25.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2010

dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Unjoni għall-2010 għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għal ċerti proġetti fil-qasam tal-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7996)

(It-testi bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Latvjan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, l-Ispanjol, u l-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2010/711/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tat-talbiet għal kofinanzjament mill-Unjoni li ġew ippreżentati mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom tal-kontroll tas-sajd għall-2010, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/352/UE (2), liema Deċiżjoni ma użatx il-baġit kollu disponibbli għall-kontroll tas-sajd fl-2010.

(2)

Dik il-parti mhux użata tal-baġit tal-2010 issa għandha tiġi allokkata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw programmi marbuta ma’ finanzjament addizzjonali fl-oqsma ta’ prijorità ddefiniti mill-Kummissjoni, jiġifieri l-awtomazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, teknoloġiji ġodda, u seminars fil-qasam tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolatat (IUU).

(4)

Fuq dik il-bażi, rikjesti fil-programmi għal finanzjament mill-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet bħal proġetti pilota, taħriġ u programmi ta’ skambju kif ukoll il-bini ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għas-sorveljanza, ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq.

(5)

Fi ħdan l-oqsma ta’ prijorità indikati mill-Kummissjoni, ma setgħatx tiġi aċċettata n-nefqa eliġibbli kollha fil-programmi, minħabba restrizzjonijiet baġitarji. Il-Kummissjoni għażlet il-proġetti li għandhom jiġu kkofinanzjati abbażi tal-konformità tagħhom mal-prijoritajiet definiti mill-Kummissjoni. Rigward tagħmir elettroniku ta’ rrekordjar u ta’ rappurtar, ingħatat prijorità lil tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS

(6)

L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament mill-Unjoni.

(7)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (3).

(8)

Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.

(9)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(10)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri [bastimenti] bażata fuq satellita [bbażati fuq is-satelliti] (4).

(11)

Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (5).

(12)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-2010 għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2010 fl-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti marbuta ma’ sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-pagamenti li jsiru mill-Istat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhumiex se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 3

Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness I, biex jiġu stabbiliti teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT għal finijiet ta’ ġbir u ġestjoni effiċjenti u siguri ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II, għax-xiri u l-istallazzjoni abbord bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li l-bastimenti jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-pargrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 2 500 kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar

In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness III, għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa mis-sistemi elettronċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS), sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sikur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku

1.   In-nefqa mġarrba, fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness IV, għax-xiri u l-istallazzjoni abbord bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 3 000 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 4 500.

Artikolu 7

Inizjattivi għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS

In-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness V, għal inizjattivi li jinkludu seminars u għodod tal-midja mmirati biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost is-sajjieda u partijiet oħra involuti bħalma huma spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali, dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolatat (IUU) u għall-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid ta’ kontroll, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni totali massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru

In-nefqa totali ppjanata, in-nefqa totali għall-proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni u l-kontribuzzjoni totali massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru allokata skont din id-Deċiżjoni huma kif ġej:

(f’EUR)

L-Istat Membru

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Il-Belġju

235 000

222 500

195 000

Id-Danimarka

2 284 608

907 124

816 412

Il-Ġermanja

1 367 695

1 151 035

1 035 932

L-Estonja

161 803

89 835

80 852

L-Irlanda

2 145 000

580 000

330 000

Il-Greċja

9 150 000

1 800 000

1 620 000

Spanja

400 000

0

0

Franza

7 429 203

2 424 000

2 181 600

L-Italja

10 890 000

4 040 000

3 636 000

Ċipru

100 000

70 000

63 000

Il-Latvja

11 459

0

0

Malta

358 029

8 460

7 614

Il-Pajjiżi l-Baxxi

2 085 000

157 500

141 750

Il-Polonja

1 091 633

922 493

830 243

Il-Portugall

3 105 763

2 408 000

1 354 500

Ir-Rumanija

30 500

0

0

L-Isvezja

1 674 595

103 541

93 187

Ir-Renju Unit

1 610 375

1 178 824

1 060 940

Total

44 130 664

16 063 311

13 447 030

Artikolu 9

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 160, 26.6.2010, p. 11.

(3)   ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(4)   ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(5)   ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT

(f'EUR)

L-Istat Membruu l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Il-Belġju

BE/10/04

200 000

200 000

180 000

Subtotal

200 000

200 000

180 000

Id-Danimarka

DK/10/15

67 194

67 194

60 475

DK/10/16

33 597

0

0

DK/10/17

1 343 887

0

0

Subtotal

1 444 679

67 194

60 475

Il-Ġermanja

DE/10/22

24 000

0

0

DE/10/23

14 000

0

0

Subtotal

38 000

0

0

L-Estonja

EE/10/07

10 898

0

0

Subtotal

10 898

0

0

L-Irlanda

IE/10/13

75 000

0

0

IE/10/14

300 000

0

0

IE/10/15

70 000

0

0

IE/10/16

100 000

0

0

IE/10/22

340 000

0

0

Subtotal

885 000

0

0

Il-Greċja

EL/10/13

2 000 000

0

0

EL/10/14

800 000

0

0

Subtotal

2 800 000

0

0

Spanja

ES/10/08

400 000

0

0

Subtotal

400 000

0

0

Franza

FR/10/12

3 340 000

0

0

Subtotal

3 340 000

0

0

L-Italja

IT/10/12

340 000

340 000

306 000

IT/10/13

1 100 000

0

0

IT/10/14

1 850 000

0

0

Subtotal

3 290 000

340 000

306 000

Ċipru

CY/10/04

30 000

0

0

Subtotal

30 000

0

0

Il-Latvja

LV/10/01

11 459

0

0

Subtotal

11 459

0

0

Malta

MT/10/01

314 825

0

0

Subtotal

314 825

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/10/18

340 000

0

0

Subtotal

340 000

0

0

Il-Polonja

PL/10/05

7 346

0

0

PL/10/06

4 897

0

0

Subtotal

12 244

0

0

Il-Portugall

PT/10/01

148 050

0

0

Subtotal

148 050

0

0

Ir-Rumanija

RO/10/08

14 000

0

0

RO/10/09

6 000

0

0

RO/10/10

7 500

0

0

Subtotal

27 500

0

0

L-Isvezja

SE/10/11

103 541

103 541

93 187

SE/10/12

350 000

0

0

SE/10/13

500 000

0

0

Subtotal

953 541

103 541

93 187

Ir-Renju Unit

UK/10/63

3 662

0

0

UK/10/65

5 772

0

0

UK/10/66

11 765

0

0

UK/10/70

8 235

0

0

UK/10/73

4 706

0

0

UK/10/74

706

0

0

UK/10/75

5 529

0

0

Subtotal

40 375

0

0

Total

14 286 571

710 735

639 662


ANNESS II

TAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

(f’EUR)

L-Istat Membruu l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Il-Belġju

BE/10/05

12 500

0

0

Subtotal

12 500

0

0

Il-Ġermanja

DE/10/20

12 000

0

0

DE/10/33

66 660

0

0

Subtotal

78 660

0

0

L-Estonja

EE/10/05

40 905

0

0

Subtotal

40 905

0

0

L-Irlanda

IE/10/20

160 000

0

0

Subtotal

160 000

0

0

Il-Greċja

EL/10/15

3 360 000

0

0

EL/10/16

950 000

0

0

EL/10/17

240 000

0

0

Subtotal

4 550 000

0

0

Franza

FR/10/10

1 520 000

0

0

Subtotal

1 520 000

0

0

L-Italja

IT/10/15

3 300 000

0

0

IT/10/16

600 000

0

0

Subtotal

3 900 000

0

0

Ċipru

CY/10/05

70 000

70 000

63 000

Subtotal

70 000

70 000

63 000

Malta

MT/10/02

22 000

0

0

MT/10/03

12 744

0

0

Subtotal

34 744

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/10/16

87 500

0

0

Subtotal

87 500

0

0

Ir-Rumanija

RO/10/05

3 000

0

0

Subtotal

3 000

0

0

L-Isvezja

SE/10/14

401 222

0

0

SE/10/15

112 750

0

0

Subtotal

513 972

0

0

Ir-Renju Unit

UK/10/100

20 588

0

0

UK/10/103

250 000

0

0

UK/10/105

120 588

0

0

Subtotal

391 176

0

0

Total

11 362 457

70 000

63 000


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR

(f’EUR)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/10/26

50 000

0

0

DE/10/29

50 000

0

0

Subtotal

100 000

0

0

L-Irlanda

IE/10/18

100 000

100 000

90 000

IE/10/21

520 000

0

0

Subtotal

620 000

100 000

90 000

Franza

FR/10/11

145 203

0

0

Subtotal

145 203

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/10/15

1 500 000

0

0

Subtotal

1 500 000

0

0

Il-Polonja

PL/10/07

61 217

61 217

55 096

PL/10/08

14 693

0

0

PL/10/09

48 974

48 974

44 076

Subtotal

124 884

110 191

99 172

L-Isvezja

SE/10/16

207 082

0

0

Subtotal

207 082

0

0

Total

2 697 169

210 191

189 172


ANNESS IV

TAGĦMIR TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIKU

(f’EUR)

L-Istat Membruu l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Il-Belġju

BE/10/06

22 500

22 500

15 000

Subtotal

22 500

22 500

15 000

Id-Danimarka

DK/10/20

839 930

839 930

755 937

Subtotal

839 930

839 930

755 937

Il-Ġermanja

DE/10/28

349 965

349 965

314 969

DE/10/30

612 070

612 070

550 863

DE/10/31

84 000

84 000

75 600

DE/10/32

105 000

105 000

94 500

Subtotal

1 151 035

1 151 035

1 035 932

L-Estonja

EE/10/06

110 000

89 835

80 852

Subtotal

110 000

89 835

80 852

L-Irlanda

IE/10/19

480 000

480 000

240 000

Subtotal

480 000

480 000

240 000

Il-Greċja

EL/10/18

1 800 000

1 800 000

1 620 000

Subtotal

1 800 000

1 800 000

1 620 000

Franza

FR/10/09

2 424 000

2 424 000

2 181 600

Subtotal

2 424 000

2 424 000

2 181 600

L-Italja

IT/10/17

3 700 000

3 700 000

3 330 000

Subtotal

3 700 000

3 700 000

3 330 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/10/17

157 500

157 500

141 750

Subtotal

157 500

157 500

141 750

Il-Polonja

PL/10/10

305 598

305 598

275 038

PL/10/11

59 503

59 503

53 553

PL/10/12

447 200

447 200

402 480

PL/10/13

21 500

0

0

PL/10/14

35 000

0

0

PL/10/15

85 705

0

0

Subtotal

954 506

812 301

731 071

Il-Portugall

PT/10/02

2 408 000

2 408 000

1 354 500

Subtotal

2 408 000

2 408 000

1 354 500

Ir-Renju Unit

UK/10/76

70 588

70 588

63 529

UK/10/99

16 471

16 471

14 824

UK/10/101

200 000

200 000

180 000

UK/10/102

795 294

795 294

715 765

UK/10/104

96 471

96 471

86 824

Subtotal

1 178 824

1 178 824

1 060 941

Total

15 226 294

15 063 924

12 547 582


ANNESS V

INIZJATTIVI GĦAS-SENSIBILIZZAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-PKS

(f’EUR)

L-Istat Membru u l-kodiċi tal-proġett

In-nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd għall-2010

In-nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima mill-Unjoni

Malta

MT/10/06

8 460

8 460

7 614

Subtotal

8 460

8 460

7 614

Il-Portugall

PT/10/04

549 713

0

0

Subtotal

549 713

0

0

Total

558 173

8 460

7 614