Official Journal L 008 , 11/01/1990 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0111
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0111
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 48/90 tad-9 ta' Jannar 1990 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in- nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistiċi u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3845/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan- nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jippreskrivi r-regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u billi dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bl-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffi jew miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju fl-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3; Billi l-miżuri msemmija f'dan ir Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fil-qafas tan-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fid-9 ta' Jannar 1990. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 374, tat-22.12.1989, p. 2. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Software ta' divertiment fil-forma ta' diski rrekordjati tat-tip li jintużaw ma' magni li jipproċessaw l-informazzjoni awtomatikament. | 85249091 | Il-klassifikazjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz tan-nota 6 tal-Kapitolu 85 u permess tat-test tal-kodiċiNM 8524, 852490 u 85249091. | 2.Skrin dot matrix li jikkonsisti f'filata ta' kristall likwidu bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ b'numru ta' tikek (ippresentati bħala linji u kolonni) flimkien ma' interface elettroniku li juża t-teknoloġija C-MOS. | 85312090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permess tat-test tal-kodiċi NM 8531, 853120 u 85312090. | 3.Lampa ta' indikazzjoni, armata b'żewġ pins terminali u li tikkonsisti f'kaxxa tal-plastik ikkulurit (translucenti) (twila 30 mm u b'diametru ta' 8 mm), li tagħlaq sors ta' dawl li jikkonsisti f'lampa tad-discharge u żewġ reżistenzi. -Hija intenzjonata li titwaħħal ma' strumenti elettriċi domestiċi sabiex tindika li l-istrument huwa konness mal-provvista tad-dawl prinċipali. Tista' tintuża ma' stallazjonijiet ta' 220 220 v jew 380 v. | 85318090 | Il-klassifikazzjoni hija stabilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 1 (f) tal-Kapitolu 94 u permess tat-test tal-kodiċi NM 8531, 853180 u 85318090. Il-lampa ta' indikazzjoni hija iktar minn sors ta' dawl tal-kodiċi NM 8539. Hija ta' tip użata biex tindika il-presenza ta' kurrent elettriku f'varji strumenti u għalhekk hija meqjusa bħala apparat ta' sinjalament viżwali tal-kodiċi NM 8531. | 4.Element ottiku li jikkonsisti f'lenti ottagonali magħmula minn resin akriliku mwaħħla fuq support tal-metall sempliċi tat-tip użat f'assembleji ta' overhead projectors. | 90029091 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, u permezz tal-kliem tal-kodiċijiet NM 9002, 900290 u 90029091. Minħabba li huwa mwaħħal mas-support tal-metall, l-element huwa ikkunsidrat li huwa immuntat. | --------------------------------------------------