<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑295/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0295</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2410">EU:C:2014:2410</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141204">4.12.2014</DATE> — KAWŻA C‑295/13</P><P>H</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza għall-azzjoni fuq il-bażi ta’ insolvenza kontra konvenut domiċiljat fi Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li din il-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑295/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">H</HT>, li jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">H. K.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, E. Levits u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal H, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH, minn U. Hassinger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn M. Jametti, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) u tal-Artikolu 1(2)(b), u tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) u (3) tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 147, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni ta’ Lugano II<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn H, li qed jaġixxi bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>G.T.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u H. K. fir-rigward ta’ azzjoni għar-rimbors ta’ pagament li dan tal-aħħar għamel bħala direttur ta’ G.T. wara li din saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ambitu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-Konvenzjoni għandha tapplika f’materji ċivili u kummerċjali irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-falliment, proċedimenti relatati ma’ l-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijet u proċedimenti analogi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Persuna domiċiljata fi Stat marbut b’din il-Konvenzjoni tista’, fi Stat ieħor marbut b’din il-Konvenzjoni, tiġi mħarrka:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’materji relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq ta’ l-obbligazzjoni in kwistjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettiq ta’ l-obbligazzjoni in kwistjoni għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ merċi [merkanzija], il-post fi Stat marbut b’din il-Konvenzjoni fejn, skond il-kuntratt, ikunu ntbagħtu l-merċi jew fejn kellhom jintbagħtu,</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, il-post fi Stat marbut b’din il-konvenzjoni fejn, skond il-kuntratt, is-servizzi ġew provduti jew kellhom jiġu pprovduti;</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[...]</P></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’materji relatati ma’ responsabbiltà għal danni, delitti ċivili jew kważi-delitti ċivili, fil-qrati tal-post fejn l-inċident dannuż seħħ jew jista’ jseħħ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ġurisdizzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat [sede] għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 64 tal-Liġi dwar il-kumpanniji b’responsabbiltà limitata (Gesetz betreffend die Gesellschaften mit beschränkter Haftung), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ meta seħħew il-fatti kkonċernati fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>GmbHG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-diretturi huma obbligati jirrimborsaw lill-kumpannija l-pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha. Din ir-regola ma tapplikax għall-pagamenti li, anki jekk saru wara din id-data, saru b’diliġenza li wieħed huwa intitolat li jistenna minn kull amministratur avżat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa l-amministratur tal-proċedura ta’ falliment fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza li nbdiet fl-<DATE ISO="20091101">1 ta’ Novembru 2009</DATE> u li tirrigwarda l-attiv ta’ G.T., kumpannija Ġermaniża stabbilita f’Offenbach am Main (il-Ġermanja). Il-konvenut fil-kawża prinċipali huwa d-direttur ta’ G.T. Huwa jinsab domiċiljat fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, G.T. ittrasferixxiet lil waħda mis-sussidjarji tagħha somma ta’ EUR 115 000 kif ukoll, fit-<DATE ISO="20090708">8 ta’ Lulju 2009</DATE>, somma ta’ EUR 100 000, li minnhom hija rkuprat EUR 50 000. Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jitlob lill-konvenut fil-kawża prinċipali, fil-kwalità tiegħu ta’ direttur ta’ G.T., ir-rimbors ta’ EUR 165 000 li baqa’. Huwa jibbaża ruħu fuq l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 64 tal-GmbHG u jargumenta li t-trasferimenti li saru mill-konvenut fil-kawża prinċipali fl-1 u fit-<DATE ISO="20090708">8 ta’ Lulju 2009</DATE> favur is-sussidjarja inkwistjoni saru wara li G.T saret insolventi u kellha dejn eċċessiv.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kawża taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000. Fil-fatt, skont is-sentenzi Seagon (C‑339/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u F-Tex (C‑213/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), azzjoni ta’ revoka taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, peress li din l-azzjoni hija relatata ma’ proċedura ta’ falliment fis-sens ta’ dan ir-regolament, li din toriġina direttament minn din tal-aħħar u li hija marbuta mill-qrib mal-kuntest ta’ proċedura ta’ stralċ tal-beni jew ta’ proċedura ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja. Issa, din il-qorti għandha dubji fir-rigward il-klassifikazzjoni legali li għandha tingħata lil azzjoni bħal dik eżerċitata fil-kawża prinċipali u bbażata fuq l-Artikolu 64 tal-GmbHG.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, fl-ipoteżi fejn l-azzjoni kontenzjuża taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, għandha tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk din id-dispożizzjoni tapplikax ukoll fil-każ li kieku l-proċedura ta’ insolvenza nbdiet fi Stat Membru minkejja li d-domiċilju jew is-sede tal-konvenut jinsab fi Stat terzi, bħall-Konfederazzjoni Svizzera. Fil-fatt, il-Konfederazzjoni Svizzera, filwaqt li hija parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II, ma hijiex marbuta b’dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 ma huwiex applikabbli f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>il-falliment, proċedimenti relatati ma’ l-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijet u proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Darmstadt iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija, fil-każ li d-direttur ma huwiex iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor [...], iżda fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk l-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jew jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti ma testendix f’dan ir-rigward għal direttur iddomiċiljat fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II: hemm għalhekk inkwistjoni kawża ta’ falliment fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-qorti tal-Istat Membru li fih id-debitriċi għandha s-sede tagħha għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda skont l-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?</TXT><?PAGE NO="5"?><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt materji kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt materji delittwali jew kważi-delittwali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ dik il-kumpannija kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat id-dejn eċċessiv tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jqis li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 ma huwiex applikabbli. Fil-fatt, ir-rikors fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxix rikors li jirriżulta direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li huwa strettament marbut magħha. L-Artikolu 64 tal-GmbHG jillimita ruħu għar-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tad-diretturi ta’ kumpannija, u l-azzjoni sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà kontra d-direttur tagħha li tista’ tiġi ppreżentata mhux biss fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, iżda wkoll barra minnha, b’mod partikolari meta it-talba għall-bidu ta’ proċedura ta’ insolvenza hija miċħuda minħabba l-insuffiċjenza tal-attiv tal-kumpannija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, tqis li, anki jekk il-kriterji kollha, stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi Gourdain (133/78, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:49">EU:C:1979:49</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma humiex issodisfatti sabiex l-azzjoni fil-kawża prinċipali tkun tista’ titqies bħala azzjoni li toriġina direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha, l-Artikolu 64 tal-GmbHG ifittex għan li jaqa’ taħt id-dritt ta’ insolvenza. L-azzjoni bbażata fuq din id-dispożizzjoni intiża li tipproteġi l-attiv li jista’ jitqassam ta’ kumpannija b’risponsabbiltà limitata fi stat ta’ waqfien ta’ pagamenti, fl-interess tal-kredituri kollha tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din l-azzjoni magħquda flimkien mal-proċedura ta’ insolvenza jissodisfaw l-għan tat-titjib tal-effikaċja u tal-ħeffa tal-proċedura ta’ insolvenza, peress li l-qorti adita bil-proċedura ta’ insolvenza għandha tkun tista’ tirrispondi b’iktar ħeffa minn qorti oħra għall-kwistjoni dwar meta l-kumpannija inkwistjoni kellha dejn eċċessiv.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-dawl b’mod partikolari tal-effett utli tar-Regolament Nru 1346/2000, l-Artikolu 3(1) ta’ dan tal-aħħar għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jagħti ġurisdizzjoni internazzjonali lil dak l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza sabiex jiddeċiedi dwar azzjonijiet li joriġinaw direttament minn din il-proċedura u li huma marbuta mill-qrib magħhom (sentenza Seagon, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk proċedura toriġinax direttament minn proċedura ta’ insolvenza u jekk hijiex marbuta mill-qrib magħha, ħadet inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-fatt li d-diversi tipi ta’ azzjonijiet li ddeċidiet dwarhom kienu eżerċitati fl-okkażjoni ta’ proċedura ta’ insolvenza. Min-naħa<?PAGE NO="6"?> l-oħra, hija fuq kollox tagħmel l-għalmu tagħha sabiex tiddetermina kull darba jekk l-azzjoni inkwistjoni toriġinax mid-dritt tal-proċeduri ta’ insolvenza jew minn regoli oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Nickel &amp; Goeldner Spedition, C‑157/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ibbażata fuq l-Artikolu 64 tal-GmbHG, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li din hija eżerċitata fl-okkażjoni ta’ proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-fatt li l-kliem tal-Artikolu 64 tal-GmbHG jippermettu fil-prinċipju li tiġi ppreżentata azzjoni anki fil-każ fejn ebda proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-beni tal-kumpannija debitriċi kkonċernata ma tkun bdiet, għandu jiġi kkonstatat li dan il-fatt, fih innifsu, ma jistax jipprekludi l-klassifikazzjoni ta’ tali azzjoni bħala azzjoni li toriġina direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha, bil-preżunzjoni li din l-azzjoni tkun effettivament ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament diġà ddeċidiet li, sabiex tidentifika l-qasam li taqa’ fih azzjoni, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk id-dritt jew l-obbligu li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni joriġinax minn regoli komuni tad-dritt ċivili jew kummerċjali jew minn regoli derogatorji, speċifiċi għall-proċeduri ta’ insolvenza (sentenza Nickel &amp; Goeldner Spedition, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li ma toriġinax direttament minn proċedura ta’ insolvenza, jew li ma hijiex marbuta magħha mill-qrib, azzjoni ibbażata fuq dispożizzjoni li l-applikazzjoni tagħha teħtieġ mhux il-bidu formali ta’ proċedura ta’ insolvenza, iżda l-insolvenza materjali tad-debitur, u għaldaqstant fuq dispożizzjoni li, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Nickel &amp; Goeldner Spedition (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tidderoga mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, bis-saħħa tal-Artikolu 64 tal-GmbHG, id-direttur ta’ kumpannija debitriċi huwa obbligat jirrimborsa l-pagamenti li għamel għan-nom ta’ din il-kumpannija wara li din saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha. Din id-dispożizzjoni tidderoga għaldaqstant ċarament mir-regoli komuni tad-dritt ċivili u kummerċjali, u dan preċiżament minħabba l-insolvenza tal-kumpannija debitriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 fis-sens li ma taqax taħt azzjonijiet li joriġinaw direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li huma marbutin mill-qrib magħha, azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 64 tal-GmbHG, ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, għaldaqstant toħloq differenzazzjoni artifiċjali bejn din l-azzjoni tal-aħħar u azzjonijiet paragunabbli, bħall-azzjonijiet ta’ revoka inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi Seagon (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:83">EU:C:2009:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u F-Tex (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:215">EU:C:2012:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għall-unika raġuni li l-azzjoni bbażata fuq l-imsemmi Artikolu 64 tista’ teorikament tiġi ppreżentata anki fl-assenza ta’ proċedura ta’ insolvenza. Issa, tali interpretazzjoni, li ma ssib ebda bażi fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1346/2000, ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, min-naħa l-oħra, li azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 64 tal-GmbHG u ppreżentata barra minn proċedura ta’ insolvenza tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II jew, jekk ikun il-każ, ta’ dak tar-Regolament Nru 44/2001. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel u t-tielet domandi għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija intiża kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors tal-pagamenti li saru wara li hija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment intiża kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha, fil-każ li d-direttur ma huwiex iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor, iżda, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali, fi Stat li huwa parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali josserva li l-Qorti tal-Ġustizzja, għall-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-qorti fejn tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza wkoll fil-każ fejn il-konvenut huwa stabbilit fi Stat terzi fis-sentenza tagħha Schmid (C‑328/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Issa, l-imsemmija dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-kawża prinċipali, peress li din taqa’ taħt il-Konvenzjoni ta’ Lugano II.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tenfasizza li, fil-kawża li wasslet għas-sentenza Schmid (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-konvenuta kellha d-domiċilju tagħha, bħall-konvenut fil-kawża prinċipali, fl-Isvizzera. Barra minn hekk, il-fatt li l-konvenut huwa domiċiljat fi Stat li huwa parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II ma huwiex rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, mill-punt 26 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ibbażata fuq l-Artikolu 64 tal-GmbHG u ppreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’kawża li tirrigwarda, b’mod partikolari, l-esklużjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpannija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, kompożizzjoni jew proċedimenti analogi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, previst, fi kliem identiku għal dak tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II, għall-Artikolu 1(2)(b) tal-imsemmi regolament, diġà ġġudikat li din l-esklużjoni, minn naħa, u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati b’mod li tiġi evitata kull sovrapożizzjoni bejn ir-regoli tad-dritt stabbiliti f’dawn it-testi. Konsegwentement, sa fejn azzjoni tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, hija ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Nickel &amp; Goeldner Spedition, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21 kif ukoll ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward b’mod partikolari tal-kliem identiku tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, il-kunsiderazzjonijiet imfakkra fil-punt preċedenti jistgħu jiġu trasposti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II. Għaldaqstant, l-azzjoni fil-kawża prinċipali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-Konfederazzjoni Svizzera hija parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II huwa irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, peress li din il-konvenzjoni ma hijiex applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha, u intiża kontra konvenut li ma huwiex domiċiljat fit-territorju ta’ Stat Membru (ara s-sentenza Schmid, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:6">EU:C:2014:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 30 u 39 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha, meta dan id-direttur ma huwiex domiċiljat fi Stat Membru ieħor, iżda, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali, fi Stat li huwa parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ u l-ħames domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li r-raba’ u l-ħames domandi saru biss sabiex jipprovdu għall-ipoteżi ta’ risposta fin-negattiv mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ewwel domanda, ma hemmx bżonn li tingħata risposta għalihom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, li jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija intiża kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors tal-pagamenti li saru wara li hija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha, meta dan id-direttur ma huwiex domiċiljat fi Stat Membru ieħor, iżda, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali, fi Stat li huwa parti kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>