|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/938 |
16.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/938
tat-13 ta’ Mejju 2025
li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rumanija,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tas-Sur Viorel ȘTEFAN ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Lucian ROMAȘCANU huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2031.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) Opinjoni tal-1 ta’ April 2025 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/938/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)