31992D0002



Official Journal L 001 , 04/01/1992 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0048


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tal-4 ta' Diċembru 1991

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/734/KEE dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Konfederazzjoni Svizzera approvata għall-għanijiet ta' l-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità

(92/2/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u veterinarji meta jiġu importati annimali tal-ifrat u laħam tal-majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar amendat bid-Direttiva 91/47/KEE [2] u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta' Diċembru dwar l-eżaminazzjoni għat- trichinae (trichinella spiralis) mal-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk minn majjali domestiċi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/321/KEE [4], u partikolarment Artikolu 4 tagħha,

Billi l-proċedura li rid tiġi segwita biex jiġu emendati jew issupplementati l-listi ta' stabbilimenti approvati f'pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/13/KEE [5]

Billi lista ta' stabbilimenti fl-Isvizzera, approvati għall-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità, ġiet stabbilita inizzjalment bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/734/KEE [6] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ċ (91) 1060 tat-30 ta' Mejju 1991 [7];

Billi spezzjoni ta' rutina li saret bl-applikazzjoni ta' Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u ta' Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissoni 80/15/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 dwar l-ispezzjonijiet fuq il-post li għandhom jitwettqu dwar l-importazzjoni tal-annimali tal-ifrat, majjali u laħam frisk minn pajjiżi li mhumiex membri, wriet li l-livell tas-saħħa u l-iġjene ta' xi stabbilimenti nbidel mill-aħħar spezzjoni;

Billi l-lista tal-istabbilimenti għandha, għalhekk tiġi emendata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Anness tad-Deċiżjoni 82/734/KEE huwa mibdul mill-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-4 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 69.

[3] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 67.

[4] ĠU L 133, tas-17.5.1989, p. 33.

[5] ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 70.

[6] ĠU L 311, tat-8.11.1982, p. 13.

[7] ĠU Ċ 149, tat- 8.6.1991, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA' STABBILIMENTI

T, TF L-istabbilimenti bl-indikazzjoni "T" jew "TF" huma awtorizzati, bit-tifsira ta’ Artikolu 4 tad-Direttiva 77/96/KEE, li jagħmlu:

- it-trattament ta’ friżar kif provdut b’Artikolu 3 tal-istess Direttiva (TF)

- it-testijiet għat-trichinae kif provdut f’Artikolu 2 tad-Direttiva msemmija aktar il-fuq (T)

Nru tal-Approvazzjoni | Stabbiliment/Indirizz | Kategorija | |

SL | CP | CS | B | S/G | P | SP | SR |

101 | Städtischer Schlachthof, 8004 Zürich | × | | | × | | × | | T |

102 | Städtischer Schlachthof, 3014 Bern | × | | | × | | × | | T |

103 | Städtischer Schlachthof, Basel | × | | | × | | × | | T |

107 | Städtischer Schlachthof, St Gallen | × | | | × | | × | | |

115 | Gustav Spiess, 9442 Berneck | × | × | | × | | × | | TF |

121 | Gehrig AG, 4170 Klus | × | × | | × | | × | | TF |

155 | Frischfleisch AG, 6210 Sursee | × | × | | × | | × | | |

240 | Fleischhandel Crüzer AG, 7302 Landquart | | × | | × | | × | | |

282 | Tiefkühllager AG, 4623 Neuendorf | | | × | | | | | |

283 | Frigo St Johann, 4056 Basel | | | × | | | | | |

291 | Kühlhaus Neuhof AG, 9202 Gossau | | | × | | | | | , TF |

297 | Tiefkühlhaus AG, 8865 Bilten | | | × | | | | | , TF |

298 | Bahnhof-Kühlhaus AG, 4313 Möhlin | | | × | | | | | |

--------------------------------------------------