Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2008/0786 finali - CNS 2008/0022 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell 14.11.2008 KUMM(2008) 786 finali(adottat bħala SEG(2008) 2604) 2008/0224(CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Raġunijiet u għanijiet tal-proposta L-għan ta’ din il-proposta huwa li fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċċjali Oħra jiġu introdotti dispożizzjonijiet li joħolqu kategorija ġdida ta’ impjegati li hija speċifika għall-Parlament Ewropew. Il-proposta tkopri l-assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew, ibbażati f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Strażburgu, Lussemburgu), bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-assistenti li jaħdmu fl-uffiċċji tal-Membri tal-PE fil-pajjiż fejn ikunu eletti, pereżempju fl-uffiċċji tal-kostitwenza, u għandha l-għan li tiċċara u ttejjeb is-sitwazzjoni attwali tagħhom filwaqt li tiġi rrispettata bis-sħiħ il-partikularità tax-xogħol tagħhom fil-Parlament. - Kuntest ġenerali Is-sistema attwali biex jiġu impjegati l-assistenti mal-Membri tal-PE, li hija bbażata għalkollox fuq arranġamenti kuntrattwali taħt il-liġi privata, tidher li ma għadhiex kumpatibbli mad-daqs u l-kumplessità ta’ Parlament magħmul minn 27 Stat Membru. Is-sistema toħloq piż amministrattiv tqil ħafna kemm fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament kif ukoll fuq il-Membri individwali tal-Parlament Ewropew. Apparti dan il-piż amministrattiv, l-applikazzjoni ta’ 27 sistema tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali għal persuni li jaħdmu bejn Brussell, Strażburgu, il-Lussemburgu u partijiet oħra fl-Ewropa tirriżulta f’ħafna restrizzjonijiet fir-rigward tal-pożizzjoni tal-assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Fl-2000, fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 1998, il-Kunsill iddikjara li kien kompletament konxju mill-bżonn li jiġu rregolati l-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew u li tittejjeb is-sitwazzjoni attwali tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kunsill indika li fis-26 ta’ April 1999, meta kien qed jeżamina l-abbozz tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, adotta prinċipji li jikkunsidrahom bħala essenzjali f’dan ir-rigward: - il-ħlas dirett tal-assistenti mill-Parlament, taħt ir-responsabilità u skont l-istruzzjonijiet personali tal-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernati; - l-eżistenza ta’ kuntratt bil-miktub irreġistrat mal-Parlament Ewropew; - il-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli fir-rigward tat-tassazzjoni u tas-sigurtà soċjali. Dawn il-prinċipji huma rrispettati mill-proposta attwali, li tinkludi l-kategorija l-ġdida tal-Assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra. Il-persuni li jaqgħu f’din il-kategorija l-ġdida se jiġu impjegati mill-Parlament Ewropew biex iwettqu xogħol fis-servizz ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, wara li jkunu ntgħażlu mill-Membru nnifsu. Qed jiġu introdotti regoli speċifiċi biex tiġi rregolata din il-kategorija ġdida ta’ impjegati, wara li tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tax-xogħol tal-Assistenti Parlamentari u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament Ewropew u l-Membri tal-Parlament Ewropew. L-introduzzjoni ta’ din il-kategorija l-ġdida fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali oħra twassal ukoll għas-sostituzzjoni ta’ 27 skema fl-oqsma ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, tassazzjoni u sigurtà soċjali bi skema waħda. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 259/68 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) - Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TAL-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Mhux rilevanti. - Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kien hemm ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. - Evalwazzjoni tal-impatt L-abbozz ta’ proposta huwa limitat għall-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ impjegati fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, jiġifieri mhux mistenni ebda impatt estern. Għal din ir-raġuni, ma kienx hemm bżonn ta’ evalwazzjoni tal-impatt. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tistabbilixxi regoli li jintroduċu kategorija ġdida ta’ assistenti tal-Membri tal-PE fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra. - Il-bażi legali L-Artikolu 283 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jinkiseb l-għan bażiku li l-assistenti tal-Membri tal-PE bbażati f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Strażburgu, il-Lussemburgu) jiġu koperti mill-Kondizzjonijiet ta' Uffiċjali oħra huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar din il-kategorija ġdida li jirrispettaw l-aspetti partikulari tagħha. Din il-proposta ma tmurx lilhinn minn dak li hemm bżonn sabiex jintlaħaq dan il-għan. - L-għażla tal-istrumenti L-istrument propost: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin: Il-proposta tirrigwarda l-emenda ta' strument eżistenti. L-IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. 2008/0224(CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikulari l-Artikolu 283 tiegħu, wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu, wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal[1], wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[3], wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri[4], Billi: 1. B’konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew[5], il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-istaff persunali li huma jistgħu jagħżlu b’mod ħieles. Bħalissa, il-Membri jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament taħt kuntratti li huma soġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li l-Parlament Ewropew jirrifondi l-ispejjeż, sa ammont massimu fiss. 2. Għadd limitat ta’ dan il-persunal (minn hawn ’il quddiem imsejħa “assistenti parlamentari”) jassistu Membru wieħed jew aktar fil-lokalitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, Brussell u fil-Lussemburgu. L-oħrajn huma impjegati mal-Membri fil-pajjiż fejn dawn ġew eletti. 3. B'kuntrast ma' dawn tal-aħħar, l-assistenti parlamentari huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol tal-Parlament Ewropew. 4. Barra minn hekk dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej li rrikonoxxiet li l-assistenti parlamentari f’ċerti aspetti jistgħu jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra[6] li qed iwettqu xogħol għall-Parlament[7]. 5. Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ċ-ċertezza legali permezz ta’ regoli komuni, huwa xieraq li dawn l-assistenti, bl-eċċezzjoni tal-persuni li jaħdmu għall-Membri fl-Istat Membru fejn dawn ġew eletti, inklużi persuni li jaħdmu lokalment għal Membri eletti f'wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu t-tliet postijiet tax-xogħol, jiġu impjegati permezz ta’ kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. 6. Jaqbel, għalhekk, li dawn l-assistenti jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b’mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom jitqiesu kif xieraq. 7. L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju. 8. L-assistenti parlamentari jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija ta’ persunal speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jappoġġaw lill-Membri tal-Parlament fil-kapaċita' tagħhom ta' rappreżentanti eletti demokratikament fdati b'mandat, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. 9. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati, b’mod limitat, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-persunal. 10. Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta’ assistenti, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont il-kriterji li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew. 11. Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari u l-Membru/i tal-Parlament Ewropew li qed jassisti. 12. Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ din il-kategorija ġdida ta’ persunal. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa għall-iffinanzjar tal-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata. 13. Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġodda għandu jikkoinċidi mad-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma emendati kif stipulat fl-Anness. Artikolu 2 Fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew għandu jissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari. Artikolu 3 Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew li tibda fl-2009. Dan ir-regolament se jkun jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma emendati kif ġej: 1) fl-Artikolu 1, l -inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara "konsulenti speċjali": “assistenti parlamentari,". 2) l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 5a Għall-finijiet ta’ dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, it-terminu “assistenti parlamentari” jfisser membri tal-persunal magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati permezz ta’ kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew biex jassistu Membru wieħed jew aktar tal-Parlament Ewropew, kif stipulat fl-Artikolu 125(1).”; 3) it-Titoli VII u VIII bl-Artikoli 125 sa 127 jsiru Titoli VIII u IX bl-Artikoli 141 sa 143. Għandu jiddaħħal Titolu VII ġdid: “Titolu VII Assistenti parlamentari Kapitolu 1 Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 125 1. “Assistent parlamentari” tfisser membru tal-persunal impjegat mill-Parlament Ewropew, f’wieħed mit-tliet postijiet ta’ xogħol tal-Parlament Ewropew, biex jassisti Membru wieħed jew aktar tal-Parlament fit-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom. Għandu jwettaq kompiti li huma marbuta direttament max-xogħol tal-Parlament Ewropew. L-assistenti parlamentari għandhom jiġu impjegati biex iwettqu xogħol part-time jew full-time, bla ma jiġu assenjati għal kariga inkluża fil-lista ta’ karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. 2. Il-Parlament Ewropew, permezz ta’ deċiżjoni interna, għandu jadotta dispożizzjonijiet rigward l-impjieg ta’ assistenti parlamentari. 3 L-assistenti parlamentari għandhom jitħallsu mill-approprjazzjonijiet globali allokati għat-taqsima tal-baġit marbuta mal-Parlament Ewropew. Artikolu 126 1. L-assistenti parlamentari huma kklassifikati skont il-grad. 2. L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-miżuri ta’ natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b’analoġija. Kapitolu 2 Drittjiet u obbligi Artikolu 127 L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b’analoġija. Il-Parlament Ewropew għandu jiddetermina, permezz ta’ deċiżjoni interna, miżuri prattiċi ta' implimentazzjoni li jqisu n-natura speċifika tar-relazzjoni bejn il-Membri u l-assistenti tagħhom. Kapitolu 3 Kundizzjonijiet tal-impjieg Artikolu 128 1. L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b’analoġija. 2. L-assistent parlamentari jintgħażel mill-Membru/i tal-Parlament Ewropew li huwa se jkun inkarigat li jassisti. Bla ħsara għall-kriterji supplementarji li jistgħu jiġu stipulati fid-dispożizzjoniiet imsemmija fl-Artikolu 125(2), l-assistent jista’ jiġi impjegat biss bil-kundizzjoni li: a) huwa ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet, ħlief jekk tiġi awtorizzata eċċezzjoni mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(1), u jgawdi d-drittijiet kollha tiegħu bħala ċittadin; b) wettaq kwalunkwe obbligi imposti fuqu mil-liġijiet rigward is-servizz militari; c) jipproduċi referenzi xierqa dwar il-persuna tiegħu, li juru li huwa adattat biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; d) għandu l-ħiliet fiżiċi meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; e) jipproduċi provi ta’ għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi tal-Komunità u għarfien xieraq ta’ lingwa oħra tal-Komunità li jkun biżżejjed biex iwettaq il-ħidmiet mitluba minnu u; f) jekk għandu : i) livell ta’ edukazzjoni superjuri ċċertifikat b’diploma, jew ii) livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni superjuri u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas tliet snin, jew iii) taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta’ livell ekwivalenti, fejn dan ikun meqjus fl-interess tas-servizz. Artikolu 129 1. L-assistent parlamentari għandu jagħmel perjodu ta’ prova ta’ tliet xhur. 2. F’każ ta’ mard jew inċident li jżomm lill-assistent parlamenti milli jaqdi d-dmiritijiet tiegħu għal xahar jew aktar matul il-perjodu ta' prova, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1) tista’, fuq talba tal-Membru, testendi l-perjodu ta’ prova bit-tul ta’ żmien li jikkorispondi. 3. Jekk ix-xogħol tal-assistent parlamentari ma jkunx adegwat biex jiġġustifika li dan iżomm il-funzjoni tiegħu, il-Membru tal-Parlament Ewropew għandu, mhux aktar tard minn xahar qabel ma jispiċċa l-perjodu ta’ prova, jagħmel rapport dwar il-ħila tal-assistent li jaqdi d-dmirijiet tiegħu, kif ukoll dwar l-imġiba u l-effiċjenza tiegħu. Dan ir-rapport għandu jiġi komunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha dritt tagħmel il-kummenti tagħha bil-miktub f'perijodu ta' tmint ijiem, mill-awtorita' msemmija fl-Artikolu 6(1). Jekk ikun meħtieġ, l-assistant parlamentari msemmi hawn fuq għandu jitkeċċa mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), sakemm ir-rapport ikun ġie komunikat lilu qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ prova. 4. L-assistent parlamentari mkeċċi tul il-perjodu ta’ prova għandu jkun intitolot għal kumpens ta’ terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar tal-perjodu tal-prova li jkun ħadem. Artikolu 130 1. Qabel ma jingħata l-impjieg, l-assistent parlamentari għandu jipprovdi evidenza lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew li jinsab f'qagħda fiżika tajba biex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jkun sodisfatt li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d). 2. F’każ li tingħata opinjoni medika negattiva bħala riżultat tal-eżami mediku msemmi fl-ewwel paragrafu, il-kandidat jista’, fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun ġie notifikat mill-istituzzjoni dwar din l-opinjoni, jitlob li l-każ tiegħu jiġi sottomess għall-opinjoni tal-kumitat mediku kompost minn tliet tobba magħżula mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1) minn fost l-uffiċjali mediċi tal-istituzzjonijiet. Il-kumitat mediku għandu jisma’ lill-uffiċjal mediku responsabbli mill-opinjoni negattiva inizjali. Il-kandidat jista’ jirreferi l-opinjoni ta’ tabib li jagħżel hu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet tal-eżami mediku msemmi fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas 50% tal-kontijiet u tal-ispejjeż magħmula. Artikolu 131 1. Il-kuntratt tal-assistenti parlamentari għandu jkollu perjodu determinat. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140, il-kuntratti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-tmiem tal-leġiżlatura li fiha jkunu saru l-istess kuntratti. 2. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni interna li fiha jiddefinixxi l-kriterji applikabbli għall-klassifikazzjoni meta l-persuna tiġi impjegata. 3. Fil-każ li assistent parlament jiffirma kuntratt ġdid, għandha tittieħed deċiżjoni ġdida dwar il-klassifikazzjoni tal-grad tiegħu. Kapitolu 4 Kundizzjonijiet tax-xogħol Artikolu 132 1. Is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa tal-assistent jistgħu jiġu stipulati mill-Membru, iżda f'ċirkostanzi normali dawn m'għandhomx ikunu ta' aktar minn 42 siegħa fil-ġimgħa. 2. L-assistent m’għandux jintalab jaħdem sigħat żejda ħlief f’każ ta’ emerġenza jew ta’ ammont ta’ xogħol eċċezzjonali. 3. Madankollu, is-sigħat żejda li jaħdmu l-assistenti parlamentari ma jinkludux id-dritt ta' kumpens jew rimunerazzjoni. 4. L-Artikoli 42a, 42b, 55a, u 57 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal (leave, ħinijiet tax-xogħol u festi pubbliċi) kif ukoll l-Artikoli 16(2) sa (4) u 18 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg preżenti għandhom japplikaw b’analoġija. Leave speċjali, leave parentali u leave tal-familja m'għandux jestendi lil hinn mit-terminu tal-kuntratt. Kapitolu 5 Rimunerazzjoni u rimbors tal-ispejjeż Artikolu 133 Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 134 u 135, l-Artikoli 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 tas-CEOS kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż, għandhom japplikaw b’analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fid-dispożizzjonijiet msemmija fl-artikolu 125(2). Artikolu 134 L-iskala tas-salarji bażiċi hi stabbilita skont it-tabella li ġejja: Grad | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | Salarju bażiku ‘fulltime’ | 1 193,00 | 1 389,85 | 1 619,17 | 1 886,33 | 2 197,58 | 2 560,18 | 2 982,61 | Grad | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | Salarju bażiku ‘fulltime’ | 3 474,74 | 4 048,07 | 4 716,00 | 5 494,14 | 6 400,67 | 7 456,78 | 8 687,15 | Artikolu 135 B’deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m’għandux ikun ta’ inqas minn EUR 250. Kapitolu 6 Sigurtà Soċjali Artikolu 136 Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji tal-Artikolu 137, l-Artikoli 95 sa 115 (sigurtà soċjali) għandhom japplikaw b’analoġija. Artikolu 137 1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3), u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu msemmi, l-ammonti kkalkulati skont din id-dispożizzjoni m’għandhomx ikunu ta’ inqas minn EUR 700 jew ta’ aktar minn EUR 2000. 2, Bħala deroga mill-Artikoli 77 u 80 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 101 u 105 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg preżenti, l-ammonti minimi użati għall-kalkolu tal-pensjonijiet u l-benefiċċju ta’ invalidità għandhom jikkorrispondu mas-salarju bażiku ta’ assistent parlamentari kklassifikat fil-grad 1. 3. Il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa biex jiffinanzjaw l-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata. 4. L-Artikolu 122 ma japplikax ħlief għal kuntratti magħmula għal perjodi ta’ mhux aktar minn sena. Kapitolu 7 Irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti Artikolu 138 Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti. Kapitolu 8 Appelli Artikolu 139 Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b’analoġija. Kapitolu 9 Tmiem tal-impjieg Artikolu 140 1. Minbarra tmiem tal-impjieg minħabba l-mewt, l-impjieg ta’ assistent parlamentari jintemm: a) fid-data indikata fil-kuntratt, kif stipulat fl-Artikolu 131(1); b) fl-aħħar tax-xahar li fih l-assistent parlamentari jilħaq l-età ta’ 65 sena; c) f’każ ta' assistent impjegat biex jassisti Membru wieħed biss tal-Parlament Ewropew, b'konformità mal-Artikolu 128(2), fl-aħħar tax-xahar li fih jispiċċa l-mandat ta’ dak il-Membru, kemm jekk minħabba mewt, jew għax jirriżenja jew għal kwalunkwe raġuni oħra; d) fl-aħħar tal-perjodu ta’ notifika stabbilit fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari jew lill-Parlament Ewropew l-għażla li l-impjieg jintemm aktar kmieni. Il-perjodu ta’ notifika ma jistax ikun ta’ inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, b'minimu ta' xahar u b'massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta’ notifika m’għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, kif stipulat fil-limiti msemmija hawn fuq. e) f’każ li assistent parlamentari m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 128(2), punt (a), u dan għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni tad-deroga stipulata fl-Artikolu msemmi. Jekk din id-deroga ma tiġix awtorizzata, għandha tapplika n-notifika stipulata fil-punt d). (2) Meta l-kuntratt jintemm skont il-paragrafu 1(c) jew il-Parlament Ewropew iwaqqaf il-kuntratt skont il-paragrafu 1(d), l-assistent parlamentari għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jispiċċaw id-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt, suġġett madankollu għal massimu ta’ tliet xhur ta’ salarju bażiku. (3) Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta’ assistent parlamentari jista' jintemm mingħajr avviż minn qabel f’każ ta’ nuqqas serju fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, kemm jekk b’mod intenzjonat jew jekk b’negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), wara li l-persuna konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA Regolament tal-Kunsill li jemenda l-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ħolqien ta’ statut għall-assistenti parlamentari akkreditati għal wieħed mit-tliet postijiet ta’ ħidma uffiċjali tal-Parlament Ewropew) 2. IL-LINJI BAĠITARJI 2.1. Il-linji baġitarji inklużi t-titoli tagħhom: Kapitolu 12 - Uffiċjali u aġenti temporanji Kapitolu 16 - Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni Kapitolu 20 - Bini u nefqiet relatati Kapitolu 21 - Proċessar ta' dejta, tagħmir u għamara: xiri, kiri u manutenzjoni Kapitolu 23 - In-nefqa amministrattiva kurrenti Punt 3220 - Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija Punt 4200 - L-assistenza parlamentari Punt 4220 - Assistenza Parlamentari 2.2. Tul ta’ żmien tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju: L-azzjoni m’għandhiex tul ta’ żmien determinat. Hija għandha tkun effettiva mill-bidu tal-mandat li jmiss tal-Parlament Ewropew li jibda fl-Lulju 2009. L-impatt finanzjarju tal-proċedura jinkludi żewġ taqsimiet: min-naħa l-waħda, l-ispejjeż marbuta direttament mal-assistenti parlamentari akkreditati għal wieħed mit-tliet postijiet ta' ħidma uffiċjali tal-Parlament Ewropew, u min-naħa l-oħra l-ispejjeż amministrattivi ġġenerati mill-ġestjoni tal-assistenti parlamentari li jaqgħu taħt Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. 1) In-nefqa a) Nefqa marbuta direttament mal-assistenti parlamentari: F’dan ir-rigward, il-proposta hija newtrali fuq il-livell baġitarju. In-nefqa għas-salarji kif ukoll l-ispejjeż għall-missjonijiet se jkunu koperti kollha kemm huma b'fondi li jittieħdu mill-baġit individwali ta’ kull membru. Fl-2009, il-linja 4200 b’hekk se tiġi ffinanzjata permezz ta’ tnaqqis tal-ammonti meħtieġa mil-linja 4220. L-ammont tan-nefqa mhux għas-salarji mhux se jinbidel meta mqabbel man-nefqa li bħalissa diġà hija koperta minn linji differenti tal-baġit tal-Parlament Ewropew. b) Nefqa marbuta mal-istaff tal-ġestjoni amministrattiva (15-il punt supplimentari): Il-ġestjoni tal-assistenti parlamentari għalhekk se jkollha bżonn miżjud ta’ riżorsi umani li jaqbel li jiġu integrati fil-proċedura baġitarja. 2) Dħul Il-ħlas skont ir-Regolamenti tal-Persunal dwar is-salarji u l-konċessjonijiet kemm lill-assistenti parlamentari kif ukoll lill-ħaddiema supplimentari meħtieġa biex jimmaniġġjaw l-azzjoni joħloq dħul għall-baġit Komunitarju permezz tat-taxxa Komunitarja, l-imposta speċjali u l-kontribuzzjonijiet għas-sistema tal-pensjoni li jitħallsu mis-salarji u mill-konċessjonijiet. 2.3. Il-karatteristiċi baġitarji: Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġodda | Kontribut mill-EFTA | Kontributi mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-prospettiva finanzjarja | Ara l-punt 2.1. | NCE | NDA | LE | LE | LE | 5 | 3. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 3.1. Riżorsi finanzjarji 3.1.1. Infiq operattiv Din il-proposta ma timplikax infiq operattiv. 3.1.2. Infiq amministrattiv - ara d-dettalji fil-punti 7.2.4. u 7.2.5. EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ nfiq | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | Total | L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata | 55,701 | 111,401 | 111,401 | 111,401 | 111,401 | 111,401 | 612,706 | Nefqa amministrattiva oħra | 17,998 | 35,995 | 35,995 | 35,995 | 35,995 | 35,995 | 197,973 | TOTAL tal-PA inkluża n-nefqa tar-Riżorsi Umani | 73,699 | 147,396 | 147,396 | 147,396 | 147,396 | 147,396 | 810,679 | 3.1.3. Kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja ( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se timplika l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-prospettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-prospettiva finanzjarja). 3.1.4. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: Kontribuzzjonijiet mill-assistenti parlamentari u mill-persunal assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni forma ta’ taxxa Komunitarja, imposta speċjali u kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni Komunitarja b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal u tal-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll il-ħlas mill-Parlament Ewropew f’isem l-assistenti parlamentari tal-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja. EUR miljun (sal-ewwel punt deċimali) Qabel l-azzjoni 2008 | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Total tar-riżorsi umani fil-preżent | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 4. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 4.1. Ħtieġa li għandha tiġi sodisfatta f’terminu ta’ żmien qasir jew twil Sal-lum, l-assistenti parlamentari akkreditati għal wieħed mill-postijiet tax-xogħol uffiċjali tal-Parlament Ewropew kienu koperti minn kundizzjonijiet ta’ impjieg differenti, fattur li jwassal għal sitwazzjonijiet diverġenti f’termini ta’ rimunerazzjoni, kopertura soċjali u f’każ ta’ mard, ta’ drittijiet għall-pesjoni, eċċ. Din l-azzjoni għandha l-għan li tintegra dawn l-assistenti parlamentari fil-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej permezz tal-ħolqien ta’ kategorija speċifika ta’ ħaddiema. 4.2. Il-valur miżjud tal-intervent Komunitarju L-involviment tal-Komunità huwa meħtieġa billi huma biss l-istituzzjonijiet Ewropej li legalment qegħdin f’pożizzjoni li jintegraw dawn l-assistenzi parlamentari fil-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. 4.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM. L-azzjoni proposta għandha l-għan li toħloq kundizzjonijiet ta’ impjieg uniformi għall-assistenti parlamentari. 4.4. Il-metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv) ( Tmexxija ċentralizzata ( direttament mill-Parlament Ewropew ( indirettament permezz ta’ delega lil: ( aġenziji eżekuttivi ( entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet, kif stipulat fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku. ( Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata ( mal-Istati Membri ( ma’ pajjiżi terzi ( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema) 5. IS-SORVELJANZA U L-EVALWAZZJONI 5.1. Sistema ta’ sorveljanza In-nefqa għandha tkun immoniterjata mis-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew. 6. Miżuri kontra l-frodi Il-miżuri ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-monitoraġġ ex-post regolari għandhom ikunu applikati. 7. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 7.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom Il-proposta għandha l-għan li lill-assistenti parlamentari msemmija tintegrahom fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg bil-għan li jkunu ggarantiti kundizzjonijiet ta’ xogħol omoġenji għall-persunal li jkun iwettaq funzjonijiet ekwivalenti. 7.2. Nefqa amministrattiva 7.2.1. Għadd u tip ta’ riżorsi umani Tipi ta’ pożizzjonijiet | Persunal li għandu jiġi assenjat għat-tmexxija tal-azzjoni bl-użu ta’ riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta’ postijiet/FTEs) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | Uffiċjali jew persunal temporanju (Kapitlu 12) | AD | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | AST | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 | Assistenti parlamentari (partita 4200) | 1423 | 1423 | 1423 | 1423 | 1423 | 1423 | TOTAL | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 1438 | 7.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni Immaniġġjar amministrattiv tal-assistenti parlamentari Assistenza għad-deputati 7.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) ( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-immaniġġjar tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu mtawla ( Postijiet preallokati fl-ambitu tal-eżerċizzju tas-sena n ( Postijiet mitluba waqt il-proċedura baġitarja 2009 – 15-il post ( Postijiet li jridu jiġu assenjati mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi li jeżistu fi ħdan is-servizz ikkonċernat (rijassenjazzjoni interna) –1423 post ( Postijiet meħtieġa għas-sena n imma li m’humiex previsti fl-eżerċizzju kkonċernat 7.2.4. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż finanzjarji relatati miljuni ta’ Euro (sat-tielet numru deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | Uffiċjali u aġenti temporanju (Kapitolu 12) | 0.340 | 0.680 | 0.680 | 0.680 | 0.680 | 0.680 | Assistenti parlamentari (partita 4200) | 55.361 | 110.721 | 110.721 | 110.721 | 110.721 | 110.721 | L-ispiża finanzjarja totali tar-riżorsi umani u spejjeż finanzjarji relatati | 55.701 | 111.401 | 111.401 | 111.401 | 111.401 | 111.401 | UFFIċJALI U AĠENTI TEMPORANJU (MOD TA' KALKOLU) Kalkolu medju indikattiv adattat għal 3 AD 5 u 12 AST 1. It-totali jinkludu s-salarji, il-konċessjonijiet kif ukoll il-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem li s-soltu jitħallsu għal dan it-tip ta’ persunal b’applikazzjoni tal-istatut tal-uffiċjali. L-approprjazzjonijiet u l-partiti meħtieġa għandhom ikunu integrati fil-proċedura baġitarja. Assistenti parlamentari (mod ta’ kolkolu) Kalkolu medju indikattiv - għal 1423 assistent (estrapolazzjoni tas-sitwazzjoni attwali għas-736 deputat futur) - salarji u benefiċċji tal-familja bbażati fuq il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni speċifiċi kif inhuma previsti fil-proposta preżenti - benefiċċji ta’ espatrijazzjoni u residenza barranija skont il-kundizzjonijiet tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg bl-eċċezzjoni tal-ogħla limitu derogatorju previst fil-proposta preżenti - kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem bħala ħlas tal-assikurazzjoni kontra l-mard, l-inċidenti u l-qgħad skont il-kundizzjonijiet tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg - spejjeż (flat rate) ta’ missjoni - kontribuzzjoni reali ta’ min iħaddem għall-iskema ta’ pensjonijiet għall-assistenti parlamentari L-allokazzjoni ffissata għal kull grad hija stima approssimattiva tas-sitwazzjoni attwali: - grad 1: 5.18% jiġifieri 73.71 assistent - grad 2: 2.16% jiġifieri 30.74 assistent - grad 3: 1.59% jiġifieri 22.63 assistent - grad 4: 2.74% jiġifieri 38.99 assistent - grad 5: 6.49% jiġifieri 92.35 assistent - grad 6: 5.04% jiġifieri 71.72 assistent - grad 7: 10.09% jiġifieri 143.58 assistent - grad 8: 9.51% jiġifieri 135.33 assistent - grad 9: 13.69% jiġifieri 194.81 assistent - grad 10: 11.96% jiġifieri 170.19 assistent - grad 11: 18.87% jiġifieri 268.52 assistent - grad 12: 8.79% jiġifieri 125.08 assistent - grad 13: 1.87% jiġifieri 26.61 assistent - grad 14: 2.02% jiġifieri 28.74 assistent L-approprjazzjonijiet korrispondenti diġà huma koperti mir-riżorsi eżistenti. 7.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż finanzjarji relatati miljuni ta’ Euro (sat-tielet numru deċimali) 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | TOTAL | Nefqiet amministrattivi oħra - persunal tal-ġestjoni amministrattiva (Kapitoli 12, 16, 21, 23) | 0.210 | 0.420 | 0.420 | 0.420 | 0.420 | 0.420 | 2.310 | Nefqiet amministrattivi oħra – assistenti parlamentari (Kapitoli 12, 16, 21, 23; partita 4200) | 17.788 | 35.575 | 35.575 | 35.575 | 35.575 | 35.575 | 195.663 | Total tan-nefqiet amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati | 17.998 | 35.995 | 35.995 | 35.995 | 35.995 | 35.995 | 197.973 | NEFQIET AMMINISTRATTIVI OħRA (MOD TA’ KOLKOLU) Il-kalkolu huwa bbażat fuq spiża medja li tqis in-nfqiet l-oħra ta’ persunal/amministrattivi, spejjeż ta’ funzjonament u ta’ infrastrutturi. L-ispiża medja titla’ għal madwar EUR 28 000 fis-sena għall-persunal tal-ġestjoni amministrattiva, u għal madwar EUR 25 000 fis-sena għall-assistenti parlamentari. Rigward l-assistenti parlamentari, l-approprjazzjonijiet korrispondenti huma fil-fatt diġà inklużi fil-baġit tal-Parlament Ewropew biex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet tal-assistenti akkreditati li qiegħdin fil-post skont ir-regoli fis-seħħ. Rigward il-persunal tal-ġestjoni amministrattiva, l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu integrati fil-proċedura baġitarja. [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU L 262, 7.10.2005, p.1. [6] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). [7] Is-Sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2007, fil-każ T-473/04 Asturias Cuerno/Kummissjoni, għadha mhix ippubblikata. [8] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.