|
8.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/209
tat-2 ta' Frar 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
Tliet oġġetti ppakkjati flimkien għal bejgħ bl-imnut:
(Ara l-istampa) (*1). |
4820 10 30 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 4820 , 4820 10 u 4820 10 30 . L-oġġetti jikkonsistu minn prodotti ppreżentati bħala sett għal bejgħ bl-imnut fit-tifsira ta' GIR 3(b). Il-mazz tal-karti għandu r-rwol essenzjali fir-rigward tal-użu tas-sett, li hu li jipprovdi karti għall-kitba għal notazzjonijiet qosra jew messaġġi. Il-ħowlder għandu sempliċiment ir-rwol ta' envelop sabiex jipproteġi lill-mazz tal-karti milli jitħammeġ jew jitgħaffeġ Minħabba l-karatteristiki oġġettivi tagħha (daqs, disinn u valur), il-bajrow tal-plastik mhijiex komponent essenzjali mis-sett. Kwalunkwe bajrow jew lapes jistgħu jintużaw għall-kitba fil-mazz tal-karti. Għaldaqstant, il-mazz tal-karti jagħti l-karattru essenzjali lis-sett. Il-mazz tal-karti huwa kklassifikat taħt l-intestatura 4820 , li tkopri kotba għan-noti u mazzi tal-karti ta' kull tip (ara n-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 4820 , l-ewwel paragrafu, (1)). Konsegwentement, is-sett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4820 10 30 bħala “kotba għan-noti, mazzi folji tal-ittri u mazzi tal-memorandum”. |
(*1) L-istampa qiegħda biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.