|
23.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/629
tat-22 ta' April 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Finocchiona (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Finocchiona” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u għalhekk id-denominazzjoni “Finocchiona” għandha tiġi rreġistrata. |
|
(3) |
Fit-talba tas-27 ta' Ġunju 2013 għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni li l-intrapriżi Negrini Salumi S.A.S. (Renazzo di Cento Ferrara), Portalupi Salumi (Turin), Salumificio Pedrazzoli Spa (San Giovanni del Dosso — Mantova), Levoni Spa (Castellucchio — Mantova), Cesare Fiorucci Spa (Pomezia-Ruma), Renzini Spa (Umbertide — Perugia), Agricola Italiana Alimentare Spa (San Martino Buon Albergo — Verona), Salumificio Subalpino Spa (Diano d'Alba — Cuneo) u Italia Alimentari Spa li kienet Industria Bussetana Insaccati Suini Spa (Settecani di Castelvetro di Modena) stabbiliti fit-territorju tagħhom, barra miż-żona ġeografika kkonċernata, kienu qed jikkummerċjalizzaw legalment il-prodott li għandu d-denominazzjoni “Finocchiona” u għal mill-anqas ħames snin kienu qed jużaw kontinwament din id-denominazzjoni, u li dan il-punt ġie nnutat fil-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali. Għaldaqstant l-intrapriżi ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 biex ikunu jistgħu jingħataw perjodu tranżizzjonali li matulu jistgħu jibqgħu jużaw legalment id-denominazzjoni wara r-reġistrazzjoni. |
|
(4) |
Billi dawn l-intrapriżi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, dawn qed jingħataw perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin li matulu jistgħu jibqgħu jużaw id-denominazzjoni “Finocchiona”. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Finocchiona” (IĠP) hi rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
L-intrapriżi Negrini Salumi S.A.S. (Renazzo di Cento Ferrara), Portalupi Salumi (Turin), Salumificio Pedrazzoli Spa (San Giovanni del Dosso — Mantova), Levoni Spa (Castellucchio — Mantova), Cesare Fiorucci Spa (Pomezia-Ruma), Renzini Spa (Umbertide — Perugia), Agricola Italiana Alimentare Spa (San Martino Buon Albergo — Verona), Salumificio Subalpino Spa (Diano d'Alba — Cuneo) u Italia Alimentari Spa li kienet Industria Bussetana Insaccati Suini Spa (Settecani di Castelvetro di Modena) huma awtorizzati biex jużaw id-denominazzjoni rreġistrata “Finocchiona” (IĠP) għal perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 155, 23.5.2014, p. 5.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).