<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-566/19 PPU</NO.CASE><NO.CASE>C-626/19 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0566</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1077">EU:C:2019:1077</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">SENTENZA TAT‑<DATE ISO="20191212">12.12.2019</DATE> – Kawżi magħquda C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU</HT></P><P><HT TYPE="SC">Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg u Openbaar Ministerie (Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwi tal-kawża: il-Franċiż u l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190709">9 ta’ Lulju 2019</DATE>, imressqa rispettivament mill-Cour d’appel (il-Qorti tal-Appell, il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190709">9 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20190725">25 ta’ Lulju 2019</DATE>, u mir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190822">22 ta’ Awwissu 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190822">22 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċeduri dwar l-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">JR</HT> (C‑566/19 PPU),</P><P><HT TYPE="BOLD">YC</HT> (C‑626/19 PPU),</P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, M. Safjan, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal JR, minn P.‑F. Onimus, E. Moyne, G. Goubin u F. Joyeux, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal YC, minn T. E. Korff u H. G. Koopman, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg, minn J. Petry,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Openbaar Ministerie, minn K. van der Schaft u N. Bakkenes,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Irlanda, minn G. Hodge u M. Browne, bħala aġenti, assistiti minn R. Kennedy, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn A. Daniel u A.‑L. Desjonquères, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. Fiandaca, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn M. Pere, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deċiżjoni Qafas 2002/584<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest tal-eżekuzzjoni, rispettivament fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa, fl‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, mill-procureur de la République (iktar ’il quddiem il-Prosekutur tar-Repubblika) fi ħdan it-Tribunal de grande instance de Lyon (il-Qorti Reġjonali ta’ Lyon, Franza), għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra JR (Kawża C‑566/19 PPU), u, fis‑<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, mill-Prosekutur tar-Repubblika fi ħdan it-Tribunal de grande instance de Tours (il-Qorti Reġjonali ta’ Tours, Franza), għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra YC (Kawża C‑626/19 PPU).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 6, 10 u 12 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma’ bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista’ jiġi sospiż biss fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) [UE], determinat mill-Kunsill skond l-Artikolu 7(1) [UE] imsemmi bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 [UE] u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea […], b’mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi esegwit<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 [UE].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas 12-il xahar jew, fejn ingħatat sentenza jew ġiet magħmula ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi ta’ mill-inqas erba’ xhur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-istess deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru emittenti li hi kompetenti biex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni li hi kompetenti biex tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kostituzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 64 tal-Kostituzzjoni tal‑<DATE ISO="19581004">4 ta’ Ottubru 1958</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-President tar-Repubblika huwa garanti tal-indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar il-Liġi Bażika fuq l-Istatus tal-Ġudikatura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-ordonnance n<HT TYPE="SUP">o</HT> 58‑1270 du 22 décembre 1958 portant loi organique relative au statut de la magistrature (id-Digriet Nru 58‑1270 tat‑<DATE ISO="19581222">22 ta’ Diċembru 1958</DATE> dwar il-Liġi Bażika fuq l-Istatus tal-Ġudikatura, JORF tat‑<DATE ISO="19581223">23 ta’ Diċembru 1958</DATE>, p. 11551):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-Prosekuturi huma taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-kapijiet ġerarkiċi tagħhom u taħt l-awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja. Madankollu, fis-seduta huma jistgħu jitkellmu liberament.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-KPK</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Ktieb I tal-parti leġiżlattiva tal-code de procédure pénale) (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>KPK<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Dwar l-iżvolġiment tal-politika penali, l-eżerċizzju tal-prosekuzzjoni u l-istruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa kompost minn erba’ titoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Titolu I tal-Ktieb I tal-KPK, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tal-politika penali, il-prosekuzzjoni u l-istruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikoli 30, 31 u 36 tiegħu. Dan l-Artikolu 30 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-Ministru tal-Ġustizzja jħaddan il-politika penali ffissata mill-Gvern. Huwa jiżgura l-koerenza tal-applikazzjoni tiegħu fit-territorju tar-Repubblika.</ALINEA><ALINEA>Għal dan il-għan, huwa jindirizza istruzzjonijiet ġenerali lill-Prosekuturi mal-Uffiċċju tal-Prosekutur.</ALINEA><ALINEA>Huwa ma jista’ jagħtihom ebda istruzzjoni f’kawżi individwali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-KPK huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Uffiċċju tal-Prosekutur jeżerċita l-prosekuzzjoni u jeħtieġ l-applikazzjoni tal-liġi, bl-osservanza tal-prinċipju ta’ imparzjalità li għalih huwa marbut.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tal-KPK jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-Prosekutur Ġenerali jista’ jordna lill-Prosekuturi tar-Repubblika, permezz ta’ istruzzjonijiet bil-miktub inklużi fil-proċess, sabiex jibdew jew jirranġaw sabiex jinbdew proċeduri jew jibagħtu lill-qorti kompetenti talbiet bil-miktub li huma meqjusa xierqa.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-Titolu III tal-Ktieb I tal-KPK, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Qrati Istruttorji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu I, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Dwar il-Qorti Istruttorja: il-Qorti Istruttorja tal-ewwel grad<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huwa maqsum fi tlettax‑il taqsima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 122 tal-KPK, li jinsab fit-Taqsima 6 ta’ dan il-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Dwar il-mandati u l-eżekuzzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-Qorti Istruttorja tista’, skont il-każ, toħroġ mandat ta’ riċerka, ta’ dehra, sabiex persuna tinġieb quddiemha jew ta’ arrest. Il-Qorti tal-Libertajiet u tad-Detenzjoni tista’ toħroġ mandat ta’ detenzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-mandat ta’ arrest huwa l-ordni mogħti lill-forza pubblika sabiex tfittex il-persuna li fir-rigward tagħha nħareġ u sabiex twassalha quddiemha wara li, jekk ikun il-każ, tittieħed fil-penitenzjarju indikat fuq il-mandat, fejn din tiġi rċevuta u miżmuma.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 131 tal-KPK, li wkoll jagħmel parti minn din it-Taqsima 6:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Jekk il-persuna rikjesta tkun ħarbet jew tkun tirrisjedi barra t-territorju tar-Repubblika, il-Qorti Istruttorja, wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Prosekutur tar-Repubblika, tista’ toħroġ mandat ta’ arrest kontra tagħha jekk il-fatt ikun jinkludi piena ta’ priġunerija korrettiva jew piena iktar gravi.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 170 tal-KPK, li jinsab fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tal-Ktieb I tiegħu, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dwar in-nullità tal-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>F’dan il-qasam, l-Awla Istruttorja tista’, matul l-investigazzjoni, tiġi adita għall-finijiet ta’ annullament ta’ att jew ta’ att proċedurali mill-Qorti Istruttorja, mill-Prosekutur tar-Repubblika, mill-partijiet jew mix-xhud assistit.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Ktieb IV tal-KPK, iddedikat għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[u]ħud mill-proċeduri partikolari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jinkludi, b’mod partikolari, Titolu X, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Dwar l-għajnuna legali internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u maqsum f’seba’ kapitoli, fejn il-Kapitolu IV tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, il-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> u l-proċeduri ta’ konsenja li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ Stati oħra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-Artikolu 695‑16 tal-KPK, li jinsab f’dan il-Kapitolu IV, jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-Uffiċċju tal-Prosekutur fi ħdan il-Qorti Istruttorja, ta’ Ġudizzju jew ta’ Applikazzjoni tal-Pieni li jkunu ħarġu mandat ta’ arrest jeżegwixxu dan taħt il-forma ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, jew fuq talba tal-qorti, jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, skont ir-regoli u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 695‑12 sa 695‑15.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża C‑566/19 PPU</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, il-Prosekutur tar-Repubblika fi ħdan it-tribunal de grande instance de Lyon (il-Qorti Reġjonali ta’ Lyon) ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali kontra JR, issuspettat li kien involut fi ksur relatat ma’ organizzazzjoni kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dan il-mandat kien inħareġ b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ fl-istess ġurnata mill-Qorti Istruttorja tat-tribunal de grande instance de Lyon (il-Qorti Reġjonali ta’ Lyon).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑istess <DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, JR ġie arrestat fil-Lussemburgu abbażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Madankollu, fil‑<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, il-Qorti Istruttorja tat-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) fejn kien tressaq JR, ħelsitu wara li kkunsidra li d-deskrizzjoni tal-fatti li jinsabu fl-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew kienu qosra ħafna u ma kinux jippermettulha tifhem in-natura tal-ksur ikkontestat lil JR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190528">28 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Prosekutur tal-Istat tal-Lussemburgu talab lix-Chambre du conseil (l-Awla tal-Kunsill) tat-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) li tiddikjara li kien hemm lok li l-awtoritajiet Franċiżi jingħataw lil JR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tad‑<DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ix-Chambre du conseil (l-Awla tal-Kunsill) tat-tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu) iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal annullament tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew imressqa minn JR u laqgħet it-talba għall-konsenja ta’ dan tal-aħħar lill-awtoritajiet Franċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>JR appella dan id-digriet quddiem il-Cour d’appel (il-Qorti tal-Appell, il-Lussemburgu) fejn sostna, prinċipalment, li l-prosekuturi fi Franza ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, sa fejn dawn jistgħu jkunu suġġetti għal istruzzjonijiet indiretti min-naħa tal-poter eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, il-Prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ indipendenza imposti mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn, skont l-Artikolu 30 tal-KPK, il-Ministru tal-Ġustizzja ma jistax jindirizza istruzzjonijiet f’kawżi individwali. Madankollu, din il-qorti tirrileva li l-Artikolu 36 tal-KPK jawtorizza lill-Prosekutur Ġenerali, jekk huwa jqis li dan huwa xieraq, sabiex jordna lill-Prosekuturi tar-Repubblika, permezz ta’ istruzzjonijiet bil-miktub, li jressqu proċeduri jew li jadixxu lill-qorti kompetenti b’talbiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, u b’referenza għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:337">EU:C:2019:337</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din ir-rabta ġerarkika hijiex kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ indipendenza meħtieġa sabiex awtorità nazzjonali tiġi kklassifikata bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-qorti ssostni wkoll li l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa kkaratterizzat mill-indiviżibbiltà tiegħu, fis-sens li att imwettaq minn wieħed mill-membri tiegħu huwa f’isem l-Uffiċċju tal-Prosekutur kollu. Barra minn hekk, peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur kellu jikkontrolla, f’kawża, l-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jeżamina n-natura proporzjonata tiegħu, huwa fl-istess ħin l-awtorità responsabbli għall-proċeduri kriminali fl-istess kawża, b’tali mod li l-imparzjalità tiegħu tkun tista’ tidher dubjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour d’Appel (il-Qorti tal-Appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Il-Prosekutur Pubbliku Franċiż fil-qorti istruttorja jew fil-qorti li għandha tagħti deċiżjoni, li huwa kompetenti fi Franza taħt id-dritt ta’ dan l-Istat, għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, jista’ jiġi kkunsidrat li huwa awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens awtonomu msemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584], f’ċirkustanzi fejn, filwaqt li jivverifika l-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jeżamina n-natura proporzjonata tiegħu fid-dawl tal-fatti tal-fajl kriminali, huwa fl-istess ħin l-awtorità responsabbli għat-tressiq ta’ proċeduri kriminali fl-istess kawża?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża C‑626/19 PPU</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-Prosekutur tar-Repubblika fi ħdan it-tribunal de grande instance de Tours (il-Qorti Reġjonali ta’ Tours, Franza) ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra YC, issuspettat li kien ipparteċipa f’serqa bil-vjolenza fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dan il-mandat kien inħareġ b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ fl-istess ġurnata mill-Qorti Istruttorja tat-tribunal de grande instance de Tours (il-Qorti Reġjonali ta’ Tours).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement fil‑<DATE ISO="20190405">5 ta’ April 2019</DATE>, YC ġie arrestat fil-Pajjiżi l-Baxxi fuq il-bażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, l-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-Pajjiżi l-Baxxi), skont l-Artikolu 23 tal-Overleveringswet (il-Liġi dwar il-Konsenja) tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, adixxa r-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) sabiex jeżamina l-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, hekk kif jirriżulta mill-punti 50, 74 u 75 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), prosekutur jista’ jiġi kklassifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, jekk jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, jekk huwa jaġixxi b’mod indipendenti u jekk id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tkun suġġetta għal rimedju ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-opinjoni ta’ din il-qorti, l-ewwel żewġ rekwiżiti huma ssodisfatti sa fejn, fi Franza, il-Prosekuturi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u ma humiex esposti għar-riskju li jkunu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali mingħand il-poter eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tielet rekwiżit, l-imsemmija qorti tosserva li, hekk kif jirriżulta mill-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, id-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew u n-natura proporzjonata tagħha ma jistgħux ikunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju separat. Madankollu, fil-prattika, meta jinħareġ il-mandat ta’ arrest nazzjonali, li minnu jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew, il-Qorti Istruttorja teżamina wkoll il-kundizzjonijiet u l-proporzjonalità tal-ħruġ ta’ dan l-aħħar mandat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk l-evalwazzjoni ġudizzjarja li saret meta nħareġ il-mandat ta’ arrest nazzjonali, u għalhekk qabel id-deċiżjoni effettiva tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew, dwar il-proporzjonalità tal-eventwali ħruġ ta’ dan l-aħħar mandat hijiex konformi, essenzjalment, mar-rekwiżiti stabbiliti mill-punt 75 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jipprovdu li d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew għandha tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju li jissodisfa kompletament il-kundizzjonijiet inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fid-dawl tal-fatt li, skont l-informazzjoni li ngħatatilha mill-awtoritajiet Franċiżi, qorti tista’ tiġi adita b’rikors għal annullament tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-persuna kkonċernata wara l-konsenja effettiva tagħha lill-Istat Membru emittenti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din il-possibbiltà tissodisfax dawn l-istess rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>Prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, li jaġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-kompiti inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jiġi kkwalifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [2002/584] jekk, fl-Istat emittenti, qabel id-deċiżjoni effettiva ta’ dan il-prosekutur pubbliku li joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew imħallef ikun evalwa l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: il-kundizzjoni msemmija fil-punt 75 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE> ([<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>], <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirrikjedi li għandu jkun possibbli li d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja li tissodisfa b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, hija ssodisfatta jekk jirriżulta li hemm rimedju ġuridiku għall-persuna mfittxija, wara l-konsenja effettiva tagħha, li permezz tiegħu n-nullità tal-mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tiġi invokata quddiem il-qorti fl-Istat emittenti u li bih din il-qorti teżamina b’mod partikolari n-natura proporzjonali tad-deċiżjoni ta’ ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE>, il-Kawżi C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE>, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tirreferi r-rinviji fil-Kawżi C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara li rrilevat li ż-żewġ rinviji għal deċiżjoni preliminari kienu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, li jaqa’ taħt it-Tielet Parti tat-Titolu V tat-Trattat FUE, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u li għalhekk kienu s-suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja irrilevat, fir-rigward tal-Kawża C‑626/19 PPU, li fir-rigward tagħha r-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam) kienet talbet li hija tiġi suġġetta għal din il-proċedura, li YC kienet imċaħħda mil-libertà u li ż-żamma tagħha f’detenzjoni kienet tiddependi mis-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Fir-rigward tal-Kawża C‑566/19 PPU, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, għalkemm JR ma kienx imċaħħad mil-libertà, il-kwistjoni mqajma f’din il-kawża kienet intrinsikament marbuta ma’ dawk inkwistjoni fil-Kawża C‑626/19 PPU, b’tali mod li, sabiex tingħata risposta għar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, dik il-kawża kellha tiġi suġġetta <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħhom, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, minn naħa, jekk l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandux jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Prosekuturi ta’ Stat Membru, inkarigati mill-prosekuzzjoni u li kienu taħt id-direzzjoni u l-kontroll<?PAGE NO="9"?> tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom, u, min-naħa l-oħra, jekk ir-rekwiżit tal-istħarriġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali u, b’mod partikolari, tan-natura proporzjonata tiegħu, li għalih jagħmel riferiment il-punt 75 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwiex issodisfatt meta, fl-Istat Membru emittenti, qorti teżerċita dan l-istħarriġ u teżamina n-natura proporzjonata tad-deċiżjoni li toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew qabel l-adozzjoni tagħha u jekk, fin-nuqqas ta’ dan, dan ikun il-każ meta stħarriġ ġudizzjarju jista’ wkoll jiġi eżerċitat kontra din id-deċiżjoni, wara l-konsenja effettiva tal-persuna rikjesta.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kummenti preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar qabel kollox li kemm il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri kif ukoll il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jistrieħ huwa nnifsu fuq il-fiduċja reċiproka bejn dawn tal-aħħar, għandhom, fid-dritt tal-Unjoni, importanza fundamentali, peress li jippermettu l-ħolqien u ż-żamma ta’ spazju mingħajr fruntieri interni. B’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jeżiġi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li kull wieħed minn dawn l-Istati jqis, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħra kollha josservaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, jirrispettaw id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja</NAME.CASE>), <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li d-Deċiżjoni Qafas 2002/584, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 tagħha, tikkostitwixxi l-ewwel konkretizzazzjoni fil-qasam tad-dritt kriminali tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, stabbilit fl-Artikolu 82(1) TFUE li ssostitwixxa l-Artikolu 31 UE li fuq il-bażi tiegħu ġiet adottata din id-deċiżjoni qafas. Minn dakinhar, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali kienet adottat gradwalment strumenti legali li l-applikazzjoni kkoordinata tagħhom hija intiża sabiex issaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fir-rigward tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali rispettivi tagħhom bl-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fl-Unjoni ta’ sentenzi f’materji kriminali sabiex tiġi evitata kwalunkwe impunità tal-awturi tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li fuqu hija bbażata d-Deċiżjoni Qafas 2002/584, jimplika, bis-saħħa tal-Artikolu 1(2) ta’ din tal-aħħar, li l-Istati Membri għandhom, bħala prinċipju, jeżegwixxu mandat ta’ arrest Ewropew (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Mantello</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:683">EU:C:2010:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jeżegwixxu tali mandat biss fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja previsti fl-Artikolu 3 tagħha kif ukoll fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva elenkati fl-Artikoli 4 u 4a tagħha. Barra minn hekk, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew biss għall-kundizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 5 tal-imsemmija deċiżjoni qafas (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Radu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:39">EU:C:2013:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi osservat li l-effettività u l-funzjonament tajjeb tas-sistema ssemplifikata ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew issuspettati li jkunu kisru l-liġi kriminali, stabbilita bid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, huma msejsa fuq l-osservanza ta’ ċerti rekwiżiti stabbiliti minn din id-deċiżjoni qafas li l-portata tagħha ġiet ippreċiżata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom il-qrati tar-rinviju jitolbu kjarifiki jirrigwardaw, minn naħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, u, min-naħa l-oħra, il-portata tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tiġi żgurata lill-persuni li huma s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u hekk kif ukoll irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-eżistenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meħuda minn awtorità li ma hijiex qorti ma tikkostitwixxix kundizzjoni sabiex din l-awtorità tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Tali rekwiżit ma jaqax taħt ir-regoli statutorji u organizzattivi tal-imsemmija awtorità, iżda jirrigwarda l-proċedura ta’ ħruġ ta’ tali mandat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:457">EU:C:2019:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru li, filwaqt li huwa strutturalment indipendenti mill-poter ġudizzjarju, huwa kompetenti sabiex jeżerċita l-proċeduri kriminali u li l-istatus tiegħu, f’dan l-Istat Membru, jagħtih garanzija ta’ indipendenza fir-rigward tal-poter eżekuttiv fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi kklassifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, u ħalliet lill-qorti tar-rinviju tivverifika jekk, barra minn hekk, id-deċiżjonijiet ta’ dan il-Prosekutur jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju li jissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jindika l-awtorità ġudizzjarja emittenti bħala li hija l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti li hija kompetenti sabiex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm, konformement mal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru, skont id-dritt nazzjonali tagħhom, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li għandha l-kompetenza li toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew, is-sens u l-portata ta’ dan il-kunċett ma jistgħux jitħallew għall-evalwazzjoni ta’ kull Stat Membru, peress li dan il-kunċett jeħtieġ, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 fil-kuntest li jinsabu fih kif ukoll l-għan imfittex minn din id-deċiżjoni qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, jista’ jinkludi l-awtoritajiet ta’ Stat Membru li, mingħajr ma jkunu neċessarjament imħallfin jew qrati, jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali ta’ dan l-Istat Membru u jaġixxu b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, fejn l-imsemmija indipendenza teħtieġ li jkunu jeżistu regoli statutorji u organizzattivi li jiżguraw li l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tkunx esposta, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jinħareġ tali mandat ta’ arrest, għal kwalunkwe riskju li tiġi suġġetta, b’mod partikolari, għal investigazzjoni individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-parteċipazzjoni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali tal-membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, li fi Franza għandhom il-kwalità ta’ proskuturi, ma hijiex ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk dawn il-prosekuturi jaġixxu b’mod indipendenti fil-qadi tal-funzjonijiet inerenti fil-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, mill-osservazzjonijiet bil-miktub u orali ppreżentati waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvern Franċiż jirriżulta li l-Artikolu 64 tal-Kostituzzjoni jiggarantixxi l-indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja li hija komposta minn imħallfin u prosekuturi u li, skont l-Artikolu 30 tal-KPK, il-Prosekutur jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’mod oġġettiv, protett minn kull istruzzjoni individwali li tirriżulta mill-poter eżekuttiv, u l-Ministru<?PAGE NO="11"?> tal-Ġustizzja jista’ biss jindirizza struzzjonijiet ġenerali ta’ politika penali sabiex tiġi żgurata l-koerenza ta’ din il-politika fit-territorju kollu lill-Prosekuturi. Skont dan il-gvern, dawn l-istruzzjonijiet ġenerali ma jistgħu fl-ebda każ ikollhom l-effett li jipprekludu lil prosekutur li jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu fir-rigward tan-natura proporzjonata tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 31 tal-KPK, il-Prosekutur jeżerċita l-prosekuzzjoni u jeħtieġ l-applikazzjoni tal-liġi b’osservanza tal-prinċipju ta’ imparzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Tali elementi huma biżżejjed sabiex juru li, fi Franza, il-Prosekuturi għandhom is-setgħa li jevalwaw b’mod indipendenti, b’mod partikolari meta mqabbla mal-poter eżekuttiv, il-ħtieġa u n-natura proporzjonata tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jeżerċitaw din is-setgħa b’mod oġġettiv, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha inkriminanti u li jiskaġunaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-Prosekuturi huma obbligati li jikkonformaw ruħhom mal-istruzzjonijiet mogħtija mis-superjuri ġerarkiċi tagħhom, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:457">EU:C:2019:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-rekwiżit ta’ indipendenza, li jeskludi li l-poter deċiżjonali ta’ dawn tal-ewwel ikun suġġett għal istruzzjonijiet esterni mill-poter ġudizzjarju, li jirriżultaw b’mod partikolari mill-poter eżekuttiv, ma jipprojbixxix l-istruzzjonijiet interni li jistgħu jingħataw lill-Prosekuturi mis-superjuri ġerarkiċi tagħhom, huma stess prosekuturi, abbażi tar-rabta ta’ subordinazzjoni li tirregola l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur lanqas ma hija kkontestata mill-fatt li dan huwa responsabbli għall-eżerċizzju tal-prosekuzzjoni. Fil-fatt, kif ġie rrilevat mill-Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg (il-Prosekutur Ġenerali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu) matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ma jirrigwardax biss l-imħallfin u l-qrati ta’ Stat Membru. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-kunċett japplika wkoll għall-prosekutur ġenerali ta’ Stat Membru kompetenti sabiex jeżerċita l-proċeduri kriminali, sakemm l-istatus tiegħu jagħtih garanzija ta’ indipendenza fir-rigward tal-poter eżekuttiv fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja</NAME.CASE>), <NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:457">EU:C:2019:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Prosekuturi ta’ Stat Membru, inkarigati mill-prosekuzzjoni u li kienu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom, peress li l-istatus tagħhom jagħtihom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-poter eżekuttiv, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Is-sistema tal-mandat ta’ arrest Ewropew tinvolvi protezzjoni fuq żewġ livelli tad-drittijiet proċedurali u tad-drittijiet fundamentali li minnhom għandha tibbenefika l-persuna rikjesta, peress li, mal-protezzjoni ġudizzjarja prevista fl-ewwel livell, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni nazzjonali, bħal mandat ta’ arrest nazzjonali, tiżdied dik li għandha tiġi żgurata fit-tieni livell, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, li jista’ jseħħ, jekk ikun il-każ, f’termini qosra, wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ miżura li, bħall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, hija tali li tippreġudika d-dritt għal-libertà tal-persuna kkonċernata, din il-protezzjoni timplika li deċiżjoni li tissodisfa r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi adottata, għall-inqas, f’wieħed miż-żewġ livelli ta’ dik il-protezzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod partikolari, it-tieni livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata jippreżumi li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tistħarreġ l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan il-ħruġ u teżamina b’mod oġġettiv, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha inkriminanti u li jiskaġunaw, u mingħajr ma tkun esposta għar-riskju li tiġi suġġetta għal istruzzjonijiet esterni, b’mod partikolari min-naħa tal-poter eżekuttiv, jekk dan il-ħruġ huwiex ta’ natura proporzjonata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta d-dritt tal-Istat Membru emittenti jagħti s-setgħa sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew lil awtorità li, waqt li tipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta’ dak l-Istat Membru, ma hijiex fiha nfisha qorti, id-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest bħal dan u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità ta’ deċiżjoni bħal din għandhom ikunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju, f’dak l-Istat Membru, li jissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti inerenti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Prosekuturi ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Tali rimedju kontra d-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meħud minn awtorità li, filwaqt li tipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li tgawdi mill-indipendenza meħtieġa fir-rigward tal-poter eżekuttiv, ma tikkostitwixxix qorti intiża li tiggarantixxi li l-istħarriġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali u b’mod partikolari n-natura proporzjonali tagħha jiġi eżerċitat fil-kuntest ta’ proċedura li tosserva r-rekwiżiti li jirriżultaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li l-ordinamenti ġuridiċi tagħhom jiggarantixxu b’mod effettiv il-livell ta’ protezzjoni ġudizzjarja meħtieġ mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ regoli tal-proċedura li huma jimplimentaw u li jistgħu jvarjaw minn sistema għall-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ dritt ta’ rimedju separat kontra d-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meħud minn awtorità ġudizzjarja li ma hijiex qorti jikkostitwixxi biss possibbiltà f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma tipprekludix lil Stat Membru milli japplika r-regoli proċedurali tiegħu fir-rigward tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew sakemm dan ma jipprekludix l-għan ta’ din id-deċiżjoni qafas u r-rekwiżiti li jirriżultaw minnha (ara, f’dan is-sens, sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>F</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:358">EU:C:2013:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-proċess imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali jirriżulta neċessarjament, fl-ordinament ġuridiku Franċiż, minn mandat ta’ arrest nazzjonali, mogħti minn qorti, ġeneralment il-Qorti Istruttorja. Skont l-Artikolu 131 tal-KPK, jekk il-persuna rikjesta tkun ħarbet jew tkun tirrisjedi barra t-territorju Franċiż, il-Qorti Istruttorja, wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Prosekutur tar-Repubblika, tista’ toħroġ mandat ta’ arrest kontra tagħha jekk il-fatt ikun jinkludi piena ta’ priġunerija korrettiva jew piena iktar gravi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑626/19 PPU, jirriżulta li meta mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali jinħareġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur, il-qorti li tkun ħarġet il-mandat ta’ arrest nazzjonali li fuq il-bażi tiegħu l-mandat ta’ arrest Ewropew ikun inħareġ<?PAGE NO="13"?> titlob fl-istess ħin lill-Uffiċċju tal-Prosekutur li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew u jevalwa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ tali mandat ta’ arrest Ewropew u b’mod partikolari tan-natura proporzjonata tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-Gvern Franċiż, fl-ordinament ġuridiku Franċiż, id-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew tista’, bħala att proċedurali, tkun is-suġġett ta’ azzjoni għall-annullament fuq il-bażi tal-Artikolu 170 tal-KPK. Tali azzjoni, li nbdiet sakemm tiżvolġi l-investigazzjoni kriminali, tippermetti lill-partijiet fil-proċedura li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tagħhom. Jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ kontra persuna li għadha ma hijiex parti fil-proċedura, din tista’ teżerċita l-azzjoni għall-annullament wara l-konsenja effettiva tagħha u d-dehra tagħha quddiem il-Qorti Istruttorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-eżistenza, fl-ordinament ġuridiku Franċiż, ta’ tali regoli proċedurali turi li n-natura proporzjonata tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju preliminari, jew kważi fl-istess waqt mal-ħruġ tiegħu u, fi kwalunkwe każ, wara l-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, peress li dan l-eżami jista’ għalhekk iseħħ, skont il-każ, qabel jew wara l-konsenja effettiva tal-persuna rikjesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Tali sistema tissodisfa, għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif tfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hija parti minn sistema globali ta’ garanziji dwar il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva previsti minn leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni, adottati fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jikkontribwixxu sabiex jiffaċilitaw lill-persuna rikjesta fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha, anki qabel il-konsenja tagħha lill-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 294, p. 1</REF.DOC.OJ>), jimponi fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li tinforma, mingħajr dewmien żejjed wara ċ-ċaħda tal-libertà, il-persuni li l-konsenja tagħhom hija mitluba, li għandhom id-dritt li jaħtru avukat fl-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Prosekuturi ta’ Stat Membru, inkarigati mill-prosekuzzjoni u li kienu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom, peress li l-istatus tagħhom jagħtihom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-poter eżekuttiv, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tibbenefika minnhom persuna li fir-rigward tagħha jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali huma ssodisfatti meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru emittenti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dan il-mandat u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tiegħu huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Prosekuturi ta’ Stat Membru, inkarigati mill-prosekuzzjoni u li kienu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom, peress li l-istatus tagħhom jagħtihom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-poter eżekuttiv, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tibbenefika minnhom persuna li fir-rigward tagħha jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali huma ssodisfatti meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru emittenti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ dan il-mandat u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tiegħu huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju f’dan l-Istat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>