<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑226/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0226</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:544">EU:C:2012:544</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-226/11</P><P>EXPEDIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-226/11</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Expedia Inc.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Autorité de la concurrence et</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 81 KE</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tan-natura sinjifikattiva tar-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Notifika <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>de minimis<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni dwar ftehim ta’ importanza minuri)</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ qbiż tal-kriterji ta’ sehem mis-suq previsti fil-Komunikazzjoni de minimis</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li madankollu japplikaw l-Artikolu 81 KE u li jimponu sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jivvinkolaw lill-qrati u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni? Din hija essenzjalment il-kwistjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab issolvi f’dan il-każ. Din il-kwistjoni titressaq b’rabta mal-Komunikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/><HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ftehim ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli l-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (<HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 125).</P></NOTE> (magħrufa wkoll taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Komunikazzjoni dwar ftehim ta’ importanza minuri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li tippreċiża ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompetizzjoni hija ristretta b’mod sinjifikattiv skont l-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Hija l-Cour de cassation Franċiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>[Mingħajr suġġett fil-verżjoni Franċiża].</P></NOTE> li, adita b’kawża bejn l-aġenzija tal-vjaġġi online Expedia u l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Li qabel kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>il-Kunsill tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, għamlet din id-domanda. Expedia kienet ħolqot impriża komuni mas-Société nationale des chemins de fer (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>SNCF<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) għall-bejgħ ta’ biljetti ta’ ferrovija u servizzi oħra relatati mal-ivvjaġġar. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, Expedia kisbet aċċess privileġġat għas-sit Internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>voyages-sncf.com<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> maħluq mill-SNCF, tant li bbenefikat għas-servizzi minn trattament preferenzjali li l-aġenziji tal-vjaġġi l-oħra ma kellhomx. Peress li dan il-ftehim kien jirrestrinġi illegalment il-kompetizzjoni bi ksur kemm tal-Artikolu 81 KE kif ukoll tad-dispożizzjoni korrispondenti tad-dritt nazzjonali, l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni imponiet multi lil Expedia u lill-SNCF.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali qabel kollox ma jaqblux fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-ftehim kontenzjuż konkluż bejn Expedia u l-SNCF wassalx għal restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 81 KE. Expedia tafferma li l-kriterju ta’ sehem mis-suq ta’ 10 % iddefinit fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tal-Kummissjoni ma kienx intlaħaq, b’mod li l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni ma misshiex ikkonkludiet li kienet hemm restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Cour de cassation tixtieq tkun taf jekk l-awtoritajiet nazzjonali jistgħux, skont l-Artikolu 3(2), tar-Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</P></NOTE>, jikkunsidraw li l-kompetizzjoni hija ristretta b’mod sinjifikattiv anki jekk il-limitu ċċitat iktar ’il fuq ta’ 10 % ma jinqabiżx. Il-qorti suprema Franċiża tenfasizza b’mod partikolari li, skont il-konstatazzjonijiet fattwali stabbiliti fil-kawża prinċipali, il-ftehim kontenzjuż konkluż bejn Expedia u l-SNCF kellu mhux biss effett, iżda wkoll għan antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkontribwixxi b’mod determinanti sabiex tippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fil-futur fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE. Barra minn hekk din il-kawża toffri l-okkażjoni li jiġi ppreċiżat, kemm fuq livell tal-Unjoni kif ukoll fuq livell nazzjonali, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont is-suġġett tkun tista’ tiġi rreġistrata. Dawn iż-żewġ punti huma ta’ importanza kunsiderevoli għall-funzjonament tajjeb tas-sistema deċentralizzata għall-implementazzjoni tad-dritt tal-akkordji, stabbilit permezz tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kunsill Franċiż tal-Kompetizzjoni ġiet adottata fix-xahar ta’ Frar 2009, id-domanda preliminari għandha tiġi eżaminata abbażi tar-regoli li jipprovdu għall-projbizzjoni tal-ftehim antikompetittiv (jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>regoli li jipprojbixxu l-akkordji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) fil-verżjoni applikabbli tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, il-kawża attwali hija rregolata mill-Artikolu 81(1) KE u mir-Regolament Nru 1/2003 adottat għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-kummenti tiegħi dwar l-Artikolu 81 KE huma madankollu validi wkoll għall-Artikolu 101 TFUE, iċċitat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[r]elazzjoni bejn l-Artikolu 81 KE […] u liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="081.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet tal-impriża jew prattiċi miftiehma fis-sens tal-Artikolu 81 [KE] li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-disposizzjoni, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu 81 [KE] għal ftehim bħal dawn, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="081.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax twassal għal projbizzjoni ta’ ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma li jista jaffetwa il-kummerċ bejn l-Istati Membri imma ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1) [KE], jew ma jilħaqx il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) [KE] jew li huma kopruti min xi Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) [KE]. [...]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[k]operazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità f’koperazzjoni [mill-qrib].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Għandhom jissemmew ukoll, b’mod supplementari, l-ispjegazzjonijiet li jinstabu fil-premessi 1, 6, 8, 14, 15, 22 u 34 tar-Regolament Nru 1/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.P><TXT>Sabiex jistabbilixxi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq [intern] ma tiġix distorta, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat irridu jiġu applikati effettivament u b’mod uniformi [fl-Unjoni]. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura li l-liġijiet tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni] huma applikati b’mod effettiv, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikun assoċjati aktar mil-qrib ma l-applikazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom is-saħħa li japplikaw il-liġijiet [tal-Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura l-infurzar effettiv tal-liġijiet tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni] u il-funżjoni propja tal-mekkaniżmi tal-koperazzjoni li jinsabu fir-Regolament, huwa neċċessarju l-obligu ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li huma ukoll japplikaw l-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] billi huma japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompettitività lil ftehim u prattiki li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Sabiex jiġu kreati kondizzjonijet ugwali għal ftehim, deċiżjonijiet permezz ta’ assoċjazzjoni ta’ impriża u prattiċi miftiehma fi ħdan is-suq intern, huwa ukoll neċċessarju li jistabilixxi [...]ir-relazzjoni bejn il-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-kompetizzjoni tal-[Unjoni]. Sabiex dan iseħħ huwa neċessarju li l-ligijiet nazzjonali tal-kompettività provduti jiġu applikati għal ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma fi ħdan s-sens ta’ l-Artikolu 81(1) [KE] ma għandhomx iwasslu għall-projbizzjoni ta’ dan il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma sa kemm mhux projbiti taħt il-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-[Unjoni]. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>F’każi eċċezzjonali fejn hu obbligu minħabba l-interess tal-pubbliku [tal-Unjoni], jista jkun spedjenti għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta’ natura deklarattiva ssib li l-projbizzjoni fl-Artikolu 81 [KE] jew l-Artikolu 82 [KE] ma japplikax, b’skop li l-liġi tiġi klarifikata u tiġi applikata b’mod konsistenti fi ħdan [l-Unjoni], b’mod partikolari b’rigward tipi ġodda ta’ ftehim u prattiċi li ma ġewx irranġati b’liġijiet u prattiċi amministrattivi esistenti”.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom jifformaw netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi flimkien fejn japplikaw liġijiet tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni] f’koperazzjoni [mill-qrib]. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Sabiex tiżgura qbil mal-prinċipji ċerti legali u l-applikazzjoni uniformi tal-liġijiet tal-kompettività [tal-Unjoni] f’sistema ta poteri paralleli, deċizzjonijiet li huma f’kunflitt għandhom jiġu evitati. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Il-prinċipji stabbiliti mil-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] [...] ingħataw rwol ċentrali lill-korpi tal-[Unjoni]. Dan ir-rwol ċentrali għandu jinżamm, waqt li l-Istati Membri jassoċjaw ruħhom aktar mil-viċin mal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni]. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]”</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> adottata mill-Kumissjoni fl-2001. Din il-komunikazzjoni tiddikjara b’mod partikolari dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fin-notifika attwali, il-Kummissjoni tikkwantifika permezz tal-limiti [kriterji] tas-sehem mis-suq, dak li ma jikkostitwixxix restrizzjoni b’mod apprezzabbli [sinjifikattiv] tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81 [KE].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni mhijiex se tibda proċedura fuq talba jew fuq inizjattiva tagħa stess fil-każijiet li huma koperti mill-Komunikazzjoni attwali. Fejn l-intrapriżi jassumu in bona fide li ftehim huwa kopert min-Notifika attwali, il-Kummissjoni mhix se timponi multi. Għalkemm mhijiex vinkolanti fir-rigward tagħhom, in-notifika attwali għandha l-għan ukoll li tagħti indikazzjonijiet lill-Qrati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>In-notifika attwali ma taffettwax l-interpretazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] li tista’ tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali [...].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ftehimiet bejn l-intrapriżi li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli [sinjifikattiv] l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) [KE]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk is-sehem mis-suq ikkombinat li jkollhom il-partijiet għall-ftehim ma jaqbiżx l-10 % fuq l-ebda mis-swieq rilevanti affettwati mill-imsemmi ftehim, meta l-ftehim isir minn intrapriżi li huma kompetituri eżistenti jew potenzjali fuq kwalunwke minn dawn is-swieq (ftehimiet bejn kompetituri) [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-punti 7, 8, u 9 ma japplikawx għall-ftehim li jkun fih kwalunkwe mir-restrizzjoni karatterizzata (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>restrizzjonijiet prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) li jmiss. [...]</TXT><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fost id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt Franċiż, għandu qabel kollox jissemma l-Artikolu L420-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ li, essenzjalment, jipprekludi l-akkordji bl-istess mod bħall-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE) fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu L464-6-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ jinkludi l-kriterji ddefinti mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tal-Kummissjoni u jħalli f’idejn l-Awtorità tal-Kompetizzjoni sabiex tiddeċiedi jekk il-proċedura għandhiex tiġi implementata f’każ ta’ ftehim ta’ importanza minuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sakemm il-proċedura ma tkunx tikkonċerna kuntratt taħt il-Kodiċi tal-kuntratti pubbliċi.</P></NOTE>. Għalhekk, jekk il-kriterji ta’ sehem mis-suq imsemmija fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma jinkisbux mill-impriżi li huma partijiet għall-ftehim, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tista’ tiddeċiedi li ma tkomplix il-proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Bil-għan li jiġi żviluppat il-bejgħ tal-biljetti tal-ferrovija u tal-vjaġġi fuq l-Internet, l-SNCF bdiet tfittex imsieħeb tal-esperjenza. L-għażla tagħha waqgħet fuq Expedia, kumpannija rregolata mid-dritt Amerikan speċjalizzata fil-bejgħ tal-vjaġġi fuq l-internet. F’Settembru 2001, l-SNCF u Expedia kkonkludew iktar minn ftehim wieħed sabiex jissiġillaw il-kooperazzjoni tagħhom u joħolqu sussidjarja konġunta (GL Expedia) li biddlet isimha fl-2004 sabiex issir Agence Voyages-sncf.com (Agence VSC). Is-sit Internet voyages-sncf.com, preċedentement iddedikat għall-informazzjoni, ir-riżervazzjoni u l-bejgħ tal-biljetti tal-ferrovija fuq l-Internet, minn dakinhar ’l hawn mexxiet l-attività tal-kumpanija konġunta u biddlet ruħha sabiex toffri, minbarra l-benefiċċji inizjali tagħha, attività ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar online.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Wara lment minn bosta impriżi kompetituri, l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni kkonstatat, permezz tad-deċiżjoni Nru 09-D-06 tal-<DATE ISO="20090205">5 ta’ Frar 2009</DATE>, li l-SNCF u Expedia kienu implementaw prattiki ta’ akkordju pprojbiti mil-Artikolu 81 KE u mill-Artikolu L420-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni kkunsidrat li l-prattika miftiehma tal-SNCF u ta’ Expedia kellha għan antikompetittiv. Bħala sanzjoni, hija imponiet lil Expedia multa ta’ EUR 500 000 u lill-SNCF multa ta’ EUR 5 000 000.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-proċedura amministrattiva quddiem l-awtorità tal-kompetizzjoni, Expedia argumentat, essenzjalment, li l-kriterji previsti mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tal-Kummissjoni kif ukoll il-kriterji ekwivalenti previsti mill-Artikolu L464-6-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ ma ġewx sodisfatti minħabba allegat żball ta’ kalkolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Skont Expedia, il-Kunsill tal-Kompetizzjoni ma kellux, fil-kalkolu tas-sehem, jikkunsidra s-sehem miksub permezz tas-sit tal-Internet sħiħ (is-suq affettwat kien dak tas-servizzi online ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar ta’ divertiment). Hija tikkunsidra, għall-kuntrarju, li l-impriża komuni (Agence VSC) kisbet biss sehem ta’ 20 % mill-ammont ta’ bejgħ ta’ dan is-sit.</P></NOTE>. Fin-nuqqas ta’ sehem mis-suq ta’ 10 %, Expedia tqis li, peress li l-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tippreskrivi l-kundizzjonijiet li fihom il-kompetizzjoni tiġi ristretta b’mod sinjifikattiv fis-sens tal-Artikolu 81 KE, l-awtorità nazzjonali ma kellhiex timponi sanzjoni skont l-Artikolu 3(2), tar-Regolament Nru 1/2003. Skont Expedia, il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni ma għandhiex tkun iktar stretta mid-dritt tal-Unjoni fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Awtorità tal-Kompetizzjoni rrifjutat dawn l-argumenti minħabba l-fatt li l-SNCF u Expedia kienu kompetituri fis-suq affettwat tas-servizzi online ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar tad-divertiment u li dawn kellhom iktar minn 10 % mis-sehem ta’ dan is-suq. Hija ddikjarat ukoll li l-ftehim konkluż bejn Expedia u l-SNCF kellu għan antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Għalhekk Expedia appellat lill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi sabiex tikkontesta d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni. Il-Qorti tal-Appell ma indirizzatx direttament il-kwistjoni tal-kalkolu tas-sehem tal-Agence VSC fis-suq inkwistjoni. Fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, hija tindika, b’riferiment għall-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fl-Artikolu L464-6-1 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, li l-investigazzjoni u r-repressjoni tal-akkordji hija wkoll possibbli meta l-kriterji ta’ sehem mis-suq ma jintlaħqux. Sakemm il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE jiġu sodisfatti (liema fatt il-Qorti tal-Appell ammettiet f’dan il-każ), l-Artikolu 3(2), tar-Regolament Nru 1/2003 lanqas ma jmur kontra, skont il-Qorti tal-Appell, il-fatt li tiġi imposta multa.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara appell fil-kassazzjoni ppreżentat minn Expedia kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Appell, il-kawża tinstab minn issa ’l quddiem f’idejn il-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Cour de cassation<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Awla tal-proċeduri kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, irċevuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110516">16 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Cour de cassation Franċiża ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P>L-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jsiru proċeduri kontra u milli jingħataw sanzjonijiet minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fuq il-bażi kemm tal-Artikolu 101(1) TFUE kif ukoll tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ prattiki ta’ ftehim, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriża jew prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda li ma jilħqux il-livelli stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20011222">22 ta’ Diċembru 2001</DATE>, dwar ftehim ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (<HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 125)?</P></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Expedia, l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni, il-gvern Franċiż, Taljan u Pollakk, l-Irlanda, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn l-istess partijiet ipparteċipaw ukoll fis-seduta tas-<DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ħlief l-Irlanda u l-gvern Taljan u Pollakk.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi riżolta din il-kawża, wieħed għandu jibbaża ruħu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/2003. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi rabta stretta bejn id-dritt tal-akkordji tal-Unjoni u dak tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-17/10, punt 77).</P></NOTE>. Filwaqt li r-regoli nazzjonali li jipprojbixxu l-akkordji jiġu applikati għal akkordju li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1/2003 timponi li jiġi applikat ukoll fir-rigward tiegħu, b’mod parallel, l-Artikolu 81 KE (l-Artikolu 101 TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħi tat-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE> fil-kawża li tat lok għas-sentenza Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta d-dritt tal-akkordji tal-Unjoni u dak ta’ Stat Membru japplikaw b’mod parallel, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jiggarantixxi s-supremazija tal-prinċipji superjuri tad-dritt tal-akkordji tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-ftehim bejn impriżi jista’ jiġi pprojbit mid-dritt nazzjonali biss jekk dan ikun ipprojbit ukoll taħt id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Premessa 8 tar-Regolament Nru 1/2003.</P></NOTE>. Għaldaqstant id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni ma għandux għalhekk jipproduċi riżultati iktar stretti mill-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Peress li jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li huwa biss il-ftehim bejn l-impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Għal raġuni ta’ simplifikazzjoni, ser noqgħod lura, fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet, milli nsemmi d-deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u l-prattiki miftiehma li huma wkoll is-suġġett tal-Artikolu 81 KE. Il-kummenti ta’ din l-opinjoni <HT TYPE="ITALIC">japplikaw</HT> <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għal dawn il-kunċetti.</P></NOTE> li għandu bħala għan jew bħala effett li jirrestrinġi b’mod <HT TYPE="ITALIC">sinjifikattiv</HT> il-kompetizzjoni jista’ jiġi investigat u jitneħħa skont l-Artikolu 81 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19660630">30 ta’ Ġunju 1966</DATE>, LTM (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="56/65" PAGE.ECR="337" YEAR="1966">56/65, Ġabra p. 337</REF.DOC.ECR>, p. 360); tad-<DATE ISO="19690709">9 ta’ Lulju 1969</DATE>, Völk (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="5/69" PAGE.ECR="295" YEAR="1969">5/69, Ġabra p. 295</REF.DOC.ECR>, punt 7); tas-<DATE ISO="19710506">6 ta’ Mejju 1971</DATE>, Cadillon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="1/71" PAGE.ECR="351" YEAR="1971">1/71, Ġabra p. 351</REF.DOC.ECR>, punt 9); tal-<DATE ISO="19711125">25 ta’ Novembru 1971</DATE>, Béguelin Import (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="22/71" PAGE.ECR="949" YEAR="1971">22/71, Ġabra p. 949</REF.DOC.ECR>, punt 16); tat-<DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, Javico (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/96" PAGE.ECR="I-1983" YEAR="1998">C-306/96, Ġabra p. I-1983</REF.DOC.ECR>, punt 12); tat-<DATE ISO="19980528">28 ta’ Mejju 1998</DATE>, Deere vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/95 P" PAGE.ECR="I-3111" YEAR="1998">C-7/95 P, Ġabra p. I-3111</REF.DOC.ECR>, punt 77); tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Asnef-Equifax u Administración del Estado (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/05" PAGE.ECR="I-11125" YEAR="2006">C-238/05, Ġabra p. I-11125</REF.DOC.ECR>, punt 50), u tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Pedro IV Servicios (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/07" PAGE.ECR="I-2437" YEAR="2009">C-260/07, Ġabra p. I-2437</REF.DOC.ECR>, punt 68).</P></NOTE>, l-Artikolu 3(2), tar-Regolament Nru 1/2003 jeżiġi li l-kriterju ta’ restrizzjoni sinjifikattiva jiġi wkoll osservat meta, bħal f’dan il-każ, id-dritt tal-akkordji tal-Unjoni u dak ta’ Stat Membru jkunu japplikaw b’mod parallel quddiem l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan il-qafas, il-Cour de cassation tixtieq tkun taf jekk, sabiex ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni tkun sinjifikattiva, l-awtoritajiet nazzjonali għandhomx bilfors jibbażaw ruħhom mill-kriterji stabbiliti fuq livell tal-Unjoni fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tal-Kummissjoni. Huwa b’mod partikolari importanti għall-Cour de cassation li tkun taf jekk awtorità nazzjonali tistax tikkunsidra li l-kompetizzjoni hija ristretta b’mod sinjifikattiv meta l-ftehim li jiġi sottomess lilha jippreżenta għan antikompetittiv mingħajr madankollu ma jintlaħqu l-kriterji ta’ sehem mis-suq iddefiniti fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fost il-partijiet fil-proċedura li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, Expedia biss issostni li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni huma marbuta bil-kriterji ta’ sehem mis-suq tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, inkluż meta l-ftehim inkwistjoni jippreżenta għan antikompetittiv. Min-naħa l-oħra l-gvernijiet u l-awtoritajiet l-oħra li pparteċipaw fil-proċedura jikkunsidraw li l-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minmis</HT> ma tivvinkolax lill-awtoritajiet nazzjonali. Uħud minnhom isostnu barra minn hekk li ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat b’mod konkret il-kriterju ta’ restrizzjoni sinjifikattiva meta jitressqu azzjonijiet kontra ftehim li l-għan tiegħu jkun antikompetittiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Nuqqas ta’ effett legali restrittiv tal-Komunikazzjoni de minimis</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja f’kuntest differenti, il-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni ma jipproduċux effett legali restrittiv għall-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Pfleiderer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-360/09" PAGE.ECR="I-5161" YEAR="2011">C-360/09, Ġabra p. I-5161</REF.DOC.ECR>, punt 21). Ara, b’mod analogu, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 209: il-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala regola tad-dritt), u tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Arkema vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-520/09 P" PAGE.ECR="I-8901" YEAR="2011">C-520/09 P, Ġabra p. I-8901</REF.DOC.ECR>, punt 88: il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni jistabbilixxu biss regoli ta’ kondotta).</P></NOTE>. Għalhekk l-istess jgħodd f’dan il-każ għall-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> u għall-kriterji ta’ sehem mis-suq li huma hawnhekk iddefiniti. Dan ma jirriżultax biss mill-formulazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni, iżda wkoll mill-għan u mill-kuntest tal-adozzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Waħedha biss, <HT TYPE="ITALIC">il-formulazzjoni</HT> tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> turi mingħajr dubju li din tesprimi biss l-opinjoni ġuridika tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, il-punti 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[...] [i]l-Kummissjoni tikkwantifika [...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), 7 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u 9 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-Kummissjoni hija wkoll ta’ l-opinjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</P></NOTE>u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>mhijiex vinkolanti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-aħħar sentenza tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE> fir-rigward tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali. Barra minn hekk lanqas ma hija vinkolanti fir-rigward tal-qrati tal-Unjoni peress li tiddikjara b’mod ċar li l-kontenut tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[huwa] mingħajr preġudizzju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Punt 6 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE>għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 81 KE li tista’ tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Mill-<HT TYPE="ITALIC">għan</HT> imfittex mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> jirriżulta wkoll li l-kontenut ma huwiex ta’ natura vinkolanti. Permezz tal-adozzjoni ta’ din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni tixtieq biss turi b’mod trasparenti l-mod ta’ kif tapplika l-Artikolu 81 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE> u tipprovdi indikazzjonijiet u punti ta’ interpretazzjoni utli lill-impriżi li joperaw fis-suq intern kif ukoll lill-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>L-aħħar sentenza tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Din l-impressjoni hija kkonfermata meta wieħed jikkunsidra l-<HT TYPE="ITALIC">kuntest</HT> li fih tidħol il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>. Il-Kummissjoni ma adottatx din il-komunikazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi tagħha, iżda fil-kwalità tagħha ta’ awtorità tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Minn naħa, hija tipprovdi spjegazzjonijiet dwar il-prattika tagħha, u min-naħa l-oħra, tipprovdi rakkomandazzjoni jew opinjoni ġenerali dwar il-kompetizzjoni fil-kuntest tar-responsabbiltà tagħha li żżomm u tiżviluppa sistema ta’ kompetizzjoni mhux distorta fis-suq intern Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Dwar l-importanza tar-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern, ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19990601">1 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Eco Swiss (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-126/97" PAGE.ECR="I-3055" YEAR="1999">C-126/97, Ġabra p. I-3055</REF.DOC.ECR>, punt 6); tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, Courage u Crehan (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/99" PAGE.ECR="I-6297" YEAR="2001">C-453/99, Ġabra p. I-6297</REF.DOC.ECR>, punt 20), u, fir-rigward tal-istat tad-dritt wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-sentenza tas-<DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, TeliaSonera (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/09" PAGE.ECR="I-527" YEAR="2011">C-52/09, Ġabra p. I-527</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni hija awtorizzata sabiex toħroġ rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet bħal dawn skont id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 85 KE u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 211 KE (li saru l-Artikolu 105 u r-raba’ sentenza tal-Artikolu 292 TFUE rispettivament )<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Dwar ir-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ara s-sentenza ewlenija tal-<DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Masterfoods u HB (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/98" PAGE.ECR="I-11369" YEAR="2000">C-344/98, Ġabra p. I-11369</REF.DOC.ECR>, punt 46, l-ewwel sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet bħal dawn madankollu ma humiex vinkolanti (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 249 KE, li sar il-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE). Id-dispożizzjonijiet vinkolanti li għandhom l-għan li jimplementaw ir-regoli tal-kompetizzjoni previsti fit-trattati Ewropej jistgħu jiġu adottati biss mill-Kunsill fl-għamla ta’ regolamenti u direttivi (Artikolu 83 KE, li sar l-Artikolu 103 TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, ara, fl-istess sens, l-Artikolu 89 KE (li sar l-Artikolu 109 TFUE).</P></NOTE>. L-uniċi regolamenti li l-Kummissjoni tista’ tadotta f’dan il-qasam — kif ukoll, bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill — huma dawk li ġejjin minn eżenzjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ ftehim (Artikolu 85(3) KE li sar l-Artikolu 105(3) TFUE).</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-argumenti preċedenti, huwa minnu li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1/2003, għandha s-setgħa li tadotta, f’każijiet eċċezzjonali, deċiżjonijiet ta’ natura dikjaratorja sabiex tikkonstata n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE. Madankollu, deċiżjonijiet bħal dawn jistgħu jikkonċernaw biss każijiet individwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), b’mod partikolari fir-rigward ta’ tipi ta’ ftehim jew prattiki ġodda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Premessa 14 tar-Regolament Nru 1/2003 u s-sentenza tat-<DATE ISO="20010503">3 ta’ Mejju 2001</DATE>, Tele 2 Polska (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-375/09" PAGE.ECR="I-3055" YEAR="2001">C-375/09, Ġabra p. I-3055</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>. Kwalunkwe dikjarazzjoni ġenerali oħra fil-qasam tal-kompetizzjoni — bħall-kummenti espressi fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> dwar ir-restrizzjonijiet sinjifikattivi tal-kompetizzjoni — tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fis-Serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>C<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea turi wkoll li l-Kummissjoni ma tixtieqx tadotta dispożizzjonijiet vinkolanti fil-kuntest ta’ din il-komunikazzjoni. Issa, kuntrarjament għas-Serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tiegħu, is-Serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>C<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandha l-għan li tippubblika mhux atti legalment vinkolanti, iżda biss informazzjoni, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet li jikkonċernaw l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20010512">12 ta’ Mejju 2001</DATE> Polska Telefonia Cyfrowa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-410/09" PAGE.ECR="I-3853" YEAR="2001">C-410/09, Ġabra p. I-3853</REF.DOC.ECR>, punt 35).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nulla poena sine lege</HT>, rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, minn naħa, l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll, min-naħa l-oħra, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, X (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/02" PAGE.ECR="I-651" YEAR="2004">C-60/02, Ġabra p. I-651</REF.DOC.ECR>, punt 63); tat-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, Advocaten voor de Wereld (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/05" PAGE.ECR="I-3633" YEAR="2007">C-303/05, Ġabra p. I-3633</REF.DOC.ECR>, punt 49), u tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, ThyssenKrupp Nirosta (li qabel kienet ThyssenKrupp Stainless) vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/09 P" PAGE.ECR="I-2359" YEAR="2011">C-352/09 P, Ġabra p. I-2359</REF.DOC.ECR>, punt 80).</P></NOTE>, ma jimponix l-obbligu li l-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tiġi kkunsidrata bħala regola ġuridika vinkolanti. Kuntrarjament għal dak li tidher li taħseb Expedia, il-komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma tikkostitwixxix, bħala tali, il-bażi legali li skontha l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jistgħu jaġixxu kontra l-ftehim antikompetittiv. Il-projbizzjoni tal-akkordji taħt id-dritt tal-Unjoni fil-fatt hija diġà stabbilita fil-livell tad-dritt primarju mill-Artikolu 81 KE, jiġifieri f’dispożizzjoni tat-Trattat li toħloq effetti diretti kemm għall-vantaġġ kif ukoll għad-detriment tal-impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ġurisprudenza stabbilita li tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenzi tat-<DATE ISO="19740130">30 ta’ Jannar 1974</DATE>, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="127/73" PAGE.ECR="51" YEAR="1974">127/73, Ġabra p. 51</REF.DOC.ECR>, punti 15 sa 17); tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, Gourage u Crehan (diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 23); tat-<DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04+C-296/04+C-297/04+C-298/04" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2006">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punti 39, 58 u 59), u tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/08" PAGE.ECR="I-4529" YEAR="2009">C-8/08, Ġabra p. I-4529</REF.DOC.ECR>, punti 49 u 50).</P></NOTE>. Is-sanzjonijiet imposti mill-awtorità Franċiża tal-kompetizzjoni jirriżultaw mil-liġi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara wkoll l-aħħar inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, jeħtieġ għaldaqstant li jiġi kkunsidrat li l-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fiha nnifisha ma hijiex maħsuba sabiex toħloq effetti ġuridiċi vinkolanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Komunikazzjoni de minimis tipprovdi sempliċi indikazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 101 TFUE)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għalkemm, kif għadna kif rajna, il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma tipproduċix effetti ġuridiċi vinkolanti, ikun żbaljat li jitqies li hija ma għandha ebda portata ġuridika fil-proċeduri fil-qasam tal-akkordji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, punt 211, l-aħħar sentenza).</P></NOTE>. Il-pubblikazzjonijiet bħall-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> fil-fatt għandhom karattru ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>soft law<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u jeħtieġ li ma tiġix sottovalutata l-importanza tagħhom fil-proċeduri fil-qasam tal-akkordji, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-akkordji <HT TYPE="ITALIC">fuq livell tal-Unjoni</HT>, huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li l-Kummissjoni timponi obbligi fuqha nnifisha meta tadotta komunikazzjonijiet li jispjegaw il-prassi tagħha. Dan jirrigwarda regoli ta’ kondotta li l-Kummissjoni ma tistax twarrab, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li jkunu kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenzi Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, punti 209 sa 211); tal-<DATE ISO="20060921">21 ta’ Settembru 2006</DATE>, JCB Service vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/04 P" PAGE.ECR="I-8935" YEAR="2006">C-167/04 P, Ġabra p. I-8935</REF.DOC.ECR>, punti 207 u 208); tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Arkema vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, punt 88), u tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, KME <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-272/09 P" PAGE.ECR="I-12789" YEAR="2011">C-272/09 P, Ġabra p. I-12789</REF.DOC.ECR>, punt 100). Fir-rigward tad-dritt għall-għajnuna mill-Istat, ara, fl-istess sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-288/96" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2000">C-288/96, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>, punt 62). Lil hinn mid-dritt tal-kompetizzjoni, ara wkoll is-sentenza tal-<DATE ISO="19831201">1 ta’ Diċembru 1983</DATE>, Blomefield vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="190/82" PAGE.ECR="3981" YEAR="1983">190/82, Ġabra p. 3981</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>. Awtolimitazzjoni bħal din tirriżulta wkoll mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, sa fejn fiha l-Kummissjoni tindika b’mod espliċitu li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>m’għandhiex tieħu passi kemm wara applikazzjoni kif ukoll b’inizjattiva proprja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>L-ewwel sentenza tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE> fir-rigward ta’ akkordji ta’ importanza minuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiddikjara li ma hijiex ser timponi multi meta l-kumpaniji jqisu <HT TYPE="ITALIC">in bona fede</HT> li ftehim huwa kopert mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>It-tieni sentenza tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċeduri fil-qasam tal-akkordji <HT TYPE="ITALIC">fuq livell nazzjonali</HT>, il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> hija wkoll espressament maħsuba sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tiggwida<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> lill-qrati u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tagħhom tal-Artikolu 81 KE, anke jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mhijiex vinkolanti fuqhom<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-aħħar sentenza tal-punt 4 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE>. Indikazzjonijiet bħal dawn huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema deċentralizzata ta’ implementazzjoni<?PAGE NO="10"?> tad-dritt tal-akkordji, kif stabbilit bir-Regolament Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>F’dan ir-rigward, ara wkoll il-premessi 6 u 34 tar-Regolament Nru 1/2003.</P></NOTE>. Huma jikkontribwixxu għall-għan fundamentali li jikkonsisti f’li tiġi żgurata kemm jista’ jkun applikazzjoni effikaċi u uniformi tal-Artikoli 81 KE u 82 KE (li saru l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) fl-Unjoni kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-preambolu tar-Regolament Nru 1/2003, b’mod partikolari l-premessi 1 u 22. L-importanza ta’ implementazzjoni effettiva tal-Artikoli 81 KE u 82 KE (li saru l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) ġiet enfasizzata wkoll dan l-aħħar f’diversi sentenzi, bħal b’mod partikolari s-sentenzi tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, X (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-429/07" PAGE.ECR="I-4833" YEAR="2009">C-429/07, Ġabra p. I-4833</REF.DOC.ECR>, punti 33 sa 35), u tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, VEBIC (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/08" PAGE.ECR="I-12471" YEAR="2010">C-439/08, Ġabra p. I-12471</REF.DOC.ECR>, punti 59 u 61).</P></NOTE>. Huma jippromwovu fl-istess ħin il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet omoġenji ta’ kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>level playing field<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Premessa 8 tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll il-punt 169 tal-konklużjonijiet tiegħi tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE> fil-Kawża li tat lok għas-sentenza Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-550/07 P" PAGE.ECR="I-8301" YEAR="2010">C-550/07 P, Ġabra p. I-8301</REF.DOC.ECR>) u l-punt 118 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża li tat lok għas-sentenza Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata aktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9).</P></NOTE> filwaqt li jżidu ċ-ċertezza legali għall-impriżi kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Premessa 22 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-punt 36 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tas-<DATE ISO="20050427">27 ta’ April 2005</DATE> fil-Kawża li tat lok għas-sentenza Vulcan Silkeborg (sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/05" PAGE.ECR="I-7637" YEAR="2006">C-125/05, Ġabra p. I-7637</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk Expedia ġustament, fost oħrajn, enfasizzat dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ir-rwol ewlieni tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-politika Ewropea tal-kompetizzjoni, li huwa stabbilit sew fis-sistema mwaqqfa mir-Regolament Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza Masterfoods u HB (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 46, l-ewwel sentenza); ara wkoll il-premessa 34 tar-Regolament Nru 1/2003 li tenfasizza r-rwol ċentrali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-implementazzjoni tal-prinċipji ddikjarati fl-Artikoli 81 KE u 82 KE.</P></NOTE>, jitlef mis-setgħa tiegħu jekk l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri jinjoraw purament u sempliċement komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant mill-obbligu ta’ kooperazzjoni leali impost fuq l-awtoritajiet nazzjonali kollha (Artikolu 10 KE, li sar l-Artikolu 4(3) TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Fir-rigward tal-portata tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika ta’ kompetizzjoni, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Masterfoods u HB (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 56), X (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 21) u Tele 2 Polska (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 26). L-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni hija enfasizzata wkoll fl-Artikolu 11(1), u fil-preambolu tar-Regolament Nru 1/2003 (b’mod partikolari l-premessi 8 u 15).</P></NOTE> jirriżulta li fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mir-Regolament Nru 1/2003, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom debitament jieħdu inkunsiderazzjoni l-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni, speċjalment il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Fir-rigward ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ara, fl-istess sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19891213">13 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Grimaldi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/88" PAGE.ECR="4407" YEAR="1989">C-322/88, Ġabra p. 4407</REF.DOC.ECR>, punti 18 u 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Anki jekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni ġuridika tal-ftehim konkluż fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma jista jipprovdi ebda rekwiżiti vinkolanti għall-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, dawn madankollu għandhom jeżaminaw l-opinjoni li l-Kummissjoni tesprimi dwar is-suġġett tar-restrizzjonijiet sinjifikattivi tal-kompetizzjoni u jipprovdu raġunijiet li jkunu jistgħu jiġu vverifikati mill-qrati, jekk dawn jiddeċiedu li jwarrbu din l-opinjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Raġunijiet bħal dawn jistgħu jiġu pprovduti kemm skont il-każ kif ukoll fl-għamla ta’ komunikazzjoni li tispjega l-prassi tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ċertament, ma tirriżultax projbizzjoni għall-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jibdew proċedura kontra l-ftehim li ma jissodisfax il-kriterji minimi ta’ sehem mis-suq previsti mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sehem mis-suq huwa biss wieħed mill-ħafna indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk ftehim bejn kumpaniji jikkawżax jew le restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni. Bħalma l-gvern Taljan indika bir-raġun, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat, minbarra s-sehem mis-suq miksub mill-impriżi inkwistjoni, il-kuntest ekonomiku u ġuridiku sħiħ li taħtu jaqa’ l-ftehim ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>F’dan ir-rigward, ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19710506">6 ta’ Mejju 1971</DATE>, Cadillon (iċċitata aktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 8); tat-<DATE ISO="19831108">8 ta’ Novembru 1983</DATE>, IAZ International Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="96/82+97/82+98/82+99/82+100/82+101/82+102/82+104/82+105/82+108/82+110/82" PAGE.ECR="3369" YEAR="1983">96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369</REF.DOC.ECR>, punt 25); tat-<DATE ISO="20000912">12 ta’ Settembru 2000</DATE>, Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/98+C-181/98+C-182/98+C-183/98+C-184/98" PAGE.ECR="I-6451" YEAR="2000">C-180/98 sa C-184/98, Ġabra p. I-6451</REF.DOC.ECR>, punt 91); tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, Beef Industry Development Society u Barry Brothers (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/07" PAGE.ECR="I-8637" YEAR="2008">C-209/07, Ġabra p. I-8637</REF.DOC.ECR>, punti 16 u 21); tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 27); u tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Pierre Fabre Dermo-Cosmétique (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/09" PAGE.ECR="I-9419" YEAR="2011">C-439/09, Ġabra p. I-9419</REF.DOC.ECR>, punt 35).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-awtorità jew il-qorti kompetenti għandha tkun tista’ tirreaġixxi b’mod effettiv għall-problemi partikolari ta’ natura nazzjonali jew reġjonali li jistgħu jirriżultaw fil-qasam tal-kompetizzjoni fis-swieq differenti tal-Istati Membri. Barra minn hekk l-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni ġustament indikat fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jista’ jkun hemm differenzi oġġettivi fil-prassi ta’ tressiq ta’ azzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anki jekk dawn l-awtoritajiet kollha jkunu jagħmlu parti min-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (REC)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Bl-Ingliż: European Competition Network (ECN).</P></NOTE> u jkollhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Dwar dan in-netwerk, ara l-premessa 15 tar-Regolament Nru 1/2003.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni huma liberi li jibdew proċeduri kontra ftehim li ma jissodisfax il-kriterji tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, sakemm dawn ikunu eżaminaw debitament l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni f’din il-komunikazzjoni u sakemm, fil-kawża inkwistjoni, indikazzjonijiet oħrajn minbarra s-sehem mis-suq miksub mill-impriżi kkonċernati jagħtu lil wieħed x’jifhem li l-kompetizzjoni ġiet ristretta b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Nuqqas ta’ rilevanza tal-kriterji minimi ta’ sehem mis-suq fuq l-evalwazzjoni tal-ftehim b’għan antikompetittiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Jeħtieġ ulterjorment li jiġi eżaminat il-piż li l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom jagħtu lill-indikazzjonijiet li jirriżultaw għalihom mill-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> f’termini ta’ kriterji ta’ sehem mis-suq meta l-ftehim bejn il-kumpaniji jkollu <HT TYPE="ITALIC">għan antikompetittiv</HT>. Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, huwa fil-fatt stabbilit li l-ftehim kontenzjuż konkluż bejn Expedia u l-SNCF għandu għan antikompetittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Fid-deċiżjoni ta’ rinviju tagħha, il-Cour de cassation tindika espressament fir-rigward tal-ftehim konkluż bejn Expedia u l-SNCF li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>il-[k]unsill tal-kompetizzjoni saħaq, mingħajr ma ġie kkontestat, li l-prassi kellu skop antikompetittiv<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</P></NOTE>, anki jekk, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Expedia, il-gvern Franċiż u l-Kummissjoni esprimew dubji dwar dan is-suġġett.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat, skont il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, li l-kompetizzjoni hija ristretta b’mod sinjifikattiv meta l-ftehim inkwistjoni jkollu għan antikompetittiv iżda mingħajr ma jaqbeż il-kriterji ta’ sehem mis-suq stabbiliti mill-Kummissjoni. Kif seta’ jiġi kkonstatat speċjalment waqt is-seduta, hija partikolarment mixtieqa kjarifika tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi osservat li n-nuqqas ta’ natura vinkolanti ta’ att tal-Kummissjoni (kif inhu l-każ tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>) ma jtellifx lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipproċedi bl-interpretazzjoni tagħha fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Grimaldi (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 39, punti 8 u 9) dwar kawża li tikkonċerna d-dritt tax-xogħol; fis-sentenza tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Lodato Genaro &amp; C. (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/07" PAGE.ECR="I-2599" YEAR="2009">C-415/07, Ġabra p. I-2599</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat ukoll il-linji gwida mhux vinkolanti tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar għajnuna mill-Istat.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-kontenut tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li skontha l-projbizzjoni tal-akkordji prevista fl-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE) tkopri biss ir-restrizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">sinjifikattivi</HT> tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.</P></NOTE>. Fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din l-osservazzjoni fundamentali tapplika għall-ftehim li jkollu għan antikompetittiv kif ukoll għal dak li jkollu effett antikompetittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenzi Völk (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 7) u Cadillon (iċċitata iktar ’il fuq, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punti 9 u 10) dwar kuntratti ta’ konċessjoni ta’ bejgħ esklużiv li tipprovdi protezzjoni territorjali assoluta, jiġifieri kuntratti li l-għan tagħhom kien antikompetittiv; ara wkoll is-sentenza tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Bayerische Motorenwerke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/93" PAGE.ECR="I-3439" YEAR="1995">C-70/93, Ġabra p. I-3439</REF.DOC.ECR>, punt 18); u tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Pedro IV Servicios (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 68) li t-tnejn li huma jużaw l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[...] għandu bħala għan jew bħala effett li jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni [...]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-ħtieġa għal restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni tgħodd, bħala prinċipju, kemm għar-restrizzjonijiet minħabba l-għan kif ukoll għar-restrizzjonijiet minħabba l-effett.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu dan ma jfissirx li l-kwistjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">prova ta’ natura sinjifikattiva ta’ restrizzjoni</HT> hija suġġetta għall-istess rekwiżiti f’kull wieħed miż-żewġ każijiet. Għall-kuntrarju, dawn ir-rekwiżiti huma differenti skont jekk il-ftehim inkwistjoni jkollux għan antikompetittiv jew joħloqx biss effett antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fatt huwa biss jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ għan antikompetittiv li jkun meħtieġ li jiġi pprovat, skont l-Artikolu 81(1) KE, li l-ftehim konkretament joħloq effetti antikompetittivi. Min-naħa l-oħra jekk jiġi stabbilit li l-ftehim ikollu għan antikompetittiv, ma jkunx iktar meħtieġ, skont il-ġurisprudenza, li jiġi pprovat li l-ftehim joħloq effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. F’każ bħal dan, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li l-ftehim ikun konkretament kapaċi jtellef, jirrestrinġi jew ifixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punti 28 sa 31); ara wkoll is-sentenza tat-<DATE ISO="19660713">13 ta’ Lulju 1966</DATE>, Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="56/64+58/64" PAGE.ECR="429" YEAR="1966">56/64 u 58/64, Ġabra p. 429</REF.DOC.ECR>, p. 496); tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, Beef Industry Development Society u Barry Brothers (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punti 15 u 16); tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, GlaxoSmithKline Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-501/06 P+C-513/06 P+C-515/06 P+C-519/06 P" PAGE.ECR="I-9291" YEAR="2009">C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P, Ġabra p. I-9291</REF.DOC.ECR>, punt 55); tal-<DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Football Association Premier League et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/08+C-429/08" PAGE.ECR="I-9083" YEAR="2011">C-403/08 u C-429/08, Ġabra p. I-9083</REF.DOC.ECR>, punt 135); tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, KME <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punt 65); u tat-<DATE ISO="20011013">13 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Pierre Fabre Dermo-Cosmétique (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dawn id-differenzi fir-rigward tal-prova huma spjegati bil-fatt li r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-għan jistgħu jiġu kkunsidrati, minnhom infushom, bħala ta’ ħsara għall-funzjonament tajjeb tal-kompetizzjoni normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza Beef Industry Development Society u Barry Brothers (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 17) u s-sentenza T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 29).</P></NOTE>. Huwa magħruf li l-ftehim li jkollu għan antikompetittiv jippreġudika l-kumpannija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, dwar din il-kwistjoni kollha, il-punti 42 sa 47 tal-konklużjonijiet tiegħi tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE> fil-kawża li tat lok għas-sentenza T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26) kif ukoll il-punt 136 tal-osservazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE> fil-kawża li tat lok għas-sentenza Dalmine vs Il-Kummissjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-407/04 P" PAGE.ECR="I-829" YEAR="2007">C-407/04 P, Ġabra p. I-829</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa diffiċli li jiġi kkunsidrat li dan il-ftehim jikkostitwixxi ksur ta’ importanza minuri. Għalhekk jeħtieġ li wieħed jibda mill-prinċipju li l-impriżi li jikkonkludu ftehim li l-għan tiegħu jkun antikompetittiv sistematikament għandhom l-għan li jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni, ikun xi jkun id-daqs tas-sehem fis-suq tagħhom jew tad-dħul mill-bejgħ tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> tagħha, il-Kummissjoni ma għandhiex tikkontradixxi dawn ir-regoli li jirriżultaw direttament mill-Artikolu 81 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni adottati dwar l-għajnuna mill-Istat, ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punt 62), u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Ġermanja et vs Kronofrance (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-75/05 P+C-80/05 P" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2008">C-75/05 P u C-80/05 P, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punti 65 u 66).</P></NOTE>. Barra minn hekk din hija r-raġuni għalfejn il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> teskludi l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ sehem mis-suq għal ċerti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>restrizzjonijiet prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Punt 11 tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</P></NOTE>. Kif il-Kummissjoni nnifisha kkonċediet matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> madankollu ma telenkax b’mod li jillimita l-ftehim kollu li jkollu għan antikompetittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fis-sentenza T-Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, b’mod partikolari l-punti 32 sa 39), li l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet bejn kompetituri kellu għan antikompetittiv. Huwa saħansitra possibbli li jiġi kkunsidrat li prattika bħal din tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>restrizzjoni prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> jekk jiġu interpretati b’mod partikolarment wiesa’ l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ftehimiet<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>indirettament<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, għandhom bħala għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-iffissar ta’ prezzijiet meta l-prodotti jinbiegħu lil partijiet terzi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [punt 11(1)(a), tal-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-fatt li ma jiġux applikati l-kriterji minimi ta’ sehem mis-suq għall-ftehim li jkollu għan antikompetittiv ma huwiex iġġustifikat biss mill-perspettiva legali, iżda wkoll fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni: fil-fatt, il-kriterji ta’ sehem mis-suq, bħal dawk previsti fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, huma maħsuba sabiex joħolqu ċertezza legali. Dawn jiffurmaw żona ta’ ċertezza (bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>safe harbour<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) li fi ħdanha l-impriżi li jkunu partijiet fi ftehim ma jkollhomx għalfejn jibżgħu li se jwettqu ksur tad-dritt tal-akkordji. Trattament preferenzjali bħal dan diffiċilment jista’ jingħata lil impriżi li jikkonkludu ftehim li l-għan tiegħu huwa antikompetittiv. Fil-każ kuntrarju, l-impriżi li s-sehem mis-suq tagħhom ikun inqas mill-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> jiġu mistiedna jirrifjutaw kompetizzjoni effettiva bejniethom u jikkonkludu akkordji bi ksur tal-prinċipji fundamentali tas-suq intern. Il-gvern Pollakk, b’mod partikolari, ġustament enfasizza dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, jeħtieġ li jiġi konkluż li l-kriterji ta’ sehem mis-suq stabbiliti fil-Komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> huma neqsin minn rilevanza meta jiġi ddeterminat jekk ftehim b’għan antikompetittiv jagħtix lok għal restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni. L-Awtorità Franċiża tal-Kompetizzjoni, l-Irlanda, kif ukoll il-gvern Franċiż u Taljan ġustament enfasizzaw dan il-punt. Matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni stess essenzjalment qablet ma’ din l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, f’sentenzi individwali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li r-regoli li jipprojbixxu l-akkordji lanqas ma kellhom japplikaw għal ftehim b’għan antikompetittiv meta dawn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>jaffettwa[w] [i]s-suq b’mod insinjifikanti biss, u dan minħabba l-pożizzjoni dgħajfa li l-impriżi kkonċernati għandhom fis-suq tal-prodotti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Sentenzi Völk (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 7) u Cadillon (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 9).</P></NOTE>. Madankollu jeħtieġ li din il-ġurisprudenza ma tiġix interpretata fis-sens li n-natura sinjifikattiva tar-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-għan għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-kriterji ta’ sehem mis-suq, u wisq inqas fir-rigward tal-kriterji stabbiliti mill-eżami tar-restrizzjonijiet sinjifikattivi tal-kompetizzjoni minħabba l-effett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>L-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Völk (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 7) għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest fejn is-sehem mis-suq huwa inqas minn 1 %.</P></NOTE>. Interpretazzjoni bħal din ikollha l-konsegwenza li telimina b’mod inammissibbli d-differenza fundamentali li teżisti bejn ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-għan u l-effett.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan jispjega għalfejn il-Qorti tal-Ġustizzja, anki f’negozju fejn sehem mis-suq relattivament baxx kien kunsiderevolment inferjuri mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>kriterju <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ta’ 10 % diskuss f’dan il-każ, ma baqgħetx lura milli tikkunsidra li l-kompetizzjoni kienet ristretta b’mod sinjifikattiv, inkwantu permezz tal-aġir tagħhom l-impriżi kkonċernati segwew għan antikompetittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19780201">1 ta’ Frar 1978</DATE>, Miller International Schallplatten vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="19/77" PAGE.ECR="131" YEAR="1978">19/77, Ġabra p. 131</REF.DOC.ECR>, punt 7 moqri flimkien mal-punti 9 u 10); tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punt 82 moqri flimkien mal-punti 3 u 4), u tal-<DATE ISO="19831025">25 ta’ Ottubru 1983</DATE>, AEG-Telefunken vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="107/82" PAGE.ECR="3151" YEAR="1983">107/82, Ġabra p. 3151</REF.DOC.ECR>, punt 43 moqri flimkien mal-punt 58).</P></NOTE>. F’ċerti sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ma kinux jirrikjedu indikazzjonijiet konkreti li jipprovaw restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni, peress li kien stabbilit li l-ftehim kellu għan antikompetittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jeħtieġ b’mod partikolari li jiġu ċċitati s-sentenzi LTM (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, p. 361, punt 3 tad-dispożittiv), Deere vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 75), Beef Industry Development Society u Barry Brothers (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 15) u Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48, punti 135 u 136), li fihom il-kriterju tar-restrizzjoni sinjifikattiva huwa msemmi biss fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">effetti</HT> antikompetittivi tal-ftehim inkwistjoni, u mhux fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">għan</HT> antikompetittiv. Fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, ara, pereżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, Mannesmannröhren-Werke vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-44/00" PAGE.ECR="II-2223" YEAR="2004">T-44/00, Ġabra p. II-2223</REF.DOC.ECR>, punti 129 sa 131); tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, Dalmine vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-50/00" PAGE.ECR="II-2395" YEAR="2004">T-50/00, Ġabra p. II-2395</REF.DOC.ECR>, punt 225); tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punti 383 u 384), u tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, BPB vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-53/03" PAGE.ECR="II-1333" YEAR="2008">T-53/03, Ġabra p. II-1333</REF.DOC.ECR>, punt 90, l-aħħar sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dan kollu jippermetti li jiġi konkluż li l-prova ta’ restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni minħabba l-għan fl-ebda każ ma għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti iktar stretti mill-prova tal-impatt sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-kuntest tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 81(1) KE (li sar l-Artikolu 101(1) TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-kummerċ bejn Stati Membri huwa affettwat b’mod sinjifikattiv anki meta s-sehem mis-suq ikun kunsiderevolment inqas minn 10 % — sehem mis-suq ta’ 5 % ġeneralment huwa biżżejjed għal dan l-għan (ara, fost il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56, is-sentenza Miller International Schallplatten vs Il-Kummissjoni, punt 9, is-sentenza Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 86 moqri flimkien mal-punt 82, u s-sentenza AEG-Telefunken vs Il-Kummissjoni, punti 56 sa 58). Fil-Linji Gwida tagħha dwar il-kunċett tal-impatt fuq il-kummerċ li jirriżulta fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="81" NO.OJ="101" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 81</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll kriterju ta’ sehem mis-suq ta’ 5 % fost l-għadd ta’ kriterji intiżi li jikkwantifikaw in-natura sinjifikattiva tal-impatt fuq il-kummerċ (ara, b’mod partikolari, l-punt 52 tal-Linji Gwida).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk jekk huwa paċifiku, bħal f’dan il-każ, li ftehim li jkollu għan antikompetittiv jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv il-kummerċ bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Il-kapaċità tal-ftehim konkluż bejn Expedia u s-SNCF li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tikkostitwixxi l-ipoteżi inizjali li wasslet għar-rinviju u għad-domanda preliminari.</P></NOTE>, għandu jiġi konkluż li dan il-ftehim jista’ wkoll itellef, jirrestrinġi jew joħloq distorsjoni b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha indikati iktar ’il fuq, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari mressqa mill-Cour de cassation:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tikkunsidra bħala antikompetittiv u f’dan ir-rigward issegwi u tirrestrinġi l-ftehim bejn impriżi, anki jekk il-kriterji ta’ sehem mis-suq stabbiliti mill-Kummissjoni fin-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Notifika [Komunikazzjoni] <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tagħha ma jintlaħqux, sakemm madankollu l-awtorità nazzjonali tkun debitament ħadet inkunsiderazzjoni din il-komunikazzjoni u pprovat b’mezzi oħra li l-ftehim għandu bħala għan jew bħala effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>In-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Notifika [Komunikazzjoni] <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tal-Kummissjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kriterji ta’ sehem mis-suq li huma ddefiniti fiha ma humiex rilevanti meta jkunu qed jiġi ddeterminat jekk ftehim li jsegwi għan antikompetittiv ikunx jinvolvi restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>