|
12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2320
tat-8 ta' Diċembru 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), għar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Klassifikazzjoni (il-kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett li huwa magħmul minn fi drapp trasparenti jleqq minsuġ (100 % poliester), b'tiżjin irrakkmat bil-magna, ippreżentat fuq rombli twal 300 ċm. Wieħed miż-żewġ trufijiet twal ta' dan l-oġġett huwa mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet u jkollu burdura li fiha tiddaħħal korda taċ-ċomb miksija bid-drapp. It-tarf l-ieħor għandu ċmusa minsuġa b'mod issikkat li tevita li d-drapp jiżżarrad u l-ħjut tal-medd joħorġu 'l barra mid-drapp qishom frenża. It-tul tad-drapp li jinqata' mir-romblu jikkorrispondi mal-wisa' ta' purtiera li jaf tinħiet fil-futur. Dan id-drapp jinħadem f'purtiera sempliċement billi jinqata' mit-tarf taċ-ċmusa minsuġa b'mod issikkat skont it-tul meħtieġ tal-purtiera u billi ssir il-keffa ta' din n-naħa u taż-żewġ naħat li jkunu nqatgħu mir-romblu. It-tarf mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet jikkostitwixxi l-parti ta' isfel tal-purtiera u jibqa' kif kien fuq ir-romblu. (Ara l-istampi) (*1) |
6303 92 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 7(d) tat-Taqsima XI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 6303 , 6303 92 u 6303 92 90 . L-oġġett għandu l-karatteristiċi essenzjali ta' purtiera lesta bħal tal-intestatura 6303 , għaliex b'mod ċar hija adattata biex tinħadem f'purtiera bi ftit irtokki żgħar. Ladarba d-drapp ikun inqata' mir-romblu, jeħtieġ biss li sempliċement jinqata' t-tul meħtieġ tal-purtiera u ssir il-keffa (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għat-tieni paragrafu tal-intestatura 6303 ). L-oġġett mhux komplut jitqies li huwa maħdum mit-tessuti, minħabba li tarf minnhom diġà għandu l-keffa (it-tarf mirqum b'punt tal-ħjata li jingħaqad minn żewġ partijiet). Għalhekk, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM 6303 92 90 bħala purtieri magħmula minn fibri sintetiċi. |
|
|
|
|
|
1 |
2 |
3 |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.