<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑479/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0479</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:141">EU:C:2015:141</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150305">5.3.2015</DATE> – KAWŻA C‑479/13</P><P>IL-KUMMISSJONI vs FRANZA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑479/13,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fis-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Soulay u F. Dintilhac, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn D. Colas u J.‑S. Pilczer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn M. Jacobs u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe, J. Malenovský, M. Safjan u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fuq il-provvista ta’ kotba diġitali (jew elettroniċi), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas‑<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 326, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE>, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom japplikaw rata standard ta’ VAT, li għandha tiġi ffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta’ l-ammont taxxabbli u li għandha tkun l-istess għall-provvista ta’ merkanzija u għall-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 98(1) u (2) ta’ din l-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="098.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="098.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rati mnaqqsa għandhom japplikaw biss għall-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.</ALINEA><ALINEA>Ir-rati mnaqqsa m’għandhomx japplikaw għas-servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Direttiva VAT, li jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[l]ista indikattiva tas-servizzi fornuti elettronikament imsemmija fl-Artikolu 58 u fil-punt (k) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fejn dawn iż-żewġ artikoli huma ddedikati għad-determinazzjoni tal-post tal-provvista tas-servizzi lil persuni mhux suġġetti, isemmi, fil-punt 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>il-provvista ta’ immaġini, test u informazzjoni u t-tqegħid għad-disposizzjoni ta’ bażijiet tad-data<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 2006/112, l-Anness III tagħha, li jinkludi lista tal-provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi li jistgħu jkunu suġġetti għar-rati mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, kien isemmi fil-punt 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>il–provvista, inkluż b’self mil-libreriji, ta’ kotba (inklużi opuskoli, fuljetti u oġġetti simili stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f’forma ta’ manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili), gazzetti u rivisti, li mhumiex materjal iddedikat kollu kemm hu jew b’mod sostanzjali għar-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal‑<DATE ISO="20090505">5 ta’ Mejju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="116" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2009">ĠU L 116, p. 18</REF.DOC.OJ>), emendat id-Direttiva 2006/112. Il-premessa 4 tad-Direttiva 2009/47 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Id-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi emendata wkoll sabiex tippermetti l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa jew xi eżenzjoni rispettivament f’numru limitat ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi għal raġunijiet soċjali jew ta’ saħħa u sabiex ir-referenza għall-kotba fl-Anness III tagħha tiġi ċċarata u aġġornata għall-progress tekniku.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Mill‑<DATE ISO="20090601">1 ta’ Ġunju 2009</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/47, il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>il-provvista, inkluż b’self mil-libreriji, ta’ kotba dwar il-mezzi fiżiċi kollha ta’ appoġġ [fuq kull tip ta’ sostenn fiżiku] (inklużi opuskoli, fuljetti u oġġetti simili stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f’forma ta’ manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili), gazzetti u rivisti, li m’humiex materjal iddedikat kollu kemm hu jew b’mod sostanzjali għar-reklamar<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011 jipprovdi, fl-Artikolu 7(1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Servizzi fornuti b’mod elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> kif imsemmijin fid-Direttiva 2006/112/KE għandha tinkludi servizzi li huma provduti minn fuq l-Internet jew netwerk elettroniku u li n-natura tagħhom trendi l-forniment tagħhom awtomatizzat u li jinvolvi intervent uman minimu, u impossibbli li jiġu assigurati fin-nuqqas tat-teknoloġija tal-informatika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>is-servizzi elenkati fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi, fil-punt 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Punt 3 tal-Anness II għad-Direttiva [VAT]:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-kontenut diġitalizzat ta’ kotba u pubblikazzjonijiet elettroniċi oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 278‑0a tal-code général des impôts (kodiċi ġenerali tat-taxxa), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata indirizzata fil‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> lir-Repubblika Franċiża (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>CGI<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-[VAT] għandha tinġabar bir-rata mnaqqsa ta’ 5.5 % f’dak li jirrigwarda:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>A. –</NO.P><TXT>It-tranżazzjonijiet ta’ xiri, ta’ importazzjoni, ta’ akkwist intra Komunitarju, ta’ bejgħ, ta’ provvista, ta’ kommissjoni, ta’ senserija jew li jkunu tali li jirrigwardaw:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>Il-kotba, inkluż il-kiri tagħhom. Dan il-punt 3 japplika għall-kotba taħt kwalunkwe tip ta’ sostenn fiżiku, inkluż dawk ipprovduti permezz ta’ tniżżil b’mod elettroniku.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li l-fatt li l-benefiċċju tar-rata mnaqqas tal-VAT jiġi estiż għat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw kotba pprovduti permezz ta’ tniżżil elettroniku, li l-fatt taxxabbli tagħhom kien jirriżulta mill‑<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> kien kuntrarju għad-Direttiva VAT. Konsegwentement, fl‑<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, hija indirizzat ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Franċiża. Dan l-Istat Membru wieġeb għaliha permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata fejn stiednet lir-Repubblika Franċiża tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha magħha f’terminu ta’ xahar minn meta tirċeviha. Dan l-Istat Membru wieġeb għaliha permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20121123">23 ta’ Novembru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Billi ma kinitx issodisfatta bl-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-Renju tal-Belġju tħalla jintervjeni fit-tilwima insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Franċiża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tispeċifika li bi provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, għandha tinftiehem il-provvista, bi ħlas, permezz ta’ tniżżil elettroniku jew ta’ xandir fi fluss (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>streaming<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) minn sit internet, ta’ kotba f’format elettroniku li jistgħu jiġu kkonsultati fuq kompjuter, smartphone, lettur ta’ kotba elettroniċi jew kull sistema oħra li sservi bħala lettur (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>provvista ta’ kotba elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża ssostni li d-definizzjoni tal-kotba diġitali jew elettroniċi li fir-rigward tagħhom tista’ tiġi applikata rata mnaqqsa ta’ VAT bis-saħħa tal-Artikolu 278‑0a tal-CGI hija iktar stretta minn dik ikkunsidrata mill-Kummissjoni. Skont dan l-Istat Membru, ir-rata mnaqqsa ta’ VAT tapplika, skont din id-dispożizzjoni, biss għall-kotba msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>omotetiċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jiġifieri l-kotba analogi għall-kotba stampati jew għall-kotba pprovduti fuq sostenn fiżiku ieħor li huma differenti minn dawn tal-aħħar biss minħabba xi elementi inerenti għall-format tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li l-Artikolu 278‑0a tal-CGI japplika biss, fir-rigward tal-kotba diġitali jew elettroniċi, għall-kotba msejħa omotetiċi ma jippermettix, waħdu, li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni neċessarjament, bir-rikors tagħha, għandha fi ħsiebha kategorija ta’ kotba diġitali jew elettroniċi usa’ minn dik li għaliha tapplika r-rata mnaqqsa ta’ VAT skont din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, il-kotba diġitali jew elettroniċi, imsemmija mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha, jiddefinixxu lilhom infushom bil-mod kif huma pprovduti. Issa, huwa paċifiku għar-Repubblika Franċiża li, fir-rigward ta’ dan il-kriterju, il-kotba msejħa omotetiċi huma kotba bħal dawk imsemmija mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk l-Artikolu 278‑0a tal-CGI juża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>tniżżil b’mod elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, dan l-Istat Membru ma jippretendix li din il-provvista ta’ kotba permezz ta’ xandir fi fluss huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġi limitat l-eżami tar-rikors għal kategorija ta’ kotba diġitali jew elettroniċi iktar ristretta minn dik intiża mill-Kummissjoni fir-rikors tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-applikazzjoni, mir-Repubblika Franċiża, ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għall-provvista ta’ kotba elettroniċi hija inkompatibbli mal-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva VAT, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tagħha u mar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tosserva li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva VAT, ir-rati mnaqqsa ta’ VAT jistgħu jiġu applikati biss għall-provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi msemmija fl-Anness III ta’ din id-direttiva. Issa, il-provvista ta’ kotba elettroniċi ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi anness u, għaldaqstant, ma tistax tibbenefika minn rata mnaqqsa ta’ VAT. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva VAT, li jeskludi l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għal servizzi pprovduti b’mod elettroniku.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża, sostnuta mir-Renju tal-Belġju, tikkontesta l-interpretazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tad-Direttiva VAT. Skont dawn l-Istati Membri, il-provvista ta’ kotba elettroniċi taqa’ taħt il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT u tista’, konsegwentement, tibbenefika minn rata mnaqqsa ta’ VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 96 tad-Direttiva VAT jipprovdi li l-istess rata ta’ VAT, jiġifieri r-rata normali, hija applikabbli għall-provvisti ta’ merkanzija u ta’ servizzi. B’eċċezzjoni minn dan il-prinċipju, l-Artikolu 98(1) ta’ din id-direttiva jirrikonoxxi lill-Istati Membri l-possibbiltà li japplikaw rata mnaqqsa waħda jew tnejn ta’ VAT. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2), ir-rati mnaqqsa ta’ VAT jistgħu jiġu applikati biss għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi tal-kategoriji li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva VAT (sentenza K, C‑219/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2207">EU:C:2014:2207</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 u 22).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument, imqajjem mir-Repubblika Franċiża u mir-Renju tal-Belġju, li l-provvista ta’ kotba elettroniċi taqa’ taħt il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni simultanjament it-termini, il-kuntest u l-għanijiet tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza NCC Construction Danmark, C‑174/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:669">EU:C:2009:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li dan l-Anness III jsemmi espressament, fil-punt 6 tiegħu, fil-kategorija tas-servizzi li jistgħu jkunu suġġetti għal rati mnaqqsa ta’ VAT, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>provvista, inkluż b’self mil-libreriji, ta’ kotba dwar il-mezzi fiżiċi kollha ta’ appoġġ [fuq kull tip ta’ sostenn fiżiku]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Għalhekk mill-kliem ta’ dan il-punt jirriżulta li r-rata mnaqqsa ta’ VAT hija applikabbli għat-tranżazzjoni li tikkonsisti f’li jiġi<?PAGE NO="6"?> pprovdut ktieb li jinsab fuq sostenn fiżiku. Hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, kull interpretazzjoni tneħħi kull sens mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>mezzi fiżiċi kollha ta’ appoġġ [fuq kull tip ta’ sostenn fiżiku]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsabu fl-imsemmi punt.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalkemm, ċertament, il-ktieb elettroniku jeħtieġ, sabiex jinqara’, sostenn fiżiku, bħal kompjuter, madankollu tali sostenn ma huwiex inkluż fil-provvista ta’ kotba elettroniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-kliem ta’ dan il-punt 6, din id-dispożizzjoni ma tinkludix fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-provvista ta’ kotba elettroniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija ssostanzjata bil-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, din tikkostitwixxi eċċezzjoni mill-prinċipju li l-Istati Membri għandhom japplikaw rata normali ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet suġġetti għal din it-taxxa u għaldaqstant għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑360/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:17">EU:C:2013:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa minnu, bħal ma josservaw ġustament ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Belġju, li, permezz tal-estensjoni, wara l-emenda introdotta bid-Direttiva 2009/47, tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>provvista, inkluż b’self mil-libreriji, kotba dwar il-mezzi fiżiċi kollha ta’ appoġġ [fuq kull tip ta’ sostenn fiżiku]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea kellu bħala għan, hekk kif jirriżulta mill-premessa 4 tad-Direttiva 2009/47, li jispeċifika u li jadatta għall-iżvilupp teknoloġiku r-riferiment għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kotba<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jinsab f’dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Bl-istess mod, hekk kif issostni ġustament ir-Repubblika Franċiża, billi stabbilixxa l-Anness III tad-Direttiva 2006/112, l-imsemmi leġiżlatur xtaq li l-beni essenzjali kif ukoll il-merkanzija u s-servizzi li jikkorrispondu għal għanijiet soċjali jew kulturali, sa fejn dawn ma jippreżentawx jew ma jippreżentawx wisq riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, jistgħu jkunu suġġetti għal rata mnaqqsa ta’ VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑41/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:108">EU:C:2011:108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li, hekk kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva VAT, il-leġiżlatur iddeċieda wkoll li jeskludi kull possibbiltà li tiġi applikata rata mnaqqsa ta’ VAT għas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, il-provvista ta’ kotba elettroniċi tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98(2).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija, filwaqt li, skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>provvista’ ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli. Issa, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Franċiża, il-provvista ta’ kotba elettroniċi ma tistax tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, peress li l-ktieb elettroniku ma jistax jiġi kkwalifikat bħala proprjetà tanġibbli. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 28 ta’ din is-sentenza, is-sostenn fiżiku li jippermetti l-viżwalizzazzjoni għall-qari ta’ dan il-ktieb, li jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>proprjetà tanġibbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, huwa assenti meta ssir il-provvista. Għalhekk, skont dan l-Artikolu 24(1), il-provvista ta’ kotba elettroniċi għandha tiġi kkwalifikata bħala provvista ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011, jikkostitwixxu servizzi pprovduti elettronikament, fis-sens tad-Direttiva VAT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>is-servizzi li huma provduti minn fuq l-Internet jew netwerk elettroniku u li n-natura tagħhom trendi l-forniment tagħhom awtomatizzat u li jinvolvi intervent uman minimu, u impossibbli li jiġu assigurati fin-nuqqas tat-teknoloġija tal-informatika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Għandu jiġi kkonstatat li l-provvista ta’ kotba elettroniċi tissodisfa din id-definizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata bil-punt 3 tal-Anness II tad-Direttiva VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmi regolament ta’ implementazzjoni u l-punt 3 tal-Anness I tiegħu, fejn jirriżulta li l-provvista tal-kontenut diġitalizzat ta’ kotba tikkostitwixxi servizz ta’ dan it-tip.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Anness II tad-Direttiva VAT jinkludi lista indikattiva tas-servizzi pprovduti elettronikament imsemmija fl-Artikolu 58 u fis-subparagrafu (k) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59 tad-Direttiva VAT ma jmurx kontra din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li dan l-anness jelenka biss is-servizzi pprovduti elettronikament li huma rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dawn l-aħħar żewġ dispożizzjonijiet huwa mingħajr effett fuq in-natura nnifisha ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011, ir-riferiment magħmul, fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, għas-servizzi elenkati fil-punt 3 tal-Anness II tad-Direttiva VAT iservi sabiex jiġu ddeterminati s-servizzi pprovduti elettronikament li jissemmew mid-Direttiva VAT b’mod ġenerali u mhux biss minn ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-provvista ta’ kotba elettroniċi hija servizz ipprovdut <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>b’mezzi elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva VAT u li din id-dispożizzjoni teskludi kull possibbiltà li tiġi applikata rata mnaqqsa ta’ VAT għal servizzi bħal dawn, il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-provvista ta’ kotba elettroniċi mingħajr ma jmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li ma jippermettix lil dawn is-servizzi jibbenefikaw minn rata mnaqqsa ta’ VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem tal-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT kif ukoll il-kuntest tiegħu u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li fihom tidħol din id-dispożizzjoni, dan il-punt ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-provvista ta’ kotba elettroniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Belġju, din l-interpretazzjoni ma titqigħedx inkwistjoni bil-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li hija t-traduzzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-qasam tal-VAT, tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament (sentenza NCC Construction Danmark, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:669">EU:C:2009:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jippermettix li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT fl-assenza ta’ dispożizzjoni inekwivoka (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zimmermann, C‑174/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:716">EU:C:2012:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva VAT ma huwiex dispożizzjoni li, b’mod inekwivoku, jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rati mnaqqsa ta’ VAT għall-provvista ta’ kotba elettroniċi. Għall-kuntrarju, hekk kif jirriżulta mill-punt 41 ta’ din is-sentenza, provvista bħal din ma taqax taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li huwa paċifiku wkoll li l-provvista ta’ kotba elettroniċi ma taqa’ taħt ebda kategorija ta’ provvista ta’ servizzi, imsemmija fl-Anness III tad-Direttiva VAT, l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għal tali provvista ma hijiex konformi mal-Artikolu 98(2) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikors tal-Kummissjoni huwa fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi applikat rata mnaqqsa ta’ VAT għall-provvista ta’ kotba elettroniċi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva VAT, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 282/2011.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Franċiża tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) ta’ dawn l-istess Regoli l-Istati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Konsegwentement, ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvista ta’ kotba diġitali jew elettroniċi, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas‑<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, moqrija flimkien mal-Annessi II u III tal-imsemmija direttiva u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE>, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>