2004D0447 — MT — 16.04.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2004

li timmodifika l-Anness A tad-Deċiżjoni 2002/731/KE tat-30 ta' Mejju 2002 u tistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenija ta' sistema Klassi A (ERTMS) tas-subsistema tal-kmand-kontroll u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea konvenzali referuta fid-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2004) 1559)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/447/KE)

(ĠU L 193, 1.6.2004, p.53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION DECISION of 28 March 2006 (*)

  L 284

1

16.10.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2004

li timmodifika l-Anness A tad-Deċiżjoni 2002/731/KE tat-30 ta' Mejju 2002 u tistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenija ta' sistema Klassi A (ERTMS) tas-subsistema tal-kmand-kontroll u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea konvenzali referuta fid-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2004) 1559)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/447/KE)



IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/48/EC, tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabbilità is-sistema tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea b'veloċità-għolja ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/16/EC, taż-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbilità is-sistema tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea konvenzjonali ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Din id-Deċiżjoni tirreferi għall-infrastruttura u l-apparat tal-vaguni ambulanti li huma s-suġġet tad-Direttiva 96/48/KE u tad-Direttiva 2001/16/KE u li għandhom jidħlu fl-użu wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.

(2)

L-ewwel objettiv ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiggwida l-għażliet tekniċi magħmula mill-awtoritajiet responsabbli għall-ippjanar, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-aġġornar u l-operat ta' l-infrastruttura u l-vaguni ambulanti msemmija hawn fuq.

(3)

It-tieni objettiv ta' din id-Deċiżjoni huma l-aġġornament ta' l-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE tat-30 ta' Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità li tirrigwardja s-subsistema tal-kontroll-lmand u tas-sinjalar tas-sistema trans-Ewropea b'veloċità-għolja referuta fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE ( 3 ).

(4)

Ir-raba' objettiv ta' din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi referenza definittiva għas-sett ta' speċifiki li għandhom ikunu ikkonsidrati fil-kuntest tas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ta' ferrovija trans-Ewropea konvenzjonali referuta fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/16/KE. Din ma tipprekludix il-ħtieġa tal-validità u, jekk meħtieġ, ta' akter emendi, aġġornamenti jew modifiki ta' dawn il-parametri fil-korresspondenti TSI (TSI CCS-CR), li għandhom ikunu adotti b'konformità mad-Direttiva 2001/16/KE. Dawn il-parametri jistgħu ukoll ikunu aġġornati bħala parti mir-reviżjoni tal-TSI li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva u meta tkun meqjusha l-opinjoni espressa fil-proċedura tal-kambju fl-amministrazzjoni tal-kontroll kif hemm provvediment dwar dan fil-TSI CCS-HS.

(5)

Bi qbil ma' l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità-għolja hija subdiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta bi speċifika teknika għall-interoperabbilità (TSI).

(6)

Id-Deċiżjoni 2002/731/KE kienet stabbiliet il-TSI li tirrigwardja s-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità għolja (TSI CCS-HS).

(7)

Il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE (minn hawn il-quddiema raferut bħala il-“Kumitat”) kien ħatar l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabbilità tal-Ferrovija (minn hawn il-quddiem referuta bħala “AEIF”) bħala l-korp konġunt rapreżentattiv.

(8)

Il-korp konġunt rapreżentattiv għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni tar-reviżjoni u l-aġġornament tal-TSI u li jagħmel rekkommandazzjonijiet lejn il-Kumitat referut fl-Artikolu 21 sabiex ikunu meqjusa l-iżviluppi fil-ħtiġiet teknoloġiċi jew soċjali.

(9)

Il-AEIF kien ġie mogħti mandatt li jirrevedi il-TSI CCS-HS.

(10)

Bħala riżultat ta' l-evoluzzjoni teknoloġika, kif ukoll il-kontra-reazzjoni ta' l-ewwel sett ta' l-applikazzjonijiet fl-użu, aġġornament maġġuri tas-sett tal-ispeċifiki inklużi fl-Anness A tal-TSI CCS-HS imsemmija hawn fuq huwa meqjusa bħala meħtieġa. Il-AEIF kien ħejja abbozz ta' l-Anness A revedut għall-TSI CCS-HS.

(11)

L-abbozz revedut ta' l-Anness A kien ġie eżaminat mir-rapreżentanti tal-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat.

(12)

Bi qabil ma l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2001/16/KE, is-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità-għolja hija subdiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta bi speċifika teknika għall-interoperabbilità (TSI).

(13)

Bħala l-ewwel pass, l-abbozz tat-TSI għandu jkun imħejji mill-korp konġunt rapreżentattiv permezz ta' mandatt mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva.

(14)

Il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/16/KE (minn hawn il-quddiema raferut bħala il-“Kumitat”) kien ħatar l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabbilità tal-Ferrovija (minn hawn il-quddiem referuta bħala “AEIF”) bħala l-korp konġunt rapreżentattiv.

(15)

Il-AEIF kien ġie mogħti l-mandatt li jħejji abozz ta' TSI għas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea (TSI CCS-CR).

(16)

B'dana kollu, bi qbil ma l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-ewwel stadju fl-iżvilupp tat-TSI imsemmija hawn fuq huwa li jistabbilixxi l-karatteristiċi għall-parametri bażiċi tagħha.

(17)

Bi qbil mal-mandat imsemmi hawn fuq il-AEIF kien diġa ġejja l-abbozz tat-TSI għas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea (TSI CCS-CR). Dan it-TSI għandu jkun adottat la darba l-analiżi tal-ispiża-benefiċju previst bid-Direttiva 2001/16/KE jkunu ġew żviluppati u wara konsultazzjoni ma l-organizzazzjonijiet utenti u mas-sieħba soċjali.

(18)

Il-multiplikazzjoni tal-proġetti ralatati mal-ERTMS għall-applikazzjonijiet konvenzjonali kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi li sejrin jissieħbu ma tinsistix għal referenza sabiex tevolvi ferrovija konvenzali. Bosta minn dawn il-proġetti jievolvu, daz-żmien, ibbażati fuq konformità sfuża mal-TSI CCS-HS preżenti, sitwazzjoni li tista, potenzalment, twassal dejjem aktar għal wirt ieħor tan-nuqqas ta' interoperabbilità fil-livell Ewropew milli dak li jkun b-għeruq fuq drawwiet nazzjonali differenti tal-ERTMS.

(19)

L-estenzjoni tal-parametri tal-veloċità għolja għall-ferrovija konvenzjonali hija kjarament ġustifikata kemm b'raġunijiet tas-suq u wkoll operazzjonali. Dawn ivarjaw mill-effetti tal-iskala assoċċjati ma l-inimitabbilità tas-soluzzjonijiet bejn il-veloċità għolja u l-ferrovija konvenzjonali, għat-twettieq tal-ħtiġiet operazzjonali tal-ferroviji b'veloċità-għolja meta dawn ikunu marbuta ma l-użu tal-qafas tal-linji konvenzjonali.

(20)

Soluzzjoni unika kemm għall-ferroviji b'veloċità-għolja u dawk konvenzjonali hija l-perm konċettwali tal-ibbażar tal-ERTMS li akkwistat sostenn qawwi fi ħdan is-settur tal-ferroviji fuq skala kbira - kemm mill-industria tal-fornimenti u wkoll mill-kumpaniji tal-ferroviji.

(21)

Ir-referenza reveduta tal-parametri bażiċi għall-TSI CCS-HS għandha għalhekk ikoll tkun adottata bħala r-referenza tal-parametri bażiċi għas-sistema tal-Klassi A tal-TSI CCS-CR.

(22)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-Anness A tat-TSI inkluż mad-Deċiżjoni 2002/731/KE li jistabbilixxi TSI relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferrovija b'veloċità-għolja trans-Ewropea huwa mibdul bit-tabella msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

KARATTERISIĊI ERTMS

1.   DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRU

Is-subsistemi unifikati tal-klmand/kontroll u tas-sinjalar (ERTMS - European rail traffic management system) (sistema ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji Ewropej) jinkludu żewġ elementi:

— l-element tal-komntroll/kmand u tas-sinjalar (ERTMS/ETCS - European rail traffic management system/European train control system) (sistema ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji Ewropej/is-sistema tal-kontroll tal-ferroviji Ewropej) ikopri kemm is-sistemi ta' fuq il-ferroviji u skoll is-sistemi ta' biswit il-linji.

— l-element tar-radju u tat-telekommunikazzjoni (ERTMS/GSM-R - GSM għall-ferroviji) huwa ibbażat fuq in-normi applikati għall-qafas GSM pubbliku u wkoll ikopri l-apparat kemm ta' biswit il-linji u dak abbord il-ferrovija. GSM-R hija ibbażata fuq ESTI standard GSM fażi 2+, inkluża il-GPRS (global packet radio services), (servizzi tal-pakkett globali tar-radju) estiza għall-applikazzjonijiet speċifiċi tal-ferroviji.

2.   KARATTERISTIĊI LI GĦANDHOM IKUNU RISPETTATI

2.1.   ERTMS/ETCS:

Il-bażi tas-subsistemi kontroll-kmand u sinjalar għandha tkun is-sett ta' speċifikazzjonijiet elenkati f'din it-tabella li ġejja. Jekk meqjus meħtieġ, dawn l-ispeċifiki jistgħu ikunu reveduti u estiżi b'konformità mal-proċedura tar-reviżjoni ta' TSI tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. Tali reviżjoni għandha tikkonsidra l-opinjoni espressa fil-proċedura ERTMS Change Control Management (Amministyrazzjoni tal-Iskambju tal-Kontroll), billi jkun meqjus il-fatt li fażi ta' konsolidazzjoni hija meħtieġa għall-ispeċifiki ERTMS, ibbażi fuq provi fis-siti u ta' l-ewwel implementazzjonijiet.




L-ANNESS A

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-INTEROPERABBILITÁ

L-ispeċifikazzjonijiet kollha referuti f'din it-tabella huma mandatorji sakemm dawn ma jkunux kjarament immarkati bħala “informattivi”.



ĦTIĠIET GOLBALI

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu (1)

Suġġett (2)

Skop (3)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

0a.

4.1.1

ETCS FRS

 

UIC ETCS FRS, verżjoni 4.29 EEUG 99E5362, verżjoni 2.00

 

0b.

4.1.1

GSM-R FRS

 

EIRENE FRS, Verżjoni 6.0

 

1

3.2.1

Ħtiġiet tas-sigurtà

Dokumentazzjoni informattiva EN 50128, Marzu 2001

 

EN50126, Settembru 1999. ENV50129, Frar 2003.

2

 

RAMS

 
 
 

2a.

3.2.1

4.1.1

Ħtiġiet tas-sigurtà

Dokumentazzjoni informattiva:

UNISIG SUBSET -077-V222

UNISIG SUBSET -078-V222

UNISIG SUBSET -079-V222 (2 partijiet)

UNISIG SUBSET -080-V222 (2 partijiet)

UNISIG SUBSET -081-V222 (2 partijiet)

UNISIG SUBSET -088-V222 (6 partijiet)

UNISIG SUBSET –091-V222

ENV50129, Frar 2003.

2b.

3.2.2e

Ħtiġiet ta' l-affidabbilità-disponabbilità

ERTMS/96s1266-

(Kapitolu RAM) li għandu jkun użat għad-dħul ta' l-informazzjoni

Dokumentazzjoni informattiva EEIG 02S1266 – verżjoni 6.

Riservat

EN 50126, Settembru 1999.

2c.

3.2b

Manutenzjjoni tal-kwalità

Il-proċeduri li kontra tagħho mil-kwalità tal-manutenzjoni ta' l-apparat control-kmand għandha tkun iġġudikata.

Riservat

EN 29000 u EN 29001

3

3.2.5.1.1

4.2.1.2d

Kondizzjonijiet ambjentali fiżiċi

Il-ħtiġiet minimi dwar it-temperatura, l-umidità, theżżiż, vibrazzjoni, etc., li l-apparat tal-Kontroll-Kmand għandu jirrispetta għall-użu dwar il-qafas ta' veloċità għolja.

Dokumentazzjoni informattiva EEIG 97S0665 – verżjoni 5:

EN50125-3, Ottubru 2003

Riservat

EN 50125-1, Settembru 1999. u EN 50155, Awissu 2001.

4

3.2.5.1.2

Kompattibbiltà elettromanjetika

 
 
 

4a.

3.2.5.1.2

4.2.1.2d

Kompattibbiltà elettromanjetika

ERTMS/97s0665 – sabiex ikun użat bħala dokument tad-dħul.

Għall-iskop ta' EMC, medda ta' frekwenza għal trasmissjoni internazzjonali (Eurobalise, Euroloop u GSM-R) huma esklużi mill-ispeċifikazzjonijiet indikati f'dan l-indiċi.

Ħtiġiet speċifiċi għall-ispazju ta' l-arja Euroloop huma indikati fl-Indiċi 12a.

Ħtiġiet speċifiċi għall-ispazju ta' l-arja Euroloop huma indikati fl-Indiċi 12b.

Ħtiġiet speċifiċi għal GSM-R spazju ta' l-arja huma indikatai fl-Indiċi 12c.

Riservat

Għall-apparat abbord: EN 50121-3-2, Settembru 2000. Tabelli 4. u 6. fil-klassi 7. klawsoli. 4, 5 u 6 huma applikabbli għall-proċeduri tat-testijiet.

EN 50121-3-2, Settembru 2000. Tabelli 7, 8. u 9. fil-klassi 8. klawsoli. 4, 5 u 6 huma applikabbli għall-proċeduri tat-testijiet.

Apparat għal biswit il-linji: EN 50121-4, Settembru 2000. Klawsola 5.

EN 50121-4, Settembru 2000. Klawsola 6.

4b

3.2.5.1.2b

4.2.1.2f

Il-karatteristiċi ta' l-immunità tas-sistemi tas-sejbien tal ferrovija

Sabiex ikunu assigurati s-sistemi ta' sejbien ma jkunux imfixkla bill-kurrent tat-trazzjoni.

Dħul għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jinsab fir-rapport TSI CC.

Riservat

(riservat)

(1)   Ir-referenzi f'din il-kolonna huma validi biss fil-każ ta' TSI CCS-HS.

(2)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(3)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



FUNZJONIJIET TAL-KONTROLL KMAND

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

5

 

Provvediment tal-loġika tas-sinjalar mill-kabina u tal-loġika ATP u l-funzjonijiet assoċċjalti

 
 
 

5a.

4.1.1

Operazzjoni normali

Dokumentazzjoni informattiva

UNISIG SUBSET-050-V200,

UNISIG SUBSET-076-0-V222

UNISIG SUBSET -076-2-V221

UNISIG SUBSET -076-3-V221

UNISIG SUBSET -076-4-1-V100

UNISIG SUBSET -076-4-2-V100

UNISIG SUBSET -076-5-3-V220

UNISIG SUBSET -076-5-4-V221

UNISIG SUBSET -076-6-1-V100

UNISIG SUBSET -076-6-4-V100

UNISIG SUBSET -076-6-5-V100

UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-043-V200 UNISIG SUBSET-046-V200 UNISIG SUBSET-047-V200 UNISIG SUBSET-054-V200 UNISIG SUBSET-055- V222 UNISIG SUBSET -076-5-1-V221 UNISIG SUBSET -076-5-2-V221 UNISIG SUBSET -076-6-3-V100 UNISIG SUBSET -076-7-V100 UNISIG SUBSET -094-0-V100

 

5b.

4.1.1

Operazzjoni degradata

Ħtiġiet tas-sistema b'reazzjoni mal-fallimenti.

ERTMS/97E832 għandu jkun użat bħala dħul għall-ispeċifika Ewropea

UNISIG SUBSET-026- V222

 

6

4.1.1

4.1.2.2

Amministrazzjoni STM

Il-ħtiġiet funzjonali u fiżiċi ta' STM interfażi mas-sistema Klassi A.

Il-kompattibbilità KER għandha tkun indirizzata.

Dokumentazzjoni informattiva

UNISIG SUBSET-059-V200

UNISIG SUBSET-035-V211 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-056-V220 UNISIG SUBSET-057-V220 UNISIG SUBSET-058-V211

 

7

4.1.1

MMI interfażi tas-sewwieq, ħtiġiet funzjonali

L-ispeċifika funzjonali għal kommunikazzjoni bejn is-sewwieq u l-assemblea abbord. Il-panew tas-sewwieq juri dak li jkun meħtieġ għas-sewqa, e.g. is-sinjali tal-kabina, twissija ta' intervent. Din tinklusi funzjonijiet tad-dħul, e.g. l-karatteristiċi tal-ferrovija, il-funzonijiet tat-twarrib, ħtieġa għall-interoperabbilità għall-iskopijiet ta' control-kmand. Din tinkludi wkoll messaġġi fuq il-panew.

Is-sinjali tal-kabina jiddefinixxu l-medda minima għall-parametri li jkunu disponibbli fil-kabina li flimkien jissodisfaw iċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jinstabu fuq il-ferroviji fil-qafas Ewropew ta' veloċità għolja u li għalhekk jagħmlu sistema komunili tkun affidabbli għall-qafas kollu. Tali parametric ikunu jippermettu l-veloċità, il-mira rtal-veloċità, il-mira tad-distanza, li huma l-bażi tas-sinjalar tal-kabina u l-ATP.

Dokumentazzjoni informattiva CELENEC WGA9D V21.DOC 2000.04.12., CELENEC WGA9D V05 DOC 2000.03.27., CENELEC WGA9D V11.DOC 2000.04.12., CENELEC WGA9D V06.DOC 2000. 01.12., CENELEC WGA9D V08NS.DOC 2000.03.27. és CENELEC WGA9D V04.DOC, 2000.03.27.

UNISIG SUBSET-033-V200 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-035-V211

 

8

4.1.1

Ħtiġiet ta' l-odometrija

Il-ħtiġiet funzjonali tas-sub-sistema ta' l-odometrija meħtieġa bħala sostenn tal-medda ta' l-imġieba mistennija mill-apparat li jipprovdi l-interfażi Klassi A. L-eżatezza tal-lokalità tiddependi minn odometrija u mid-distanza bejn il-baliżi. Il-ħtiġiet għall-kejl tal-veloċità u tad-distanza fuq ferrovija interoperabbli. Nota b'relazzjoni ma l-indiċi 6, STM.

UNISIG SUBSET-041-V200

 

9

4.1.1

Ħtiġiet għal rekordjar abbord tad-data operazzjonali

Il-ħtiġiet għall-għażla tal-parametri tad-data, regolarità, eżatezza, verifiki tal-validità, għall-iskopijiet ta' l-ispezzjoni ta' sewqan sewwa tal-ferrovija u l-imġieba tas-sistemi relatati tas-sigurtà hekk li l-ħtiġiet ta' l-awtoritajiet legali fl-Istati Membri kollha jistgħu ikunu sodisfatti.

UNISIG SUBSET-026-V222 UNISIG SUBSET-027-V200

 

10

r4.1.1

Viġilanza ħtiġiet tas-sistema (“bniedem mejjet”)

Id-definizzjoni tal-funzjoni ta' viġilanza hekk li l-ferrovija tista topera b'mod aċċettabbli tal-qafas Ewropew. Il-viġilanza tassigura li s-sewwieq ikun attent b'mod sodisfaċenti (u bl-implikazzjoni suffeċjentament attent sabiex jara s-sinjali).

Jekk ikun użat apparat tal-ħin, l-apparat jista jkun issettjat minn azzjonijiet oħrajn tas-sewwieq fuq il-kontrolli tal-ferrovija, il-kontrolli tat-trazzjoni, il-brejkijiet, ir-rikonoxximent ta' avviż fil-kabina. Jista jkun assoċċjat mal-ħtieġa li jinżam il-manku f'posizzjoni partikolari (il-funzjoni tal-bniedem mejjet). Il-funzjonalità meħtiepa tal-viġilanza tista tkun modifikata bl-istat ta' ATP u ta' xi sistema ta' twissija fil-kabina.

Il-viġilanza, l-ATP u s-sistemi ta' twissija fil-kabina huma sistemi relatati mas-sigurtà fis-sens li dawn ikunu ta' appoġġ għas-sewwieq u jipprovdu protezzjoni tal-ferrovija fil-kaz ta' inadekwatezza humana. Il-livell tas-sigurtà huma determinat b'dawn is-sistemi kollha u huma inter-dipendenti fis-sens li il-preżenza jew in-nuqqas ta' wieħed jista jaffetwa il-funzjonalità ta' l-oħrajn. L-amministrazzjoni ta' l-aspetti tas-sigurtà hija faċilitata bil-konsiderazzjoni ta' dawn is-sistemi li jkunu fl-iskop tal-kmand-kontroll. UIC 641 għandha tkun il-bażi ta' Speċifika Ewropea.

Riservat

 

11

4.1.1

4.2.1.2e

Radju

Id-definizzjoni tas-sistema tar-radju għall-kommunikazzjoni tal-vuċi u d-data lejn u min nil-ferroviji.

EIRENE SRS Verżjoni 14

Ħtiġiet tat-test (li għandhom ikunu miżjuda fil-verżjoni segwenti ta' din il-TSI)

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



INTERFAŻI BEJN L-ASSEMBLEJI ABBORD U BISWIT IL-LINJI

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

12

 

Interfażi tat-trasmissjoni tad-data bejn il-ferrovija u l-art

 
 
 

12a.

3.2.5.1.2.

4.1.2.1.

Baliżi

Kompatibbilità teknika ma uġud mis-sistemi tal-klassi B tkun teħtieġ il-funzjoni tal-kaviljar kif definite fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. Din għandha tkun meqjusa aċċettabbli mill-punto di vista ta' EMC.

UNISIG SUBSET-036-V221 UNISIG SUBSET-085-V212

EÁME EN 300330-1, V1.3.1 (Ġunju 2001.), sa u inkluża s-sub-klawsola 7.2. (3)

12b.

3.2.5.1.2.

4.1.2.1

Loop (kontinwità)

Dokumentazzjoni informattiva UNISIG SUBSET-050-V200

UNISIG SUBSET-043-V200 UNISIG SUBSET-044-V200 UNISIG SUBSET-045-V200

Ħtiġiet tat-test (li għandhom ikunu miżjuda fil-verżjoni segwenti ta' din il-TSI)

 

12c.

3.2.5.1.2.

4.1.2.1.

Radju

 

EIRENE SRS verżjoni 14.

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

(3)   Il-up-link applikabbli u l-meded tal-frekwenza tat-tele-potenza huma definiti fi UNISIG SUBSET-036-V221.



INTERFAŻI ABBORD BEJN IL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÁ KONTROLL-KMAND

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

13

 

Interfażi abbord tal-kommunikazzjoni tad-data

L-interfażi tad-data bejn l-apparat kontroll-kmand bħala appoġġ tas-sinjalar tal-kabina u l-funzjonijiet awtomatiċi tal-protezzjoni tal-ferrovija u bejn dawn il-funzjonijiet u l-ferrovija

 
 

13a.

4.1.2.2

ERTMS/ETCS Euroradio

 

UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-034-V200 UNISIG SUBSET-047-V200 UNISIG SUBSET-037-V225 UNISIG SUBSET-093-V226 UNISIG-SUBSET-048-V200 UNISIG SUBSET-092-1-V225 UNISIG SUBSET-092-2-V225

 

13b.

4.1.2.2

GSM-R

Dokumentazzjoni informattiva O-2475 V1.0

A11T6001.12

 

13c.

4.1.2.2

Interfażi tad-data tal-ferrovija għall-analiżi tad-data operazzjonali irrekordjata abbord

L-interfażi tal-kommunikazzjonijiet, komuni għal-qafas b'veloċità għolja, lejn l-analizzatur tad-data maħżunha fis-sistemi tal-kontroll-kmand sabiex jassiguraw il-possibbilità tal-qari matul il-partijiet interessati kollha.

UNISIG SUBSET-027-V200

 

13d.

4.1.2.2

Interfażi ta' l-odometrija

ERTMS/97e267 għandha tkun il-bażi għal speċifika Ewropea.

Speċifika ma tkunx disponibbli bħala l-ewwel pass

Riservat

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



INTERFAŻI BISWIT IL-LINJI BEJN IL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÁ KONTROLL-KMAND

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

14

 

Kommunikazzjoni tad data minn biswit il-linji - Interfażi bejn:

 
 
 

14a.

4.1.2.3

ERTMS/ETCS Euroradio

 

UNISIG SUBSET-049-V200 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-037-V225 UNISIG SUBSET-092-1-V225 UNISIG SUBSET-092-2-V225 UNISIG SUBSET-093-V226

 

14b.

4.1.2.3

GSMR

Dokumentazzjoni informattiva O-2475 V1.0

A11T6001.12

 

14c.

4.1.2.3

Eurobalise u LEU

 

UNISIG SUBSET-036-V221 UNISIG SUBSET-085-V212

 

14d.

4.1.2.3

Euroloop u LEU

 

UNISIG SUBSET-045-V200

 

14e.

4.1.2.3

ERTMS/ETCS és ERTMS/ETCS

(RBC-RBC-trasferiment)

 

UNISIG SUBSET

 

15

4.2.4

Amministrazzjoni essenzali

 

UNISIG SUBSET

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



KOMPATIBBILITÁ (MHUX EMC) BEJN IL-FERROVIJI U Ċ-ĊIRKWITI TAL-LINJI

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

16

4.2.1.2B

Karatteristiċi tal-vaguni ambulanti li huma meħtieġa għall-kompatibbilità mas-sistemi tas-sejbien tal-ferrovija.

L-ispeċifika li l-vaguni ambulanti għandhom jirrispettaw sabiex joperaw sewwa fis-sistemi tas-sejbien tal-ferrovija.

Sabiex tkun kompluta, e.g., li tkun meqjusa l-induttività fil-każ ta' settijiet ta' roti mingħajr fusien u t-tagħbija minima fuq il-fusien.

Riservat

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



INTERFAŻI TAD-DATA BEJN IL-KONTROLL-KMAND U L-VAGUNI AMBULANTI

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

17

4.2.1.2E

Interfażi tal-ferrovija

Li jkopru id-data kollha ikkonċernata li tista tgħaddi bejn l-apparat tal-ferrovija u tal-kmand-kontroll.

UNISIG SUBSET-034-V200

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



L-IMĠIEBA TAL-KMAND-KONTROLL

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

18

4.1.1

4.3

Imġieba meħtieġa

L-Annessi iI sa IV tad-Direttiva 96/48/KE jelenkaw id-definizzjonijiet tal-imġieba tal-qafas ta; veloċità għolja.

UNISIG SUBSET-041-V200

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.



ĦTIĠIET TAL-VERIFIKA

Nru ta' l-indiċi

TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu

Suġġett (1)

Skop (2)

Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi

Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn

32 (3)

6.2

Ħtigiet ta' l-integrazzjoni ta' l-assembea abbord

Dan għandu jkun suffiċjenti sabiex jassigura li l-assemblea abbord tkun topera sewwa ma l-assembleji ta' biswit il-linji (il-verifika tas-subsistema tikkonsidra l-għażliet kif indikati fir-reġistru tal-vaguni ambulanti).

Testijiet ta' l-operat prattiku hħandhom ikunu mwettqa wara l-istallazzjoni ta' l-apparat abbord tal-kmand-kontroll.

Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-kompattibbiltà elettromanjetika bejn il-CC u l-vaguni ambulanti.

UNISIG SUBSET (riservat)

 

33

6.2

Ħtigiet ta' l-integrazzjoni ta' l-assembea ta' biswit il-linji

Dan għandu jkun suffiċjenti sabiex jassigura li l-assemblea ta' biswit il-linji tkun topera sewwa ma l-assembleji abbord il-ferroviji (il-verifika tas-subsistema tikkonsidra l-għażliet kif indikati fir-reġistru tal-infrastruttura).

UNISIG SUBSET (riservat)

 

34

Tabella 6.1.

Tabella 6.2.

Ħtiġiet tal-istallazzjoni

Ir-regoli tal-inġinerija li huma applikabbli meta l-istallazzjoni tal-assemblar tal-kmand-kontroll abbord u biswit il-linji jkunu rispettatati.

UNISIG SUBSET-040-V200

 

35

 

Glossarju tat-terminoloġija u ta' l-abbrevjazzjonijiet

 

UNISIG SUBSET-023-V200

 

(1)   Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

(2)   Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

(3)   In-Numru ta' l-indiċi 19 sal-31 huma intenzjonalment imħassra.



( 1 ) ĠU L 235, tas-17.09.96, p. 6.

( 2 ) ĠU L 110, tal-20.04.01, p. 1.

( 3 ) ĠU L 245, tat-12.09.02, p. 37.