<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑420/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0420</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:701">EU:C:2012:701</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C-420/11</P><P>LETH</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-420/11</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jutta Leth</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">u</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Land Niederösterreich</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 85/337/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni ta’ proġett mingħajr evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Għanijiet tal-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tal-protezzjoni ta’ individwi kontra t-telf fil-valur tal-proprjetà tagħhom</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Meta d-Direttiva dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 85/337<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="026" DATE.PUB="2012">ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1</REF.DOC.OJ>) ħassret u kkodifikat id-Direttiva 85/337.</P></NOTE> teżiġi li jiġu evalwati l-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent iżda din l-evalwazzjoni ma titwettaqx, dan il-proġett ma għandux jiġi implementat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120228">28 ta’ Frar 2012</DATE>, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C-41/11, punti 46 u 47).</P></NOTE>. Bl-istess mod, skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istat Membru kkonċernat huwa obbligat jikkumpensa d-danni kollha li jirriżultaw mill-fatt li ma tkunx twettqet evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Wells (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/02" PAGE.ECR="I-723" YEAR="2004">C-201/02, Ġabra p. I-723</REF.DOC.ECR>, punt 66).</P></NOTE>. Dan l-obbligu iżda jinkludi l-kumpens għat-telf fil-valur ta’ proprjetà immobbli kkawżat mill-implementazzjoni tal-proġett li fir-rigward tiegħu ma saritx evalwazzjoni? Din hija l-kwistjoni mqajma fil-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-qofol tal-kwistjoni tinsab proprjetà immobbli li l-valur tagħha kien affettwat b’mod negattiv minħabba l-istorbju kkawżat mill-ajruplani li jużaw ajruport li jinsab fil-viċin. Minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 85/337, dan l-ajruport ġie estiż diversi drabi mingħajr evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent u n-numru ta’ titjiriet żdied b’mod kunsiderevoli.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-dubji espressi fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar ir-responsabbiltà tal-Istat għal tali danni jikkonċernaw prinċipalment l-għan protettiv tad-Direttiva 85/337. Il-kwistjoni hija jekk il-ksur ta’ direttiva dwar il-prevenzjoni ta’ danni ambjentali jistax iwassal ukoll għall-kumpens ta’ danni ekonomiċi. In-natura regolatorja tad-Direttiva 85/337 hija importanti f’dan ir-rigward: b’mod partikolari, din id-direttiva tistabbilixxi biss dispożizzjonijiet proċedurali u ma tinkludi ebda rekwiżiti sostanzjali fir-rigward tal-proġetti li jkunu suġġetti għal evalwazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/337 ma tinkludi ebda dispożizzjoni dwar il-kumpens għad-danni. Madankollu, l-Artikolu 3 tagħha jiddeskrivi l-portata tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-istima dwar l-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’manjiera xierqa, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-bniedem, il-fawna u l-flora;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima u l-pajsaġġ;</P></ITEM><ITEM><P>il-beni materjali u l-wirt kulturali;</P></ITEM><ITEM><P>l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiżi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikoli 5(1) u 5(3) tad-Direttiva 85/337 jistabbilixxu liema informazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-iżviluppatur:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ proġetti li, skond l-Artikolu 4, iridu jiġu soġġetti għal stima dwar l-impatt fuq l-ambjent [...], l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-iżviluppatur iforni f’għamla xierqa t-tagħrif speċifikat fl-Anness IV [...]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-tagħrif li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur b’mod konformi mal-paragrafu 1 għandu mill-inqas jinkludi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[…]</P></ITEM><ITEM><P>il-fatti magħrufa (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>data’) meħtieġa biex jidentifikaw u jistmaw l-effetti ewliena li l-proġett x’aktarx li jkun sejjer ikollu fuq l-ambjent,</P></ITEM><ITEM><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 85/337 jirregola l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. B’mod partikolari, l-Artikolu 6(3) jikkonċerna l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku interessat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 200[3]/4/KE tal-Parlamewnt Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [...], it-tagħrif għajr dak riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-punti 3 u 4 tal-Anness IV tad-Direttiva 85/337 jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deskrizzjoni ta’ l-aspetti fl-ambjent li x’aktarx jiġu affettwati sinifikament mill-proġett propost, inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-beni materjali, inklużi l-wirt arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ u l-inter-relazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-deskrizzjoni ta’ l-effetti x’aktarx sinifikanti tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-eżistenza tal-proġett,</P></ITEM><ITEM><P>l-użu tar-riżorsi naturali,</P></ITEM><ITEM><P>l-emissjoni ta’ oġġetti ta’ tniġġis, il-ħolqien ta’ irritazzjonijiet u l-eliminazzjoni ta’ l-iskart,</P></ITEM></LIST><P>u d-deskrizzjoni mill-iżviluppatur dwar il-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> li jinsab fil-punt 4 tal-Anness IV tad-Direttiva 85/337, nota ta’ qiegħ il-paġna tispeċifika li din għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tkopri l-effetti diretti u kull effett indirett, sekondarju, kumulattiv, ta’ skond qasir, medju jew fit-tul, permanenti u temporanju u negattiv tal-proġett<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>J. Leth hija l-proprjetarja ta’ dar fil-viċinanzi tal-ajruport Wien-Schwechat (l-Awstrija). Fi żmien li matulu kienu fis-seħħ diversi verżjonijiet tad-Direttiva 85/337, dan l-ajruport kien is-suġġett ta’ diversi miżuri ta’ estensjoni mingħajr ma saret l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meħtieġa minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>J. Leth qiegħda issa titlob mingħand l-Istat Awstrijak u mil-Land Niederösterreich kumpens għad-danni fir-rigward tat-telf fil-valur tal-proprjetà tagħha minħabba l-istorbju kkawżat mill-ajruplani u qiegħda tibbaża din il-pretensjoni fuq l-argument li l-proġetti ta’ estensjoni kien imisshom ġew suġġetti għal evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent skont id-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mingħajr ma eżaminat il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni jew evalwazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent, l-Oberster Gerichtshof għamlet dawn id-domandi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Artikolu 3 tad-Direttiva [85/337] għandu jiġi interpretat fis-sens li</P><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>il-kunċett <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> jkopri biss is-sustanza fiżika tagħhom jew fis-sens li jkopri wkoll il-valur tagħhom?</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>l-[evalwazzjoni] tal-effetti fuq l-ambjent tinkludi wkoll il-protezzjoni ta’ individwu kontra danni patrimonjali kkawżati bit-tnaqqis fil-valur tal-proprjetà immobbli tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’din il-kawża ġew ippreżentati osservazzjonijiet mill-miktub minn J. Leth, mil-Land Niederösterreich, mir-Repubblika Ċeka, mill-Irlanda, mir-Repubblika Ellenika, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Awstrija, mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni tal-Italja u l-Latvja, dawn kollha pparteċipaw fis-seduta tas-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda: il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>beni materjali</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, l-Oberster Gerichtshof tixtieq tkun taf jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337 jkoprix biss is-sustanza fiżika ta’ tali beni jew ikoprix ukoll il-valur tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337 jiddefinixxi x’għandha tinkludi l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Din l-evalwazzjoni għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma l-effetti ta’ proġett fuq diversi fatturi, fosthom fuq il-beni materjali.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel domanda preliminari tikkonċerna wkoll il-kwistjoni ta’ jekk l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandhiex tinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur tal-beni materjali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkonċernax il-kontenut neċessarju ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent iżda l-kwistjoni ta’ jekk l-assenza kompleta ta’ tali evalwazzjoni tistax isservi ta’ bażi għal pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni. Għal din ir-raġuni l-Irlanda tikkunsidra li din id-domanda hija ipotetika u għaldaqstant inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> hija marbuta, b’mod indirett iżda definittiv, mal-kwistjoni prinċipali mqajma mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, jiġifieri jekk ksur tad-Direttiva 85/337 jistax iservi ta’ bażi għal pretensjonijiet ta’ kumpens għal telf fil-valur ta’ beni materjali. Dan minħabba li tali obbligu ta’ kumpens għad-danni jkun iktar raġonevoli jekk jiġi deċiż li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandha tinkludi t-telf fil-valur mistenni milli jekk jiġi deċiż li l-evalwazzjoni tista’ ma tkoprix tali danni. Għaldaqstant, hemm lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għal din id-domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ġustament tispjega li l-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ma huwiex neċessarjament limitat – bħalma huwa fid-dritt ta’ diversi Stati Membri – għas-sustanza fiżika ta’ tali beni. L-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni teżiġi li t-termini ta’ dispożizzjoni li ma tagħmilx riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tas-sens u tal-portata ta’ dawn it-termini għandhom, bħala regola ġenerali, jiġu interpretati b’mod awtonomu u uniformi fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni li għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv u tal-għanijiet segwiti minn din il-leġiżlazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, Linster (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/98" PAGE.ECR="I-6917" YEAR="2000">C-287/98, Ġabra p. I-6917</REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337, għandhom jiġu eżaminati wkoll l-effetti tal-istorbju kkawżat mill-ajruplani fuq l-użu ta’ bini min-nies sa fejn dan l-użu huwa interazzjoni bejn il-fatturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>bniedem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li għandha tiġi kkunsidrata fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, kif sostnew ġustament diversi partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet, l-estensjoni tal-evalwazzjoni għall-<HT TYPE="ITALIC">valur</HT> ta’ beni materjali la tikkorrispondi mal-għan tad-Direttiva 85/337 u lanqas ma tirriżulta mit-termini tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) u l-ewwel u s-sitt premessi tagħha, id-Direttiva 85/337 tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent; għal dan il-għan għandha tiġi ppreżentata informazzjoni skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV. Minn dan jirriżulta li għandhom jiġu kkunsidrati biss l-effetti fuq beni materjali li, minħabba n-natura tagħhom, jistgħu jkunu rilevanti wkoll għall-ambjent naturali. L-istorbju huwa eżempju tajjeb ta’ dan. B’hekk, meta l-istorbju jiddisturba habit naturali, dan l-effett għandhom jiġi evalwat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-404/09" PAGE.ECR="I-11853" YEAR="2011">C-404/09, Ġabra, p. I-11853</REF.DOC.ECR>, punti 84 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. L-istess għandu jingħad fir-rigward ta’ beni materjali użati min-nies, bħala pereżempju djar u ġonna, li jkunu affettwati minn storbju.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Anki l-kriterji sabiex jiġi deċiż jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II, li huma proġetti inqas rilevanti, jeħtiġux evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jimmilitaw kontra l-estensjoni tal-evalwazzjoni għat-telf fil-valur ta’ beni materjali. Dawn il-kriterji huma stabbiliti fl-Anness III u, filwaqt li jidentifikaw fatturi bħall-użu tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart, it-tniġġis u l-irritazzjonijiet, ir-riskju ta’ inċidenti jew il-kapaċità rikostruttiva tan-natura, ma jidentifkaw ebda aspett ekonomiku ta’ dawn l-effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, insostenn tal-pożizzjoni tagħha favur l-estensjoni tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għall-effetti ekonomiċi, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet diversi drabi li d-Direttiva 85/337 għandha kamp ta’ applikazzjoni vast u għan wiesa’ ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/95" PAGE.ECR="I-5403" YEAR="1996">C-72/95, Ġabra p. I-5403</REF.DOC.ECR>, punt 31); tas-<DATE ISO="19990916">16 ta’ Settembru 1999</DATE>, WWF <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-435/97" PAGE.ECR="I-5613" YEAR="1999">C-435/97, Ġabra p. I-5613</REF.DOC.ECR>, punt 40), u tat-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/07" PAGE.ECR="I-1197" YEAR="2008">C-2/07, Ġabra p. I-1197</REF.DOC.ECR>, punti 32 u 42).</P></NOTE>. Din il-ġurisprudenza iżda tikkonċerna biss l-effetti ta’ dawn il-proġetti fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punt 43).</P></NOTE>. Ma hemm ebda indikazzjoni ta’ estensjoni għall-effetti ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-effetti fuq l-ambjent għandhom jiġu distinti mill-effetti ekonomiċi. Anki meta l-effetti ekonomiċi jirriżultaw minn effetti fuq l-ambjent, tali effetti ekonomiċi ma jibqgħux koperti mill-għan tad-Direttiva 85/337, li huwa li tiġi żgurata evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337 ma tkoprix l-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur ta’ beni materjali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda: danni patrimonjali u d-Direttiva 85/337</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tieni domanda tindirizza l-kwistjoni kruċjali fil-kawża prinċipali. L-Oberster Gerichtshof tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hijiex intiża wkoll li tipproteġi lill-individwi kontra danni patrimonjali kkawżati bit-tnaqqis fil-valur tal-proprjetà immobbli tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’differenza mill-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 89/665/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246) , kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322); f’dan ir-rigward ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Combinatie Spijker Infrabouw vs De Jonge Konstruktie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-568/08" PAGE.ECR="I-12655" YEAR="2010">C-568/08, Ġabra p. I-12655</REF.DOC.ECR>, punt 87).</P></NOTE> dwar il-kuntratti pubbliċi, id-Direttiva 85/337 ma tipprovdix li l-ksur tal-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandu jkun il-bażi ta’ pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni li huwa attribwibbli lilu jirriżulta min-natura tal-ordinament ġuridiku stabbilit mit-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/90+C-9/90" PAGE.ECR="I-5357" YEAR="1991">C-6/90 u C-9/90, Ġabra p. I-5357</REF.DOC.ECR>, punt 35); tal-<DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, Brasserie du pêcheur u Factortame (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/93+C-48/93" PAGE.ECR="I-1029" YEAR="1996">C-46/93 u C-48/93, Ġabra p. I-1029</REF.DOC.ECR>, punt 31), u tal-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, Fuß (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-429/09" PAGE.ECR="I-12167" YEAR="2010">C-429/09, Ġabra p. I-12167</REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>. F’dan is-sens, fis-sentenza Wells, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat – mingħajr ma eżaminat din il-kwistjoni fid-dettall – li l-Istat Membru kkonċernat huwa obbligat jikkumpensa kull dannu li jirriżulta mill-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza Wells (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 66).</P></NOTE>. Madankollu, din il-konstatazzjoni ma għandhiex tinftiehem fis-sens li fil-każ tad-Direttiva 85/337 ma huwiex meħtieġ li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-persuni li jkunu ġarrbu dannu jista’ jkollhom pretensjoni ta’ kumpens għad-danni meta jkunu sodisfatti tliet kundizzjonijiet: id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li l-ksur tagħha jkun qiegħed jiġi allegat għandha tkun ta’ natura li tagħti drittijiet lill-persuna li tkun ġarrbet dannu, il-ksur ta’ din id-dispożizzjoni għandu jkun suffiċjentement serju, u għandu jkun hemm rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu mġarrab mill-persuna kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="20070417">17 ta’ April 2007</DATE>, AGM-COS.NET (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/03" PAGE.ECR="I-2749" YEAR="2007">C-470/03, Ġabra p. I-2749</REF.DOC.ECR>, punt 78); Fuß (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, punt 47); Combinatie Spijker Infrabouw vs De Jonge Konstruktie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 87), u tal-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Danfoss u Sauer-Danfoss (C-94/10, Ġabra, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tindirizza l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. Għandu jiġi kkjarifikat jekk l-obbligu stabbilit fid-Direttiva 85/337 li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent huwiex intiż li jikkonferixxi drittijiet fuq individwi li jkunu jinsabu fis-sitwazzjoni ta’ J. Leth.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ser nibda billi neżamina sa fejn individwi jistgħu jinvokaw id-Direttiva 85/337 (parti 1). Imbagħad, ser ngħaddi sabiex neżamina l-għan protettiv tad-Direttiva 85/337 (parti 2) u, fl-aħħar nett, ser neżamina kemm huwa rilevanti, fid-dawl tal-għanijiet tad-dispożizzjoni miksura, il-fatt li d-Direttiva 85/337 tirregola biss il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ proġetti u ma tirregolax ir-rekwiżiti sostantivi (parti 3).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq il-possibbiltà li tiġi invokata d-Direttiva 85/337</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Sabiex ikun jista’ jingħad li dispożizzjoni hija intiża li tikkonferixxi drittijiet fuq il-persuna li tkun ġarrbet danni huwa meħtieġ li l-individwi jkunu jistgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li l-individwi jistgħu jinvokaw l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li huwa stabbilit fl-Artikolu 2(1) flimkien mal-Artikoli 1(2) u 4 tad-Direttiva 85/337<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Wells (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 61). F’dan is-sens ara wkoll is-sentenzi WWF (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punti 70 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) u Linster (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, punti 33 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. B’hekk, id-Direttiva 85/337 tikkonferixxi fuq il-membri tal-pubbliku kkonċernat dritt li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw l-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett partikolari u li dawn l-awtoritajiet jisimgħu lil dawn il-membri fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’dan il-punt tinsab id-differenza bejn id-Direttiva 85/337 u d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tal-banek li, skont is-sentenza Paul invokata minn uħud mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet, ma jistgħux iservu ta’ bażi għal pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni mressqa mill-klijenti ta’ bank insolventi. B’differenza mid-Direttiva 85/337, l-individwi ma jistgħux jinvokaw id-dispożizzjonijiet eżaminati f’dik il-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Paul <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/02" PAGE.ECR="I-9425" YEAR="2004">C-222/02, Ġabra p. I-9425</REF.DOC.ECR>, punti 30 u 42 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> f’dik il-kawża, punti 124, 126 u 129).</P></NOTE>. Barra minn hekk, f’dak il-każ kien hemm regola speċjali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-klijenti tal-banek, jiġifieri l-iskema ta’ garanziji għal depożiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Paul (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, punt 27).</P></NOTE>. Id-Direttiva 85/337 ma fiha ebda dispożizzjoni simili.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-għan protettiv tad-Direttiva 85/337</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża u l-Land Niederösterreich isostnu l-pożizzjoni li għandha ssir distinzjoni bejn il-fatt li jiġu invokati dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u d-drittijiet fis-sens tal-ġurisprudenza dwar ir-responsabbiltà minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni. Kif diġà timplika d-domanda tal-Oberster Gerichtshof, huma jsostnu li l-kwistjoni kruċjali hija jekk id-Direttiva 85/337 hijiex intiża li tagħti drittijiet lill-individwi għall-protezzjoni minn danni ekonomiċi. F’dan ir-rigward huma jesprimu d-dubji tagħhom dwar jekk tali protezzjoni hijiex intiża taħt din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT>, ir-risposta mogħtija iktar ’il fuq għall-ewwel domanda timplika li l-għan protettiv tad-Direttiva 85/337 ma jinkludix ukoll protezzjoni kontra danni ekonomiċi. Naturalment, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija intiża primarjament sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun id-danni ambjentali. Madankollu, dan ma jeskludix li ċerti <HT TYPE="ITALIC">danni ekonomiċi</HT> jistgħu jkunu koperti mill-għan protettiv tad-Direttiva 85/337. Fil-fatt, tali danni huma sempliċement espressjoni oħra ta’ aspetti partikolari tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, fil-każ tal-estensjoni tal-kapaċità ta’ ajruport, l-istorbju kkawżat mill-ajruplani għandu għaldaqstant jiġi evalwat, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(1) kif ukoll skont il-punti 3 u 4 tal-Anness IV tad-Direttiva 85/337, u dan sa fejn għandu impatt fuq in-nies u b’mod partikolari fuq il-popolazzjoni affettwata. Ma hemm ebda dubju li effetti simili fuq l-ambjent naturali għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni: jekk minħabba l-istorbju habitat isir inqas attraenti għal speċi partikolari u għalhekk din l-ispeċi tuża dan il-habitat inqas, tali impatt għandu jiġi evalwat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa, jekk il-valur tal-proprjetà immobbli jonqos minħabba l-istorbju kkawżat mill-ajruplani, dan l-effett ekonomiku jkun ikkawżat mill-fatt li din il-proprjetà hija inqas attraenti għan-nies. Għandha ssir distinzjoni bejn tali danni u danni li ma jkunux ibbażati fuq l-effetti tal-proġett fuq l-ambjent, bħal pereżempju ċerti żvantaġġi kompetittivi. Danni bħal dawn tal-aħħar ma jibqgħux konnessi mal-għan protettiv tad-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni wiesgħa li d-Direttiva 85/337 ngħatat fir-rigward tal-effetti legali tagħha tikkorrobora l-pożizzjoni li ksur tad-Direttiva 85/337 jista’ jagħti lok għal pretensjoni ta’ kumpens għad-danni. Għaldaqstant, fil-kuntest ta’ kawżi dwar nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, il-qrati nazzjonali għandhom, fil-limiti tal-awtonomija proċedurali tagħhom, jieħdu l-miżuri kollha previsti mid-dritt nazzjonali tagħhom u li jkunu adegwati sabiex jipprekludu li proġett ikun jista’ jiġi implementat mingħajr ma titwettaq l-evalwazzjoni ambjentali meħtieġa mid-Direttiva 85/337<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>F’dan is-sens ara s-sentenza Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>. Anki fir-rigward ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni li fir-rigward tagħha, bħala prinċipju, ma tkun prevista ebda evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, għandha titwettaq tali evalwazzjoni meta din tkun ġiet ommessa fir-rigward ta’ stadji preċedenti fir-rigward tal-istess proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal proġett ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, Brussels Hoofdstedelijk Gewest <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/09" PAGE.ECR="I-1753" YEAR="2011">C-275/09, Ġabra, p. I-1753</REF.DOC.ECR>, punt 37).</P></NOTE>. Il-possibbiltà li pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni jiġu bbażati fuq ksur tad-Direttiva 85/337 twassal sabiex issaħħaħ ukoll l-effettività ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fir-rigward ta’ pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, Courage u Crehan (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/99" PAGE.ECR="I-6297" YEAR="2001">C-453/99, Ġabra p. I-6297</REF.DOC.ECR>, punti 25 sa 27), kif ukoll tat-<DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04+C-296/04+C-297/04+C-298/04" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2006">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 60).</P></NOTE>. Huwa f’dan il-kuntest li għandha tinftiehem il-konstatazzjoni magħmula fis-sentenza Wells fis-sens li l-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tagħti lok għar-responsabbiltà tal-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għan protettiv tad-Direttiva 85/337 jkopri l-prevenzjoni ta’ danni ekonomiċi minħabba l-istorbju kkawżat mill-ajruplani.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq il-kwalifika meħtieġa fir-rigward tal-għan tad-dispożizzjoni miksura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, irid jiġi ddeterminat jekk l-għan tad-dispożizzjoni miksura jeħtieġx kwalifika addizzjonali sabiex tkun tista’ tiġi ġġustifikata pretensjoni ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Artikolu 3 jipprovdi – kif tindika l-Kummissjoni – li għandha titwettaq <HT TYPE="ITALIC">evalwazzjoni</HT> tal-effetti fuq l-ambjent u li skont l-Artikolu 8 r-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Madankollu, id-Direttiva 85/337 ma tistabbilixxi ebda regola dwar liema proġetti għandhom jiġu implementati f’kull każ. B’mod partikolari, għall-kuntrarju tal-fehma espressa mill-Kummissjoni, ir-rekwiżit li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma jistax jinftiehem bħala obbligu li l-effetti fuq l-ambjent jiġu bbilanċjati ma’ fatturi oħra. Għaldaqsant, id-Direttiva 85/337 ma tipprekludix l-implementazzjoni ta’ proġett lanqas meta l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tidentifika effetti ambjentali negattivi sinjifikattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Din in-natura proċedurali tad-Direttiva 85/337 tista’ tipprekludi r-responsabbiltà tal-Istat. Indikazzjonijiet f’dan is-sens jirriżultaw mill-ġurisprudenza dwar l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-<HT TYPE="ITALIC">Unjoni</HT>. Sabiex tiġi stabbilita din ir-responsabbiltà huwa meħtieġ ukoll ksur ta’ dispożizzjoni legali li tkun intiża li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C-352/98 P (Ġabra p. I-5291, punt 41); tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 173), u tad-<DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>, Artegodan vs Il-Kummissjoni u Il-Ġermanja (C-221/10 P, punt 80).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li eventwali insuffiċjenza fil-motivazzjoni ta’ dispożizzjoni legali ma hijiex ta’ natura li tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni. Fil-kuntest tas-sistema ta’ rimedji legali, il-motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet hija intiża li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha taħt l-Artikolu 263 TFUE favur l-individwi li ngħataw dan ir-rimedju permezz tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19820915">15 ta’ Settembru 1982</DATE>, Kind vs KEE (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="106/81" PAGE.ECR="2885" YEAR="1982">106/81, Ġabra p. 2885</REF.DOC.ECR>, punt 14), u tas-<DATE ISO="19900606">6 ta’ Ġunju 1990</DATE>, AERPO <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-119/88" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="1990">C-119/88, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu qabel kollox il-funzjoni li jservi sabiex ikunu jistgħu jiġu osservati dispożizzjonijiet legali oħra li l-ksur tagħhom, min-naħa tiegħu, jista’ jagħti lok għal pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sistema tat-tqassim tal-poteri bejn id-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni hija intiża sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-bilanċ istituzzjonali previst mit-Trattat u mhux sabiex tipproteġi lill-individwi. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ osservanza tal-bilanċ istituzzjonali ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Unjoni fir-rigward tal-individwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19920313">13 ta’ Marzu 1992</DATE>, Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/90" PAGE.ECR="I-1937" YEAR="1992">C-282/90, Ġabra p. I-1937</REF.DOC.ECR>, punti 20 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.), u tad-<DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>, Artegodan vs Il-Kummissjoni u Il-Ġermanja (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 81).</P></NOTE>. Madankollu, l-individwi jistgħu jinvokaw in-nuqqas ta’ kompetenza tal-istituzzjoni li tkun adottat l-att sabiex jikkontestaw il-validità ta’ att tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara pereżempju s-sentenza tal-<DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Artegodan <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/03 P" PAGE.ECR="I-7885" YEAR="2003">C-39/03 P, Ġabra p. I-7885</REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-punt komuni bejn dawn il-każijiet huwa li ksur tad-dispożizzjoni legali rispettiva ma jistax iwassal għad-dannu inkwistjoni. Fil-fatt, l-att inizjali li jikkawża d-dannu jista’ jerġa’ jiġi adottat b’motivazzjoni adegwata jew mill-istituzzjoni kompetenti. Is-sempliċi possibbiltà li, fin-nuqqas tal-iżball u fl-eżerċizzju ta’ eventwali diskrezzjoni li jista’ jkollhom, l-awtoritajiet kompetenti kienu jaslu għal deċiżjoni differenti ma tagħtix lok għal pretensjoni ta’ kumpens għad-danni. Fil-fatt, ma hemm ebda dritt li jimponi kif għandha tiġi eżerċitata diskrezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Di Lenardo u Dilexport (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-37/02+C-38/02" PAGE.ECR="I-6911" YEAR="2004">C-37/02 u C-38/02, Ġabra p. I-6911</REF.DOC.ECR>, punt 70); tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="I-5479" YEAR="2006">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479</REF.DOC.ECR>, punt 147); tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Centeno Mediavilla <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/07 P" PAGE.ECR="I-10945" YEAR="2008">C-443/07 P, Ġabra p. I-10945</REF.DOC.ECR>, punt 91), kif ukoll tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, Angé Serrano <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-496/08 P" PAGE.ECR="I-1793" YEAR="2010">C-496/08 P, Ġabra p. I-1793</REF.DOC.ECR>, punt 93).</P></NOTE>. Għaldaqstant, la mill-obbligu ta’ motivazzjoni u lanqas mill-bilanċ istituzzjonali ma jirriżulta dritt għall-prevenzjoni ta’ danni li ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa minnu li dawn huma elementi li għandhom rilevanza anki fir-rigward tar-rabta kawżali. Madankollu, f’dawn l-elementi l-Qorti tal-Ġustizzja tara n-natura tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. Għaldaqstant, min-natura tagħhom stess, dawn l-elementi ma humiex tali li jiġġustifikaw pretensjoni ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, id-Direttiva 85/337 ma tikkonferixxi ebda dritt għal protezzjoni minn effetti ambjentali partikolari, bħal pereżempju minn iktar storbju kkawżat mill-ajruplani. Is-sempliċi fatt li effetti ambjentali kienu permessi bi ksur tad-Direttiva 85/337 ma jwassalx għall-obbligu li jiġu kkunpensati d-danni kkawżati minn dawn l-effetti ambjentali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, id-Direttiva 85/337 tikkonferixxi lill-pubbliku kkonċernat id-dritt li jiġu evalwati l-effetti tal-proġett ikkonċernat fuq l-ambjent u li jiġu kkonsultati dwar dawn l-effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Prinċipalment, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija intiża sabiex jiġu identifikati fi żmien adegwat l-effetti fuq l-ambjent. Madankollu, tali parteċipazzjoni għandha wkoll <HT TYPE="ITALIC">funzjoni ta’ avviż minn qabel</HT> fil-konfront tal-pubbliku kkonċernat. Fil-fatt, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 85/337, l-<HT TYPE="ITALIC">informazzjoni</HT> dwar l-effetti tal-proġett fuq l-ambjent tagħmel parti mill-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-awtoritajiet kompetenti huma obbligati li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni kollha li għandha titressaq mill-iżviluppatur skont l-Artikolu 5 kif ukoll kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, irrispettivament minn jekk l-individwi jesprimux ruħhom dwar il-proġett, dawn xorta waħda jistgħu, permezz tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, jiksbu, b’mod dirett jew permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, informazzjoni dwar l-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent. Għaldaqstant, dawn jistgħu jaġġustaw l-aġir futur tagħhom sabiex, pereżempju, jevitaw danni eventwali. Din il-funzjoni tidher b’mod partikolari fid-Direttiva 85/337 sa fejn, skont l-Artikolu 9, il-pubbliku kkonċernat għandu jiġi informat dwar id-deċiżjoni finali li tikkonkludi l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u dwar ir-raġunijiet prinċipali li wasslu għal din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ksur tad-Direttiva 85/337 li jippreġudika din il-funzjoni ta’ avviż minn qabel huwa, bħala prinċipju, ta’ natura li jagħti lok għal pretensjoni ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan is-sens wieħed jista’ jsemmi bħala eżempju każ fejn l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma tindikax, b’mod żbaljat, li proġett ser iwassal sabiex ċerti elementi tossiċi jiġu rilaxxati fl-ambjent. Ir-responsabbiltà tal-Istat tista’ tiġi stabbilita jekk minħabba f’hekk il-membri tal-pubbliku kkonċernat ma jiħdux il-miżuri preventivi meħtieġa u mbagħad, minħabba l-emmissjonijiet inkwistjoni, iġarrbu dannu. Dan japplika wkoll jekk ma titwettaqx evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li kienet meħtieġa u li kienet tinforma lill-pubbliku dwar tali riskji. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337 ikunu adegwati sabiex jiġu kkunsidrati bħala rabta kawżali fil-konfront ta’ danni li jimmaterjalizzaw iktar tard.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ żieda fl-istorbju kkawżat mill-ajurplani, wieħed jista’ jimmaġina li, jekk jingħataw avviż minn qabel suffiċjenti, in-nies jistgħu jiżguraw li ma jmorrux joqogħdu fl-inħawi affettwati jew li minn tal-inqas, fil-każ ta’ kostruzzjoni ta’ bini, jiżguraw li jintużaw miżuri adegwati għall-protezzjoni mill-istorbju. Madankollu, jekk ma jingħatawx tali avviż minn qabel minħabba li ma titwettaqx evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li kienet meħtieġa, ma jistax jiġi eskluż li dan jagħti lok għal pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma tista’ tiġi identifikata ebda indikazzjoni fis-sens li d-danni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu kkawżati minn eventwali ksur tal-funzjoni ta’ avviż minn qabel tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Fl-aħħar mill-aħħar, hija l-qorti nazzjonali li għandha tikkjarifika l-fatti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li s-sempliċi fatt li effetti ambjentali kienu permessi bi ksur tad-Direttiva 85/337 ma jwassalx għall-obbligu li jiġu kkunpensati d-danni kkawżati minn dawn l-effetti ambjentali. Pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni jippresupponu barra minn hekk li l-pubbliku kkonċernat, minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337, ma jkunx ġie informat b’mod suffiċjenti dwar l-effetti fuq l-ambjent mistennija.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ma huwiex meħtieġ li l-konsegwenzi ekonomiċi tal-effetti fuq l-ambjent jiġu evalwati taħt id-Direttiva 85/337. Madankollu, il-konsegwenzi ekonomiċi ta’ nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337 jistgħu jagħtu lok għal pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari kif ġej</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE, ma tkoprix l-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur ta’ beni materjali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li effetti ambjentali kienu permessi bi ksur tad-Direttiva 85/337 ma jwassalx għall-obbligu li jiġu kkunpensati d-danni kkawżati minn dawn l-effetti ambjentali. Pretensjonijiet ta’ kumpens għad-danni jippresupponu barra minn hekk li l-pubbliku kkonċernat, minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-Direttiva 85/337, ma jkunx ġie informat b’mod suffiċjenti dwar l-effetti fuq l-ambjent mistennija.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>