
|
Distanza bejn il-baga ta' taħt il-wiċċ u l-lett prinċipali |
Għadd ta' snanar bejn il-piżijiet |
|
Distanza bejn il-lett u l-piż |
Kummenti addizzjonali |
N. Formola ta' deskrizzjoni tal-purtiera li tfixkel lill-għasafar
|
Sommarju tal-Valuri Mdaħħla |
|
|
— Distanza mill-Poppa |
|
|
Boma tal-ġenb |
Boma ta' wara |
|
— Tul tal-boma |
— Tul tal-boma |
|
— Għadd ta' strixxi |
— Għadd ta' strixxi |
|
— Distanza medja bejn l-istrixxi |
— Distanza medja bejn l-istrixxi |
|
— Għoli 'l fuq mill-ilma |
— Għoli 'l fuq mill-ilma |
|
— Kulur tal-istrixxi |
— Kulur tal-istrixxa |
|
— Materjal tal-istrixxi |
— Materjal tal-istrixxi |
|
Purtiera tal-ġenb ta' wara |
Purtiera ta' wara |
|
— Tul tal-purtiera |
— Tul tal-purtiera |
|
— Għadd ta' strixxi |
— Għadd ta' strixxi |
|
— Distanza medja bejn l-istrixxi |
— Distanza medja bejn l-istrixxi |
|
— Għoli 'l fuq mill-ilma |
— Għoli 'l fuq mill-ilma |
|
— Kulur tal-istrixxi |
— Kulur tal-istrixxa |
|
— Materjal tal-istrixxi |
— Materjal tal-istrixxi |
O. L-istandard għad-data tal-osservaturi miġbura waqt il-ħatt l-art jew waqt li bastiment jinsab fil-port
Fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom, u li jħottu l-art speċijiet mhux ipproċessati (jiġifieri sħaħ u mingħajr ma tkun tneħħiet l-ebda parti mill-ħut) ġestiti mill-SPRFMO, u fejn dan il-ħatt l-art jiġi osservat, l-Istati Membri jistgħu jiġbru u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
Id-data li ġejja dwar il-bastiment, għal kull ħatt l-art osservat:
Il-bandiera attwali tal-bastiment
Isem il-bastiment
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment tas-sajd
IRCS (jekk disponibbli)
In-numru tal-Lloyd's/tal-OMI (jekk allokat)
It-tip ta' bastiment (uża l-kodiċijiet ISSCFV xierqa)
It-tip ta' metodu jew metodi ta' sajd (uża l-kodiċijiet ISSCFG xierqa)
Id-data li ġejja dwar l-osservatur, għal kull ħatt l-art osservat:
Isem l-osservatur
L-organizzazzjoni tal-osservatur
Il-pajjiż tal-ħatt l-art (il-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 3-alpha standard)
Port/Punt tal-ħatt l-art
Id-data li ġejja għal kull ħatt l-art osservat:
Id-data u l-ħin tal-ħatt l-art (format UTC)
L-ewwel jum tal-vjaġġ — sal-punt prattikabbli
L-aħħar jum tal-vjaġġ — sal-punt prattikabbli
Iż-żona indikattiva tas-sajd (deċimali Lat/Lonġ, ir-riżoluzzjoni ta' minuta — sal-punt prattikabbli)
L-ispeċijiet ewlenin fil-mira (il-kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO)
L-istat tal-ħatt l-art skont l-ispeċijiet (il-kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO)
Il-piż (ħaj) li nħatt l-art skont l-ispeċi, f'kilogrammi, għall-avveniment tal-ħatt l-art li qiegħed jiġi osservat
Barra minn hekk, il-ġbir ta' data tul-frekwenza, data bijoloġika u/jew data dwar l-irkupru tal-identifikazzjonijiet għandha ssegwi l-istandards deskritti fit-Taqsimiet E, F u I rispettivament ta' dan l-Anness, għal dawk l-ispeċijiet osservati matul il-ħatt l-art jew waqt li bastiment ikun fil-port.
It-Taqsimiet G (il-qabda aċċessorja) u H (EMVs) mhumiex meqjusa rilevanti għall-ħatt l-art osservat. Madankollu, l-istandards deskritti fit-Taqsimiet I (Irkupru tal-identifikazzjonijiet), J (Ġerarkiji) u K (Speċifikazzjonijiet tal-ikkowdjar) xorta waħda għandhom jiġu segwiti fejn applikabbli.
ANNESS XI
Talba għal waqfa fil-port
1. Informazzjoni dwar il-waqfa fil-port
|
Port tal-waqfa |
L-aħħar port |
Data tal-aħħar waqfa fil-port |
|
|
|
|
2. Identifikazzjoni tal-bastiment
|
Isem il-bastiment |
Bandiera tal-bastiment |
Numru OMI |
Sinjal tas-sejħa |
Marki ta’ identifikazzjoni esterni |
|
|
|
|
|
|
|
Tip ta’ bastiment |
Informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment |
Sid(ien) il-bastiment |
ID tal-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (jekk applikabbli) |
ID taċ-ċertifikat tar-reġistru |
|
|
|
|
|
|
3. VMS
|
Il-VMS hija operattiva? |
Il-VMS qed tirrapporta liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd nazzjonali? |
Il-VMS qed tirrapporta lill-SPRFMO? |
|
|
|
|
|
Tip |
|
|
4. Dimensjonijiet tal-bastiment
|
Tul |
Travu |
Pixka (Fond iffurmat) |
|
|
|
|
5. Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment
|
Isem il-kaptan tal-bastiment |
Nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment |
|
|
|
6. Awtorizzazzjoni(jiet) rilevanti tat-trażbord
|
Identifikatur |
Maħruġa minn |
Dati tal-validità |
|
|
|
|
|
|
|
|
7. Informazzjoni dwar it-trażbord (rigward il-bastimenti donaturi)
|
Data |
Post (Latitudni/lonġitudni) |
Isem il-bastiment donatur |
Stat tal-bandiera tal-bastiment donatur |
Numru OMI |
Speċijiet |
Stat tal-prodott |
Żona tal-qbid tal-FAO |
Kwantità (kg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8. Dettalji tal-waqfa fil-port
|
Port tal-waqfa intenzjonat () |
Stat tal-port |
Skop () tal-waqfa fil-port |
Data stmata tal-wasla |
Ħin stmat tal-wasla |
Data attwali |
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
Għandu jkun port iddeżinjat kif elenkat fir-reġistru tal-portijiet tal-SPRFMO.
(2)
Eż. ħatt l-art, trażbord, riforniment tal-fjuwil. |
|||||
9. Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO miżmuma abbord
|
Speċijiet |
Żona tal-qbid tal-FAO |
Stat tal-prodott |
Total ta’ kilogrammi miżmuma abbord (stima) |
Ammont li għandu jiġi trażbordat jew li għandu jinħatt l-art (stima) |
Riċevitur tal-ammont trażbordat jew li nħatt l-art |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk l-ebda speċi ġestita mill-SPRFMO u/jew l-ebda prodott tal-ħut li joriġina minn dawn l-ispeċijiet ma jinżammu abbord, daħħal “xejn”.
10. Dettalji rilevanti dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
Identifikatur |
Maħruġa minn |
Validità |
Żona/i tas-sajd |
Speċijiet |
Irkaptu () |
|
|
|
|
|
|
|
|
L-awtorizzazzjoni tas-sajd tindika l-limitu tal-qbid tal-bastiment għal kull speċi (Iva/Le) |
Speċijiet |
Limitu tal-qbid tal-bastiment għal kull speċi () |
|||
|
|
|
|
|||
|
(1)
Jekk l-awtorizzazzjoni hija limitata għat-trażbord, allura mmarka “trażbord” bħala l-irkaptu.
(2)
Jekk l-awtorizzazzjoni ma tindikax il-limitu tal-qbid tal-bastiment, daħħal “mhux applikabbli”. |
|||||
11. Lista tal-ekwipaġġ
Mehmuża kopja tal-lista tal-ekwipaġġ? Iva/Le
ANNESS XII
Rapport dwar l-ispezzjonijiet tal-portijiet
1. Dettalji tal-ispezzjoni
|
Numru tar-rapport dwar l-ispezzjonijiet |
|
||
|
Isem l-ispettur prinċipali |
|
||
|
Stat tal-port |
|
Awtorità tal-ispezzjoni |
|
|
Port tal-ispezzjoni |
|
Skop tal-waqfa |
|
|
Data tal-bidu tal-ispezzjoni |
|
Ħin tal-bidu tal-ispezzjoni |
|
|
Data tat-tmiem tal-ispezzjoni |
|
Ħin tat-tmiem tal-ispezzjoni |
|
|
Waslet notifika minn qabel? |
Iva/Le |
Id-dettalji tan-notifika minn qabel huma konsistenti mal-ispezzjoni? |
Iva/Le |
2. Dettalji tal-bastiment
|
Isem il-bastiment |
|
Bandiera tal-bastiment |
|
|
Tip ta’ bastiment |
|
IRCS |
|
|
Marki ta’ identifikazzjoni esterni |
|
Numru OMI |
|
|
Sid il-bastiment |
|
||
|
Sid(ien) benefiċjarju/i tal-bastiment (jekk magħruf u jekk huwa differenti minn sid il-bastiment) |
|
||
|
Operatur tal-bastiment |
|
||
|
Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment |
|
||
|
Aġent tal-bastiment |
|
||
|
Preżenza ta’ VMS |
Iva/Le |
Tip ta’ VMS |
|
3. Awtorizzazzjonijiet rilevanti tas-sajd
|
Identifikatur tal-awtorizzazzjoni |
|
Maħruġa minn |
|
|
Validità |
|
Żoni tas-sajd |
|
|
Speċijiet |
|
Irkaptu () |
|
|
Il-bastiment qiegħed fir-reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO? |
Iva/Le |
Huwa attwalment awtorizzat? |
Iva/Le |
|
(1)
Jekk l-awtorizzazzjoni hija għat-trażbord, allura daħħal “trażbord” bħala l-irkaptu. |
|||
4. Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO skarikati (matul din il-waqfa fil-port)
|
Speċijiet |
Żona tal-qbid tal-FAO |
Stat tal-prodott |
Kwantità ddikjarata skarikata (kg) |
Kwantità skarikata (kg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5. Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO miżmuma abbord
|
Speċijiet |
Żona tal-qbid tal-FAO |
Stat tal-prodott |
Kwantità ddikjarata miżmuma abbord (kg) |
Kwantità miżmuma abbord (kg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6. Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO li waslu mit-trażbord (matul din il-waqfa fil-port)
|
Speċijiet |
Żona tal-qbid tal-FAO |
Stat tal-prodott |
Kwantità ddikjarata li waslet (kg) |
Kwantità li waslet (kg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7. Eżamijiet u sejbiet
|
Taqsima |
Kummenti |
|
Eżami tal-ġurnali ta’ abbord u ta’ dokumentazzjoni oħra |
|
|
Konformità mal-iskema/i ta’ dokumentazzjoni tal-qbid applikabbli |
|
|
Konformità mal-iskema/i ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ applikabbli |
|
|
Tip ta’ rkaptu abbord |
|
|
Sejbiet tal-ispetturi |
|
|
Ksur allegat (inkludi referenza għall-istrumenti legali rilevanti) |
|
|
Kummenti tal-kaptan tal-bastiment |
|
|
Azzjonijiet meħuda |
|
|
Firma tal-kaptan tal-bastiment |
|
|
Firma tal-ispettur |
|
ANNESS XIII
Lista ta' speċijiet oħrajn ta' interess
|
Isem Xjentifiku |
Isem bl-Ingliż |
Kodiċi alpha-3 |
|
Carcharhinus longimanus |
Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku |
OCS |
|
Carcharodon carcharias |
Kelb il-baħar abjad |
WSH |
|
Cetorhinus maximus |
Gabdoll |
BSK |
|
Lamna nasus |
Pixxiplamtu |
POR |
|
Manta spp. |
Raji manta |
MNT |
|
Mobula spp. |
Raja mobula |
RMV |
|
Rhincodon typus |
Kelb il-baħar baliena |
RHN |
( 1 ) Jekk din l-informazzjoni tinbidel, id-Dikjarazzjoni tat-Trażbord għandha tiġi aġġornata u ppreżentata mill-ġdid mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-ħatt l-art fil-port tal-prodotti trażbordati li huma ġestiti mill-SPRFMO.
( 2 ) Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-irkaptu tas-sajd. Din l-informazzjoni jeħtieġ tiġi pprovduta biss mill-bastiment li jħott.