|
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/334 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/655
tad-19 ta' Diċembru 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1628, jipprevedi l-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi permezz tal-ittestjar tal-magni fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 19, huwa meħtieġ li jiġu adottati arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-għażla tal-magni, il-proċeduri tat-testijiet u r-rapportar tar-riżultati. |
|
(3) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-manifatturi li jipproduċu volum żgħir u għall-manifatturi li jipproduċu għadd limitat ta' tipi ta' magni jew ta' familji ta' magni, jenħtieġ li jiġi limitat l-għadd ta' magni soġġetti għall-ittestjar tal-monitoraġġ fis-servizz minn dawk il-manifatturi. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-manifattur ma għandux ikun mitlub jippreżenta r-riżultati tat-testijiet tal-monitoraġġ fis-servizz jekk ikun jista' juri li l-magni ma jkunux ġew installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq jew li ma kienx kapaċi jikseb aċċess għal magna f'xi applikazzjoni għall-ittestjar. |
|
(5) |
Sabiex jiġu armonizzati aktar il-proċeduri ta' monitoraġġ fis-servizz għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE u mal-istandards internazzjonali, dawn il-proċeduri għandhom jiġu allinjati mal-verifika ta' konformità fis-servizz għall-vetturi heavy-duty (EURO VI) u mar-rekwiżiti tar-Regolament 96 adottat mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-għażla tal-magni, il-proċeduri tat-testijiet u r-rappurtar tar-riżultati relatati mal-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-kategoriji ta' magni fis-servizz tal-Istadju V installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ġejjin:
|
(a) |
NRE-v-5; |
|
(b) |
NRE-v-6. |
2. Dan ir-Regolament japplika għall-manifattur tal-magna.
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-manifattur tat-tagħmir oriġinali.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li ma jista' jikseb aċċess għall-ebda magna installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għall-finijiet ta' monitoraġġ fis-servizz.
Artikolu 3
Proċeduri u rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz
L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni fis-servizz imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
1. Rekwiżiti ġenerali għall-monitoraġġ fis-servizz
1.1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, “makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser grupp ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jissodisfa l-istess funzjoni jew funzjonijiet ġeneriċi,
1.2. Il-manifattur għandu jikseb aċċess għall-magni installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq sabiex isiru testijiet ta' monitoraġġ fis-servizz.
Meta jwettaq test ta' monitoraġġ fis-servizz, il-manifattur għandu jwettaq il-kampjunar tad-dejta dwar l-emissjonijiet, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta ta' magna fis-servizz installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq operat fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tiegħu sakemm jintlaħaq it-tul ta' ħin minimu tat-test kif stabbilit fil-punt 2 tal-Appendiċi 2.
1.3. Magni soġġetti għal test ta' monitoraġġ fis-servizz għandhom:
|
(a) |
jiġu installati f'waħda mill-kategoriji l-aktar rappreżentattivi tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq għat-tip ta' magna, jew, fejn applikabbli, għall-familja tal-magna magħżula; |
|
(b) |
ikunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni; |
|
(c) |
ikollhom rekord ta' manutenzjoni biex jintwera li l-magna tkun ġiet miżmuma u sservisjata kif suppost skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur; |
|
(d) |
ma juru l-ebda indikazzjoni ta' abbuż (eż. tagħbija eċċessiva jew karburazzjoni ħażina), jew fatturi oħra (bħal tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment għall-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi; |
|
(e) |
ikunu konformi mad-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-komponenti tas-sistema(i) ta' kontroll tal-emissjonijiet installata(i) fil-magna u fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq. |
1.4. Il-magni li ġejjin għandhom jitqiesu bħala magni li mhumiex eliġibbli għat-test ta' monitoraġġ fis-servizz, u għandha tintgħażel magna alternattiva:
|
(a) |
magni mingħajr interfaċċa ta' komunikazzjoni li tippermetti l-ġbir tad-dejta neċessarja mill-Unità ta' Kontroll Elettroniku (ECU) kif speċifikat fl-Appendiċi 7; |
|
(b) |
magni b'ECU b'dejta nieqsa jew bi protokoll ta' dejta li ma jippermettix l-identifikazzjoni ċara u l-validazzjoni tas-sinjali neċessarji. |
1.5. Il-magni fejn il-ġbir ta' dejta tal-ECU jinfluwenza l-prestazzjoni jew l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, għandhom jitqiesu bħala mhux eliġibbli għat-test ta' monitoraġġ fis-servizz. Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/1628, għandha tintgħażel biss magna alternattiva jekk il-manifattur jista' b'mod sostanzjali jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas ta' kull strateġija ta' invalidazzjoni.
2. Pjan għall-monitoraġġ ta' magni fis-servizz
2.1. Il-manifattur għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni għal tip ta' magna jew, fejn applikabbli, għal familja ta' magni, fi żmien xahar mill-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni approvata, il-pjan inizjali għall-monitoraġġ ta' magni fis-servizz.
2.2. Il-pjan inizjali għandu jinkludi l-kriterji użati u l-ġustifikazzjoni għall-għażla ta':
|
(a) |
il-familji ta' magni jew it-tipi ta' magni u l-kategorija/kategoriji ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq inklużi fil-pjan; |
|
(b) |
il-lista ta' magna jew magni partikolari u makkinarju mobbli mhux tat-triq magħżula għat-test ta' monitoraġġ fis-servizz, jekk diġà huma identifikati; |
|
(c) |
l-iskema ta' ttestjar magħżula. |
2.3. Il-manifatturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità tal-approvazzjoni pjan aġġornat għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz kull meta l-lista ta' magna jew magni partikolari u makkinarju mobbli mhux tat-triq magħżula tkun lesta jew riveduta. Il-pjan aġġornat għandu jinkludi ġustifikazzjoni tal-kriterji użati għall-għażla u r-raġunijiet għar-reviżjoni tal-lista preċedenti, jekk applikabbli.
2.4. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapprova l-pjan jew il-pjanijiet inizjali u sussegwentement aġġornati jew titlob emendi xierqa fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tagħhom, u għandha tiżgura li l-pjan finali jinkludi l-aktar varjetà wiesgħa ta' tipi ta' magni u ta' kategoriji ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq.
2.5. Kull pjan ta' monitoraġġ inizjali jew sussegwentement aġġornat għandu jiġi approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jibda l-ittestjar tal-magni u tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq identifikati fih.
2.6. L-iskema ta' ttestjar
Il-manifattur għandu jagħżel waħda mill-iskemi ta' ttestjar li ġejjin għall-monitoraġġ fis-servizz:
2.6.1. Skema ta' ttestjar ibbażata fuq il-Perjodu tad-Durabbiltà tal-Emissjonijiet (EDP)
2.6.1.1. L-ittestjar ta' 9 magni b'servizz akkumulat ta' inqas minn 30 % tal-EDP. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-approvazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2022.
2.6.1.2. L-ittestjar ta' 9 magni b'servizz akkumulat ogħla minn 70 % tal-EDP. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-approvazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2024.
2.6.1.3. Meta l-manifattur ma jkunx jista' jissodisfa r-rekwiżit taħt il-punt 2.6.1 minħabba nuqqas ta' magni bl-akkumulazzjoni meħtieġa ta' servizz, l-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhiex tirrifjuta tibdil fl-iskema ta' ttestjar ibbażata fuq perjodu ta' erba' snin stabbilit fil-punt 2.6.2. Magni li jkunu diġà ġew ittestjati f'konformità mal-punt 2.6.1 għandhom jibqgħu validi taħt il-punt 2.6.2.
2.6.2. Skema ta' ttestjar ibbażata fuq perjodu ta' erba' snin
L-ittestjar ta' 9 magni fis-sena matul 4 snin konsekuttivi. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità tal-approvazzjoni kull sena.
2.6.2.1. Ir-riżultati tat-test tal-ewwel disa' magni għandhom jiġu ppreżentati 12-il xahar wara li l-ewwel magna tkun ġiet installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta' magna jew tal-familja tal-magna approvati.
2.6.2.2. Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ebda magna ma tkun ġiet installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq 18-il xahar wara li tkun bdiet il-produzzjoni, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ppreżentati wara l-installazzjoni tal-ewwel magna, f'data miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni.
2.6.2.3. Manifatturi li jipproduċu volum żgħir
Fil-każ ta' manifatturi li jipproduċu volum żgħir, l-għadd ta' magni ttestjati għandu jiġi adattat:
|
(a) |
il-manifatturi li jipproduċu biss żewġ familji ta' magni għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet ta' sitt magni fis-sena; |
|
(b) |
il-manifatturi li jipproduċu aktar minn 250 magna fis-sena ta' familja waħda ta' magni għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet ta' tliet magni fis-sena; |
|
(c) |
il-manifatturi li jipproduċu bejn 125 u 250 magna fis-sena ta' familja waħda ta' magni għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet ta' żewġ magni fis-sena; |
|
(d) |
il-manifatturi li jipproduċu inqas minn 125 magna fis-sena ta' familja waħda ta' magni għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet ta' magna waħda fis-sena. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-kwantitajiet ta' produzzjoni ddikjarati.
2.6.3. Il-manifattur jista' jwettaq iktar testijiet minn dawk stabbiliti mill-iskemi ta' ttestjar stabbiliti fil-punti 2.6.1 u 2.6.2.
2.6.4. Jista' jsir ittestjar multiplu tal-istess magna sabiex tiġi pprovduta dejta għall-istadji konsekuttivi ta' akkumulazzjoni tas-servizz skont il-punti 2.6.1 u 2.6.2, iżda dan mhuwiex obbligatorju.
3. Kundizzjonijiet tat-test
It-test ta' monitoraġġ fis-servizz għandu jirrifletti r-rendiment tal-magna meta tkun installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, waqt it-tħaddim proprju u meta titħaddem mill-operatur professjonali li s-soltu jopera magna.
3.1. Operatur
3.1.1. L-operatur ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li jkun qiegħed iwettaq it-test ta' monitoraġġ fis-servizz jista' jkun differenti minn dak professjonali tas-soltu jekk l-operatur juri ħiliet u taħriġ biżżejjed lill-awtorità tal-approvazzjoni.
3.1.2. Il-manifattur għandu jipprovdi spjegazzjonijiet dettaljati lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar il-ħiliet u t-taħriġ tal-operatur li s-soltu jopera l-magna, u juri li l-operatur magħżul huwa adegwat għat-test ta' monitoraġġ fis-servizz.
3.2. Tħaddim ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.2.1. It-test għandu jsir waqt it-tħaddim effettiv sħiħ (jew parzjali) tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.
3.2.2. Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li mhuwiex possibbli li jikkonforma mal-punt 3.2.1, it-test taċ-ċiklu tat-tħaddim għandu jirrappreżenta, sa fejn ikun possibbli, it-tħaddim proprju tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.
3.2.2.1. It-test taċ-ċiklu tat-tħaddim rappreżentattiv għandu jkun determinat mill-manifattur bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni.
3.2.3. Irrispettivament minn jekk it-test isirx waqt it-tħaddim proprju tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq jew taħt test taċ-ċiklu tat-tħaddim rappreżentattiv, għandu:
|
(a) |
jivvaluta t-tħaddim proprju tal-maġġoranza tal-popolazzjoni fis-servizz tal-kategorija jew tal-kategoriji magħżula tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq; |
|
(b) |
ma jinkludux ammont sproporzjonat ta' xogħol waqt li l-magna ma tkunx ingranata; |
|
(c) |
jinkludi attività b'tagħbija suffiċjenti biex jintlaħaq it-tul minimu tat-test stabbilit fil-punt 2 tal-Appendiċi 2. |
3.3. Kundizzjonijiet ambjentali
It-test għandu jsir f'kundizzjonijiet ambjentali li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
3.3.1. |
Il-pressjoni atmosferika għandha tkun ta' 82,5 kPa jew aktar; |
|
3.3.2. |
It-temperatura għandha tkun ta' 266 K (– 7 oC) jew ogħla u inqas mit-temperatura determinata mill-ekwazzjoni li ġejja fil-pressjoni atmosferika speċifikata: T = – 0,4514 * (101,3 – pb) + 311 fejn:
|
3.4. Żejt lubrifikanti, fjuwil u reaġent
Iż-żejt lubrifikanti, il-fjuwil u r-reaġent (għal sistemi ta' postrattament tal-egżost li jużaw reaġent biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi) għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-manifattur.
3.4.1. Il-fjuwil għandu jkun fjuwil tas-suq jew fjuwil referenzjarju kif speċifikat fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2017/654.
3.4.2. Sabiex tintwera konformità mal-punt 3.4, il-manifattur għandu jieħu kampjuni u jżommhom għal perjodu ta' 12-il xahar, jew inqas bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni.
3.4.3. Il-kampjuni tar-reaġenti ma għandhomx jiġu ffriżati.
3.5. Sekwenza operattiva
Is-sekwenza operattiva hija l-ħin li jkun għadda tat-tħaddim mingħajr interruzzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq u l-kampjunar kontinwu tad-dejta waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz.
It-test ta' monitoraġġ fis-servizz għandu jsir f'sekwenza operattiva unika, ħlief taħt il-metodu ta' kampjunar ta' dejta kkombinata stabbilit fil-punt 4.2, fejn diversi sekwenzi operattivi jiġu kkombinati f'test uniku ta' monitoraġġ fis-servizz.
4. Metodi għall-kampjunar tad-dejta
4.1. Kampjunar ta' dejta kontinwa
Kampjunar ta' dejta kontinwa għandu jintuża meta sekwenza operattiva unika hija daqs jew itwal mit-tul minimu tat-test stabbilit fil-punt 2 tal-Appendiċi 2.
4.1.1. Jista' jiġi eskluż massimu ta' tliet minuti ta' dejta minħabba episodju wieħed jew aktar ta' telf temporanju tas-sinjal.
4.2. Kampjunar ta' dejta kkombinata
Bħala alternattiva għall-punt 4.1, il-kampjunar tad-dejta jista' jinkiseb permezz tal-kombinazzjoni tar-riżultati ta' diversi sekwenzi operattivi.
4.2.1. Kampjunar ta' dejta kkombinata għandu jintuża biss meta l-kundizzjonijiet tat-test ma jippermettux li jintlaħaq it-tul minimu tat-test stabbilit fil-punt 2 tal-Appendiċi 2 b'sekwenza operattiva unika minkejja tentattiv biex dan jintlaħaq, jew meta l-kategorija jew il-kategorji ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq magħżula għall-ittestjar tintuża f'diversi attivitajiet ta' tħaddim b'ċiklu(i) tat-tħaddim rilevanti differenti.
4.2.2. Meta jiġi applikat kampjunar ta' dejta kkombinata għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
|
(a) |
is-sekwenzi operattivi differenti għandhom jinkisbu billi tintuża l-istess makkinarju mobbli mhux tat-triq; |
|
(b) |
il-kampjunar ta' dejta kkombinata għandu jkun fih massimu ta' tliet sekwenzi operattivi; |
|
(c) |
kull sekwenza operattiva fil-kampjunar ta' dejta kkombinata għandu jkun fiha minimu ta' tħaddim fuq Ċiklu Tranżitorju għall-Magni Mhux tat-Triq (NRTC); |
|
(d) |
is-sekwenzi operattivi fil-kampjunar ta' dejta kkombinata għandhom jinkisbu u jiġu kkumpilati f'ordni kronoloġika; |
|
(e) |
l-analiżi tad-dejta għandha tiġi applikata għall-kampjunar komplut ta' dejta kkombinata; |
|
(f) |
il-perjodu massimu bejn l-ewwel u l-aħħar sekwenza operattiva għandu jkun ta' 72 siegħa; |
|
(g) |
fil-każ ta' malfunzjoni tal-magna ma għandux jintuża kampjunar ta' dejta kkombinata, kif stabbilit fil-punt 8 tal-Appendiċi 2. |
5. Fluss tad-dejta tal-ECU
5.1. L-ECU għandha tipprovdi l-informazzjoni tal-fluss tad-dejta lill-istrumenti tal-kejl jew lit-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-PEMS skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 7.
5.2. Konformità tal-informazzjoni
5.2.1. Il-konformità tas-sinjali kollha pprovduti mill-ECU skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi 7 għandha tiġi vverifikata mill-awtorità tal-approvazzjoni u għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (1) dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
5.2.2 Il-manifatturi għandhom jiċċekkjaw, skont il-metodu stabbilit fl-Appendiċi 6, il-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU waqt il-monitoraġġ fis-servizz tal-magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq bl-użu ta' PEMS.
6. Proċeduri tat-test u pproċessar minn qabel u validazzjoni tad-dejta
6.1. It-testijiet ta' monitoraġġ fis-servizz għandhom jitwettqu li jużaw Sistema Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS) skont l-Appendiċi 1.
6.2. Il-manifatturi għandhom jikkonformaw mal-proċedura tat-test stabbilita fl-Appendiċi 2 fir-rigward tal-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.
6.3. Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 3 għall-ipproċessar minn qabel tad-dejta li tirriżulta mill-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.
6.4. Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 4 biex jiddeterminaw avvenimenti validi waqt test ta' monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.
7. Disponibbiltà tad-dejta tat-test
L-ebda dejta ma għandha tiġi modifikata jew titneħħa minn test. Il-manifattur għandu jżomm il-kampjunar kollu tad-dejta għal talanqas 10 snin u tkun disponibbli fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Kummissjoni.
8. Kalkoli
Il-manifatturi għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 5 għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għall-monitoraġġ fis-servizz ta' magni installati fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS.
9. Test ta' konferma
9.1. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jwettqu test ta' konferma ta' monitoraġġ fis-servizz sabiex ikun hemm kejl indipendenti ta' monitoraġġ fis-servizz.
9.2. It-test ta' konferma għandu jsir fuq it-tip/il-familja tal-magna u fuq il-kategorija jew il-kategoriji tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq speċifikati fil-punt 2; magna partikolari mwaħħla f'makkinarju mobbli rilevanti mhux tat-triq għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
10. Proċeduri ta' rapportar
10.1. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom iħejju abbozz ta' rapport tat-test tal-monitoraġġ fis-servizz tal-magni installati fuq il-makkinarju mobbli mhux tat-triq li jużaw PEMS għal kull magna ttestjata. Ir-rapport tat-test għandu juri l-attivitajiet u r-riżultati tal-monitoraġġ fis-servizz u jinkludi mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa mill-entrati tad-dejta 1 sa 11 tal-Appendiċi 8.
10.2. Id-dejta mkejla b'mod istantanju u d-dejta kkalkolata b'mod istantanju
10.2.1. Id-dejta mkejla b'mod istantanju u d-dejta kkalkolata b'mod istantanju ma għandhiex tiġi inkluża fir-rapport tat-test iżda għandha tinżamm mill-manifattur u tkun disponibbli fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-awtorità tal-approvazzjoni għall-perjodu stabbilit fil-punt 7.
10.2.2. Id-dejta mkejla b'mod istantanju u d-dejta kkalkolata b'mod istantanju għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa mill-entrati tad-dejta I-1 sa I-2.20 tal-Appendiċi 8.
10.3. Informazzjoni disponibbli pubblikament
Għall-finijiet tal-Artikolu 44(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1628, il-manifattur għandu jipprovdi rapport separat li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa mill-entrati tad-dejta tal-Appendiċi 8 li ġejjin: 1.1, 2.2, 2.4, 3.2, 6.3, 6.4.1, 6.10 it-taqsima 9. u t-taqsima 10.
L-informazzjoni għall-entrata tad-dejta 6.3 għandha tiġi pprovduta fil-livell reġjonali, filwaqt li tiġi pprovduta biss il-pożizzjoni ġeografika approssimattiva.
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjon (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
Appendiċi 1
Sistema Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet
1. Il-PEMS għandha tinkludi l-istrumenti ta' kejl li ġejjin:
|
(a) |
analizzaturi tal-gass għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Appendiċi 2; |
|
(b) |
Miter tal-Fluss tal-Egżost (EFM) ibbażat fuq il-prinċipju tal-medja tal-Pitot jew fuq prinċipju ekwivalenti; |
|
(c) |
sensuri għall-kejl tat-temperatura u tal-pressjoni ambjentali; |
|
(d) |
strumenti oħra ta' kejl meħtieġa għat-test ta' monitoraġġ fis-servizz; |
Il-PEMS għandha tinkludi wkoll:
|
(a) |
linja ta' trasferiment għat-trasportazzjoni tal-kampjuni estratti mis-sonda tal-kampjunar lill-analizzaturi tal-gass, inkluż sonda ta' kampjunar; |
|
(b) |
tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta biex tinħażen id-dejta miġbura mill-ECU. |
|
(c) |
Il-PEMS tista' tinkludi Sistema ta' Lokalizzazzjoni bis-Satellita (GPS). |
2. Rekwiżiti dwar l-istrumenti tal-kejl
2.1. L-Istrumenti tal-Kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-kontrolli tal-kalibrazzjoni u tal-prestazzjoni stabbiliti fit-taqsima 8.1 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-verifika tat-tnixxija fuq in-naħa tal-vakwu tal-PEMS kif stabbilit fit-taqsima 8.1.8.7 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali; |
|
(b) |
il-verifika tar-rispons u tal-aġġornament u r-reġistrazzjoni tal-analizzatur tal-gass kif stabbilit fit-taqsima 8.1.6 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali. |
2.1.2. L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 9.4 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
2.1.3. Il-gassijiet analitiċi użati għall-kalibrar tal-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.5.1. tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
2.2. Rekwiżiti dwar il-linja ta' trasferiment u dwar is-sonda tal-kampjunar
2.2.1. Il-linja ta' trasferiment għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 9.3.1.2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
2.2.2. Is-sonda tal-kampjunar għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 9.3.1.1 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
Appendiċi 2
Proċedura tat-test għal monitoraġġ fis-servizz permezz ta' PEMS
1. Parametri tat-test
L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi li għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz huma: monossidu tal-karbonju (CO), idrokarburi totali (HC) u ossidi tan-nitroġenu (NOx). Barra minn hekk, għandu jitkejjel id-diossidu tal-karbonju (CO2) sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri tal-kalkolu deskritti fl-Appendiċi 5.
Il-parametri stabbiliti fit-Tabella għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati matul it-test ta' monitoraġġ fis-servizz:
Tabella
Parametri tat-test
|
Parametru |
Unità |
Sors |
|
Konċentrazzjoni tal-HC (1) |
ppm |
Analizzatur tal-gass |
|
Konċentrazzjoni tas-CO (1) |
ppm |
Analizzatur tal-gass |
|
Konċentrazzjoni tal-NOx (1) |
ppm |
Analizzatur tal-gass |
|
Konċentrazzjoni tas-CO2 (1) |
ppm |
Analizzatur tal-gass |
|
Fluss tal-massa tal-egżost (2) |
kg/h |
EFM |
|
Temperatura tal-egżost |
°K |
EFM jew ECU jew Sensur |
|
Temperatura ambjentali (3) |
°K |
Sensur |
|
Pressjoni ambjentali |
kPa |
Sensur |
|
Umdità relattiva |
% |
Sensur |
|
Torque tal-magna (4) |
Nm |
ECU jew Sensur |
|
Veloċità tal-magna |
rpm |
ECU jew Sensur |
|
Fluss tal-fjuwil tal-magna |
g/s |
ECU jew Sensur |
|
Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna |
°K |
ECU jew Sensur |
|
Temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (3) |
°K |
ECU jew Sensur |
|
Latitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq |
gradi |
GPS (fakultattiva) |
|
Lonġitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq |
gradi |
GPS (fakultattiva) |
2. Tul minimu tat-test
It-tul tat-test, inklużi s-sekwenzi operattivi kollha u inkluża biss dejta valida, għandu jkun twil biżżejjed biex il-ħidma mwettqa matul l-NRTC titlesta bejn ħames u seba' darbiet, jew biex tiġi prodotta massa tas-CO2 ta' referenza li tkun bejn ħames u seba' darbiet, f'kg/ċiklu, dik mill-NRTC.
3. Tħejjija tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
It-tħejjija tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq għandha tal-anqas tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
il-kontroll tal-magna: kwalunkwe problema identifikata, ladarba tiġi solvuta, għandha tiġi rreġistrata u ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni; |
|
(b) |
is-sostituzzjoni taż-żejt, tal-fjuwil u tar-reaġent, jekk ikun hemm; |
|
(c) |
turija tad-disponibbiltà tal-informazzjoni ta' fluss tad-dejta mill-ECU, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Appendiċi 7. |
4. Installazzjoni tal-PEMS
4.1. L-installazzjoni tal-PEMS ma għandhiex tinfluwenza l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi jew il-prestazzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq.
Fi kwalunkwe każ, l-installazzjoni għandha tikkonforma mar-regolamenti dwar is-sigurtà u mar-rekwiżiti ta' assigurazzjoni lokalment applikabbli u għandha ssegwi l-istruzzjonijiet maħruġa mill-manifattur tal-PEMS, tal-istrumenti tal-kejl, tal-linja ta' trasferiment u tas-sonda tal-kampjunar.
4.2. Provvista ta' potenza elettrika
Il-provvista tal-potenza elettrika tal-PEMS għandha tiġi pprovduta minn unità esterna għall-provvista tal-elettriku.
4.2.1. Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li mhuwiex possibbli li jikkonforma mal-punt 4.2, matul it-test jista' jintuża sors li jġib l-enerġija tiegħu (direttament jew indirettament) mill-magna.
4.2.2. F'dan il-każ, il-konsum massimu ta' enerġija tal-PEMS ma għandux jaqbeż il-1 % tal-potenza massima tal-magna, u għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali sabiex jiġi evitat l-iskariku eċċessiv tal-batterija meta l-magna ma tkunx miexja jew tkun diżingranata.
4.3. Strumenti tal-kejl minbarra l-EFM
Kemm jista' jkun, l-istrumenti tal-kejl minbarra l-EFM għandhom jiġu installati f'post suġġett għall-anqas ammont ta':
|
(a) |
tibdil fit-temperatura ambjentali; |
|
(b) |
tibdil fil-pressjoni ambjentali; |
|
(c) |
radjazzjoni elettromanjetika; |
|
(d) |
skossi mekkaniċi u vibrazzjonijiet; |
|
(e) |
idrokarburi ambjentali — jekk ikun qed jintuża analizzatur FID li juża l-arja ambjentali bħala arja tal-berner tal-FID. |
4.4. EFM
L-installazzjoni tal-EFM ma għandhiex iżżid il-kontropressjoni lil hinn mill-valur rakkomandat mill-manifattur.
4.4.1. L-EFM għandu jitwaħħal mal-iżbokk tal-egżost tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Is-sensuri tal-EFM għandhom jitpoġġew bejn żewġ biċċiet ta' tubu dritt li t-tul tiegħu għandu jkun talanqas id-doppju tad-dijametru tal-EFM ('il fuq u 'l isfel).
4.4.2. L-EFM għandu jitqiegħed wara s-sajlenser tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, sabiex jiġi limitat l-effett tal-vibrazzjonijiet tal-gass tal-egżost fuq is-sinjali tal-kejl.
4.5. Il-linja ta' trasferiment u s-sonda tal-kampjunar
Il-linja ta' trasferiment għandha tkun insulata tajjeb fil-punti ta' konnessjoni (sonda tal-kampjunar u lura mill-istrumenti tal-kejl).
4.5.1. Jekk jinbidel it-tul tal-linja tat-trasferiment, il-ħinijiet tat-trasport għandhom jiġu vverifikati u jekk ikun meħtieġ jiġu kkoreġuti.
4.5.2. Il-linja ta' trasferiment u s-sonda tal-kampjunar għandhom jiġu installati b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 9.3 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
4.6. Tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta
It-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta għandu jkun konness mal-ECU tal-magna biex jiġu rreġistrati l-parametri tal-magna elenkati fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 7, u, fejn applikabbli, il-parametri tal-magna elenkati fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 7.
4.7. GPS (fejn applikabbli)
L-antenna għandha tkun immuntata fl-ogħla post possibbli, mingħajr riskju ta' interferenza ma' xi ostakli waqt it-tħaddim.
5. Proċeduri tat-test qabel il-monitoraġġ fis-servizz
5.1. Kejl tat-temperatura ambjentali
It-temperatura ambjentali għandha titkejjel fil-bidu tat-test kif ukoll fl-aħħar tat-test f'distanza raġonevoli mill-makkinarju mobbli mhux tat-triq. Jista' jintuża s-sinjal CAN għat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (it-temperatura esperjenzata mill-magna).
Jekk jintuża sensur tat-temperatura tal-arja biex tiġi stmata t-temperatura ambjentali, it-temperatura ambjentali rreġistrata għandha tkun it-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna aġġustata permezz tal-ispustar nominali applikabbli bejn it-temperatura tal-arja ambjentali u dik li tidħol fil-magna kif speċifikat mill-manifattur.
5.2. L-istartjar u l-istabbilizzar tal-istrumenti tal-kejl
L-istrumenti tal-kejl għandhom jissaħħnu u jiġi stabbilizzati sakemm il-pressjonijiet, it-temperaturi u l-flussi jkunu laħqu l-punti operattivi stabbiliti tagħhom, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument tal-kejl / tal-PEMS.
5.3. It-tindif u t-tisħin tal-linja ta' trasferiment
Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tas-sistema, il-linja ta' trasferiment għandha tiġi mnaddfa sakemm jibda t-teħid ta' kampjuni, skont l-istruzzjonijiet maħruġa mill-manifattur tal-linja ta' trasferiment / tal-PEMS.
Qabel jibda t-test il-linja ta' trasferiment għandha tiġi msaħħna sakemm tilħaq il-190 oC (+/– 10 °C) sabiex tiġi evitata l-presenza ta' partijiet kesħin li jistgħu jwasslu għal kontaminazzjoni tal-kampjun minn idrokarboni kkondensati.
5.4. L-iċċekkjar u l-kalibrar tal-analizzaturi tal-gass
L-ikkalibrar fuq iż-żero u tar-regolar u l-kontrolli ta' linearità tal-analizzaturi tal-gass għandhom isiru billi jintużaw il-gassijiet analitiċi stabbiliti fil-punt 2.1.3 tal-Appendiċi 1.
5.5. It-tindif tal-EFM
Il-konnessjonijiet tat-trasduttur ta' pressjoni tal-EFM għandhom jitnaddfu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-PEMS jew tal-EFM. Din il-proċedura għandha tneħħi l-kondensazzjoni u l-partikuli tad-diżil mil-linji tal-pressjoni u mill-punti għall-kejl tal-pressjoni tat-tubu tal-fluss relatati.
6. Reġistrazzjoni tad-dejta waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz
6.1. Qabel it-test ta' monitoraġġ fis-servizz
Il-kampjunar tad-dejta dwar l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta dwar il-magna u d-dejta ambjentali għandhom jibdew qabel tiġi startjata l-magna.
6.2. Waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz
Il-kampjunar tad-dejta tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta dwar il-magna u d-dejta ambjentali għandhom ikomplu waqt it-tħaddim normali tal-magna.
Il-magna tista' titwaqqaf u tiġi startjata, iżda t-teħid ta' kampjuni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, il-kejl tal-parametri tal-egżost u r-reġistrazzjoni tad-dejta dwar il-magna u d-dejta ambjentali għandhom ikomplu tul it-test kollu ta' monitoraġġ fis-servizz.
6.3. Wara t-test ta' monitoraġġ fis-servizz
Fl-aħħar tat-test ta' monitoraġġ fis-servizz, għandu jingħata żmien suffiċjenti biex jgħaddu l-ħinijiet ta' rispons tal-istrumenti tal-kejl u tat-tagħmir għar-reġistrazzjoni tad-dejta. Il-magna tista' tintefa qabel jew wara li titwaqqaf ir-reġistrazzjoni tad-dejta.
6.4. Dejta valida mkejla għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
Id-dejta valida mkejla għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għandha tiġi determinata skont l-Appendiċi 4. Il-punt 6.4.2 għandu japplika għal dawk il-kalkoli.
6.4.1. Sabiex jiġi determinat it-tul tal-fażi tal-konnessjoni motorizzata wara avveniment mhux operattiv twil, kif stabbilit fil-punt 2.2.2 tal-Appendiċi 4, it-temperatura tal-gass tal-egżost għandha titkejjel waqt is-sekwenza operattiva f'distanza ta' 30 cm mill-iżbokk tal-apparat ta' postrattament użat għat-tnaqqis tal-NOx.
6.4.2. Dejta dwar startjar kiesaħ
Id-dejta mkejla dwar l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi waqt startjar kiesaħ għandha titneħħa għall-kalkoli tal-emissjonijiet tal-inkwinanti gassużi.
Id-dejta valida mkejla għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għandha tibda wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna jkun laħaq it-343 K (70 °C) għall-ewwel darba jew wara li t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna tiġi stabbilizzata f'temperatura ta' +/– 2 K fuq perjodu ta' 5 minuti, skont liema jiġi l ewwel; fi kwalunkwe każ għanda tibda wara 20 minuta minn meta tinxtegħel il-magna.
7. Iċċekkjar tal-analizzaturi tal-gass
7.1. Verifika perjodika fuq żero waqt is-sekwenza operattiva
Il-verifika fuq żero tal-analizzaturi tal-gass għandha ssir talanqas kull sagħtejn waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz.
7.2. Korrezzjoni perjodika fuq iż-żero matul it-test ta' monitoraġġ fis-servizz
Ir-riżultati li jinkisbu bil-kontrolli mwettqa skont il-punt 7.1 jistgħu jintużaw biex issir korrezzjoni tad-deriva taż-żero.
7.3. Verifika tad-deriva wara li jsir it-test
Il-verifika tad-deriva għandha ssir biss jekk waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz ma tkunx saret korrezzjoni tad-deriva taż-żero skont il-punt 7.2.
7.3.1. Mhux aktar tard minn nofs siegħa wara li jintemm it-test ta' monitoraġġ fis-servizz, l-analizzaturi tal-gass għandhom jiġu ssettjati fuq żero u spannjati sabiex tiġi verifikata d-deriva tagħhom meta mqabbel mar-riżultati qabel it-test.
7.3.2. Il-verifiki fuq iż-żero, tar-regolar u tal-linearità tal-analizzaturi tal-gass għandhom isiru kif stabbilit fil-punt 5.4.
8. Malfunzjonament tal-magna
8.1. Fil-każ ta' malfunzjonament waqt sekwenza operattiva u l-operatur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq jiġi kjarament notifikat mis-sistema dijanjostika abbord permezz ta' twissija viżwali ta' malfunzjonament, messaġġ tat-test jew permezz ta' indikatur ieħor, it-test ta' monitoraġġ fis-servizz għandu jitqies null.
8.2. Kwalunkwe malfunzjoni għandha tiġi kkoreġuta qabel ma jsiru testijiet ulterjuri ta' monitoraġġ fis-servizz fuq il-magna.
(1) Imkejla jew ikkorreġuta fuq bażi niedja.
(2) Għandu jintuża kejl dirett tal-fluss tal-massa tal-egżost sakemm ma tapplikax xi waħda minn dawn:
|
(a) |
Is-sistema tal-egżost installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq twassal għad-dilwizzjoni tal-egżost minħabba l-arja 'l fuq mill-post fejn jista' jiġi installat l-EFM. F'dan il-każ il-kampjun tal-egżost għandu jittieħed 'il fuq mill-punt ta' dilwizzjoni; jew, |
|
(b) |
Is-sistema tal-egżost installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq tiddevja porzjon mill-egżost lejn parti oħra tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (eż. għat-tisħin) 'il fuq mill-post fejn jista' jiġi installat l-EFM. |
F'dawn il-każijiet, fejn il-manifattur ikun jista' jipprovdi evidenza robusta lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar il-korrelazzjoni bejn il-fluss tal-massa tal-fjuwil stmat mill-ECU u l-fluss tal-massa tal-fjuwil imkejjel fuq il-bank tat-test tad-dinamometru tal-magna, l-EFM jista' jitħalla barra u jista' jiġi applikat kejl indirett tal-fluss tal-egżost (minn flussi tal-fjuwil jew tal-arja li tidħol fil-magna u l-bilanċ tal-karbonju).
(3) Juża sensur tat-temperatura ambjentali jew sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna. L-użu ta' sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 5.1.
(4) Il-valur irreġistrat għandu jkun jew (a) it-torque nett jew (b) it-torque nett ikkalkulat mill-perċentwal tat-torque proprju tal-magna, it-torque tal-frizzjoni u t-torque ta' referenza, skont l-istandards stabbiliti fil-punt 2.1.1 tal-Appendiċi 7.
Il-bażi għat-torque nett għandha tkun it-torque nett mhux ikkoreġut imwassal mill-magna flimkien mat-tagħmir u mal-awżiljari li għandhom jiġu inklużi għal test tal-emissjonijiet skont l-Appendiċi 2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
Appendiċi 3
Ipproċessar minn qabel tad-dejta għall-kalkoli ta' emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
1. Definizzjonijiet
1.2. Għall-finijiet ta' din l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1.2.1. |
“rispons ta' żero” tfisser ir-rispons medju, inklużi l-istorbju, għal gass żero waqt intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda; |
|
1.2.2. |
“rispons għar-regolar” tfisser ir-rispons medju, inkluż l-istorbju, għal gass tar-regolar waqt intervall ta' ħin ta' mill-inqas 30 sekonda. |
2. Korrezzjoni tad-deriva
2.1. Deriva massima permessa
Id-derivi tar-rispons ta' żero u tar-rispons tar-regolar għandhom ikunu ta' inqas minn tnejn fil-mija tal-iskala sħiħa fuq l-aktar firxa baxxa użata:
|
(a) |
Jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' qabel it-test u ta' wara t-test tkun ta' inqas minn tnejn fil-mija, il-konċentrazzjonijiet imkejla jistgħu jintużaw mingħajr ma jiġu kkoreġuti jew jistgħu jiġu kkoreġuti għal deriva skont il-punt 2.2. |
|
(b) |
Jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' qabel it-test u ta' wara t-test tkun ta' tnejn fil-mija jew akbar, il-konċentrazzjonijiet imkejla għandhom jiġu kkoreġuti għad-deriva skont il-punt 2.2. Jekk ma ssir l-ebda korrezzjoni, it-test għandu jitqies null. |
2.2. Korrezzjoni tad-deriva
Il-valur ta' konċentrazzjoni kkoreġuta għad-deriva għandu jiġi kkalkolat b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 2.1 jew fit-taqsima 3.5 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
Id-differenza bejn il-valuri mhux ikkoreġuti u dawk ikkoreġuti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk għandha tkun fi ħdan ± sitta fil-mija tal-valuri mhux ikkoreġuti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk. Jekk id-deriva tkun ta' aktar minn sitta fil-mija, it-test għandu jitqies null.
Jekk tiġi applikata korrezzjoni tad-deriva, meta jiġu rapportati l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, għandhom jintużaw biss ir-riżultati tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi kkoreġuti għad-deriva.
3. Allinjament mal-ħin
Sabiex jitnaqqas l-effett ta' artifatt tal-intervall tal-ħin bejn is-sinjali differenti fuq il-kalkolu tal-massa tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi, id-dejta rilevanti għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għandha tiġi allinjata mal-ħin, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.1 sa 3.4.
3.1. Dejta mill-analizzaturi tal-gass
Id-dejta mill-analizzaturi tal-gass għandha tkun allinjata sewwa b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 8.1.5.3 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
3.2. Id-dejta tal-analizzaturi tal-gass u tal-EFM
Id-dejta mill-analizzaturi tal-gass għandha tiġi allinjata sew mad-dejta tal-EFM billi tintuża l-proċedura stabbilita fil-punt 3.4.
3.3. Id-dejta tal-PEMS u tal-magna
Id-dejta mill-PEMS (l-analizzaturi tal-gass u l-EFM) għandha tkun allinajta sew mad-dejta mill-ECU tal-magna billi tintuża l-proċedura fil-punt 3.4.
3.4. Il-proċedura għat-titjib tal-allinjament tal-ħin tad-dejta tal-PEMS
Il-parametri tat-test elenkati fit-Tabella tal-Appendiċi 2 huma maqsuma fi tliet kategoriji differenti:
|
|
Kategorija 1: Analizzaturi tal-gass (konċentrazzjonijiet ta' HC, CO, CO2, NOx); |
|
|
Kategorija 2: L-EFM (Il-fluss tal-massa tal-egżost u t-temperatura tal-egżost); |
|
|
Kategorija 3: Il-magna (Torque, veloċità, temperaturi, rata tal-fjuwil mill-ECU). |
L-allinjament mal-ħin ta' kull kategorija maż-żewġ kategoriji l-oħra għandu jiġi verifikat billi jinstab l-ogħla koeffiċjent ta' korrelazzjoni bejn iż-żewġ serje tal-parametri tat-test. Il-parametri kollha f'kategorija għandhom jiġu mċaqilqa biex jiġi massimizzat il-fattur ta' korrelazzjoni. Il-parametri li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġu kkalkolati l-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni:
|
(a) |
Il-Kategoriji 1 u l-Kategorija 2 (Id-dejta mill-analizzaturi tal-gass u mill-EFM) mal-Kategorija 3 (Id-dejta mill-magna): mill-ECU; |
|
(b) |
Il-Kategorija 1 mal-Kategorija 2: il-konċentrazzjoni tas-CO2 u l-fluss tal-massa tal-egżost; |
|
(c) |
Il-Kategorija 2 mal-Kategorija 3: il-konċentrazzjoni tas-CO2 u l-fluss tal-fjuwil tal-magna. |
4. Verifika tal-konsistenza tad-dejta
4.1. Id-dejta tal-analizzaturi tal-gass u tal-EFM
Il-konsistenza tad-dejta (il-fluss tal-massa tal-egżost imkejjel mill-EFM u l-konċentrazzjonijiet tal-gass) għandha tiġi vverifikata billi tintuża korrelazzjoni bejn il-fluss imkejjel tal-fjuwil tal-magna mill-ECU u l-fluss tal-fjuwil tal-magna kkalkolat b'konformità mal-proċedura stabbilita fit-taqsima 2.1.6.4 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
Għandha ssir rigressjoni lineari għall-valuri mkejla u kkalkolati tar-rata tal-fjuwil. Għandha tintuża rigressjoni lineari bil-metodu tal-minimi kwadrati, skont l-ekwazzjoni ottimali bil-forma ta':
y = mx + b
Fejn:
|
— |
y hija l-fluss ikkalkolat tal-fjuwil [g/s]; |
|
— |
m hija l-inklinazzjoni tal-linja ta' rigressjoni; |
|
— |
x hija l-fluss imkejjel tal-fjuwil [g/s]; |
|
— |
b hija l-punt ta' interċessjoni y tal-linja ta' rigressjoni. |
L-inklinazzjoni (m) u l-koeffiċjent tad-determinazzjoni (r2) għandhom jiġu kkalkolati għal kull linja ta' rigressjoni. Huwa rakkomandat li din l-analiżi titwettaq fil-medda ta' bejn 15 fil-mija tal-valur massimu sal-valur massimu u bi frekwenza ta' 1 Hz jew akbar. Biex test jitqies bħala validu, għandhom jiġu vvalutati ż-żewġ kriterji li ġejjin:
Tabella
Tolleranzi
|
L-inklinazzjoni tal-linja ta' rigressjoni, m |
0,9 sa 1,1 — Rakkomandat |
|
Koeffiċjent ta' determinazzjoni r2 |
min. 0,90 — Rakkomandat |
4.2. Id-dejta dwar it-torque mill-ECU
Il-konsistenza tad-dejta dwar it-torque mill-ECU għandha tiġi verifikata billi jiġu mqabbla l-valuri massimi tat-torque mill-ECU f'veloċitajiet differenti (jekk xieraq) tal-magna mal-valuri korrispondenti tal-kurva uffiċjali tat-torque b'magna b'tagħbija sħiħa skont l-Appendiċi 6.
4.3. Konsum ta' Fjuwil Speċifiku għall-Brejk (BSFC)
Il-BSFC għandu jiġi ċċekkjat billi jintużaw:
|
(a) |
il-konsum tal-fjuwil ikkalkolat mid-dejta dwar l-emissjonijiet tal-inkwinanti gassużi (il-konċentrazzjonijiet tal-analizzaturi tal-gass u d-dejta dwar il-fluss tal-massa tal-egżost), skont il-proċedura stabbilita fit-taqsima 2.1.6.4 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali; |
|
(b) |
ix-xogħol ikkalkulat bl-użu tad-dejta mill-ECU (Torque tal-magna u veloċità tal-magna). |
4.4. Pressjoni ambjentali
Il-valur tal-pressjoni ambjentali għandu jiġi mqabbel mal-altitudni indikata mid-dejta tal-GPS, jekk disponibbli.
4.5. Jekk ma tkunx sodisfatta bir-riżultati tal-verifika tal-konsistenza tad-dejta, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tqis it-test null.
5. Korrezzjoni xott-umdu
Jekk il-konċentrazzjoni tiġi mkejla fuq bażi xotta, għandha tiġi konvertita għal bażi umda b'konformità mal-proċedura stabbilita fit-taqsima 2 jew fit-taqsima 3 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
6. Korrezzjoni tal-NOX għall-umdità u għat-temperatura
Il-konċentrazzjonijiet tal-NOx imkejla mill-analizzaturi tal-gass ma għandhomx jiġu kkoreġuti għat-temperatura u għall-umdità tal-arja ambjentali.
Appendiċi 4
Algoritmu għad-determinazzjoni ta' avvenimenti validi waqt il-monitoraġġ fis-servizz
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
1.1. Għall-finijiet ta' dan l-Appendiċi “avveniment” tfisser id-dejta mkejla f'test ta' monitoraġġ fis-servizz għall-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi miksuba f'inkrement ta' żmien Δt ugwali għall-perjodu ta' kampjunar tad-dejta,
1.2. Il-metodoloġija stabbilita f'dan l-Appendiċi hija bbażata fuq il-kunċett ta' avvenimenti operattivi u mhux operattivi.
1.3. Kwalunkwe avveniment meqjus bħala avveniment mhux operattiv skont dan l-Appendiċi, ma għandux jitqies bħala validu għall-kalkoli tax-xogħol jew tal-massa tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u tal-fatturi ta' konformità tat-twieqi tal-medji stabbiliti fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 5. L-avvenimenti operattivi biss għandhom jintużaw għall-finijiet tal-kalkoli.
1.4. Avvenimenti mhux operattivi għandhom jiġu kategorizzati bħala avveniment mhux operattivi qosra (≤ D2) u avvenimenti mhux operattivi twal (> D2) (għall-valur ta' D2 ara t-Tabella).
2. Proċedura għad-determinazzjoni ta' avvenimenti mhux operattivi
2.1. L-avvenimenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala avvenimenti mhux operattivi:
|
2.1.1. |
Avvenimenti fejn il-potenza tal-magna hija ta' inqas minn 10 % tal-potenza massima netta tal-magna. |
|
2.1.2. |
Avvenimenti li jikkorrispondu ma' kundizzjonijiet kesħin tas-sistema tal-magna (startjar kiesaħ) stabbiliti u definiti fil-punt 6.4.2 tal-Appendiċi 2. |
|
2.1.3. |
Avvenimenti reġistrati taħt kondizzjonijiet ambjentali li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.3 ta' din l-Appendiċi. |
|
2.1.4. |
Avvenimenti reġistrati matul il-kontrolli perjodiċi tal-istrumenti tal-kejl. |
2.2. Għandhom isiru l-passi addizzjonali li ġejjin:
|
2.2.1. |
Avvenimenti mhux operattivi iqsar minn D0 għandhom jitqiesu bħala avvenimenti operattivi u jingħaqadu mal-avvenimenti operattivi tal-madwar (ara t-Tabella għall-valur ta' D0). |
|
2.2.2. |
Il-fażi ta' konnessjoni motorizzata wara avvenimenti mhux operattivi twal (> D2) għandha titqies ukoll bħala avveniment mhux operattiv sakemm it-temperatura tal-gass tal-egżost tilħaq il-523 K. Jekk it-temperatura tal-gass tal-egżost ma jilħaqx il-523 K fi żmien D3 minuti, l-avvenimenti kollha wara D3 għandhom jitqiesu bħala avvenimenti operattivi (għall-valuri ta' D3 ara t-Tabella). |
|
2.2.3. |
Għall-avvenimenti mhux operattivi kollha, l-ewwel D1 minuti tal-avveniment għandhom jitqiesu bħala avveniment operattiv (għall-valuri ta' D1 ara t-Tabella). |
3. Algoritmu għall-immarkar tat-“tħaddim tal-magna”
3.1. Pass 1
Identifika u aqsam f'avvenimenti operattivi u avvenimenti mhux operattivi.
3.1.1. Iddefinixxi l-avvenimenti operattivi u l-avvenimenti mhux operattivi skont il-punt 2.
3.1.2. Ikkalkola t-tul tal-avvenimenti mhux operattivi.
3.1.3. Immarka l-avvenimenti mhux operattivi iqsar minn D0 bħala avvenimenti operattivi (ara t-Tabella għall-valuri ta' D0).
3.1.4. Ikkalkola t-tul tal-avvenimenti mhux operattivi li jifdal.
3.2. Pass 2
Għaqqad l-avvenimenti operattivi qosra (≤ D2) mal-avvenimenti mhux operattivi.
3.2.1. Għaqqad l-avvenimenti operattivi iqsar minn D0 mal-avvenimenti mhux operattivi tal-madwar itwal minn D1.
3.3. Pass 3
Eskludi avvenimenti operattivi wara avvenimenti mhux operattivi twal (fażi ta' konnessjoni motorizzata).
3.3.1. Dawk l-avvenimenti wara avvenimenti mhux operattivi twal (> D2) għandhom jitqiesu bħala avvenimenti mhux operattivi sakemm it-temperatura tal-gass tal-egżost tilħaq il-523 K jew sakemm ikunu għaddew D3 minuti (għall-valuri ta' D3 ara t-Tabella) skont liema wieħed jiġi l-ewwel.
3.4. Pass 4
Inkludi l-avvenimenti mhux operattivi li jsegwu avvenimenti operattivi.
3.4.1. Inkludi D1 minuti ta' avveniment mhux operattiv fi tmiem kwalunkwe avveniment operattiv (ara t-Tabella għall-valuri ta' D1).
Tabella
Valuri għall-parametri D0, D1, D2 u D3
|
Parametri |
Valur |
|
D0 |
2 minuti |
|
D1 |
2 minuti |
|
D2 |
10 minuti |
|
D3 |
4 minuti |
4. Eżempji
4.1. Esklużjonijiet ta' dejta mhux operattiva fi tmiem tal-Pass 1
Potenza tal-Magna [%]
Valida[1]/Mhux Valida[0]
4.2. Esklużjonijiet ta' dejta mhux operattiva fi tmiem tal-Pass 2
Potenza tal-Magna [%]
Valida[1]/Mhux Valida[0]
4.3. Esklużjonijiet ta' dejta mhux operattiva fi tmiem tal-Pass 3
Potenza tal-Magna [%]
Valida[1]/Mhux Valida[0]
4.4. Tmiem tal-Pass 4 — Finali
Potenza tal-Magna [%]
Valida[1]/Mhux Valida[0]
Appendiċi 5
Kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
1. Kalkolu tal-emissjonijiet instantanji ta' inkwinanti gassużi
Il-massa istantanja tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għanda tiġi kkalkolata abbażi tal-konċentrazzjoni istantanja tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mkejla matul it-test ta' monitoraġġ fis-servizz u skont il-proċedura stabbilita fit-taqsima 2 jew fit-taqsima 3 tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
2. Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi tat-twieqi tal-medja u fatturi ta' konformità
2.1. Il-metodu tat-tieqa tal-medja
It-tieqa tal-medja hija s-subsett tas-sett komplut tad-dejta kkalkolat waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz li l-massa ta' CO2 jew ix-xogħol tiegħu huwa ugwali għall-massa ta' CO2 jew għax-xogħol tal-magna mkejjel tul l-NRTC fil-laboratorju ta' referenza.
Il-massa tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u l-fatturi ta' konformità għandhom jiġu kkalkolati billi jintuża l-metodu tat-tieqa tal-medja mobbli, abbażi tal-xogħol ta' referenza (il-proċedura stabbilita fil-punt 2.2) u tal-massa tas-CO2 ta' referenza (proċedura stabbilita fil-punt 2.3) imkejla tul l-NRTC fil-laboratorju ta' referenza.
Il-kalkoli għandhom isiru skont ir-rekwiżiti ġenerali li ġejjin:
2.1.1. Kwalunkwe dejta eskluża, skont it-termini tal-Appendiċi 4, ma għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkoli tax-xogħol jew tal-massa tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u tal-fatturi ta' konformità tat-twieqi tal-medja.
2.1.2. Il-kalkoli tat-tieqa tal-medja mobbli għandhom isiru b'inkrement fil-ħin Δt ugwali għall-perjodu tal-kampjunar tad-dejta.
2.1.3. Il-massa tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għal kull tieqa tal-medja (mg/tieqa tal-medja) għandha tinkiseb billi tiġi integrata l-massa tal-emissjonijiet istantanji ta' inkwinanti gassużi fit-tieqa tal-medja.
2.1.4. Il-kalkoli għandhom isiru u jiġu ppreżentati għaż-żewġ proċeduri: il-massa tas-CO2 ta' referenza u x-xogħol ta' referenza.
Figura 1
Il-potenza tal-magna kontra l-ħin u l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi fit-tieqa tal-medja, li jibda mill-ewwel tieqa tal-medja, kontra l-ħin
Emissjonoijiet tat-tieqa tal-medja
Emissjonoijiet tal-ewwel tieqa
Ħin
Potenza tal-Magna [%]
2.2. Metodu bbażat fuq ix-xogħol
Figura 2
Metodu bbażat fuq ix-xogħol
Emissjonijiet [g]
Xogħol [kWh]
Metodu bbażat fuq
It-tul (t 2, i – t 1, i ) tat-tieqa tal-medja i jiġi ddeterminat minn:
W(t 2,i ) – W(t 1,i ) ≥ Wref
Fejn:
|
— |
W(tj,i) huwa x-xogħol tal-magna mkejjel bejn il-bidu u l-ħin tj,i , kWh; |
|
— |
Wre huwa x-xogħol tal-magna għall-NRTC, kWh. |
|
— |
t2,i għandu jintgħażel b'tali mod li: W(t 2,i – Δt) – W(t 1,i ) < Wref ≤ W(t 2,i ) – W(t 1,i ) |
Fejn Δt huwa l-perjodu ta' kampjunar tad-dejta, ugwali għal sekonda jew inqas.
2.2.1. Kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk
L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk e gas (g/kWh) għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja u għal kull inkwinant gassuż kif ġej:
Fejn:
|
— |
m huwa l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż, mg/tieqa tal-medja |
|
— |
W(t 2, i ) – W(t 1, i ) huwa x-xogħol tal-magna matul it-tieqa tal-medja i, kWh |
2.2.2. L-għażla ta' twieqi tal-medji validi
It-twieqi tal-medji validi huma t-twieqi tal-medji li l-potenza medja tagħhom taqbeż il-limitu ta' potenza ta' 20 % tal-potenza massima tal-magna. Il-perċentwal ta' twieqi medji validi għandu jkun ta' 50 % jew akbar.
2.2.2.1. Jekk il-perċentwal tat-twieqi medji validi jkun ta' inqas minn 50 %, it-test għandu jitqies null.
2.2.3. Kalkoli tal-fatturi ta' konformità
Il-fatturi ta' konformità għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja valida individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:
Fejn:
|
— |
e huwa l-emissjoni speċifika għall-brejk tal-inkwinant gassuż, g/kWh; |
|
— |
L huwa l-limitu applikabbli, g/kWh. |
2.3. Metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2
Figura 3
Metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2
Emissjonijiet [g]
Emissjonijiet tas-CO2 [kg]
Metodu bbażat fuq il-massa tas-CO2
It-tul (t 2, i – t 1, i ) tat-tieqa tal-medja i jiġi ddeterminat minn:
Fejn:
|
— |
|
|
— |
|
|
— |
t2,i għandu jintgħażel b'tali mod li:
|
Fejn Δt huwa l-perjodu ta' kampjunar tad-dejta, ugwali għal sekonda jew inqas.
Il-mases tas-CO2 fit-twieqi tal-medji jiġu kkalkolati bl-integrazzjoni tal-emissjonijiet istantanji ta' inkwinanti gassużi kkalkolati skont ir-rekwiżiti introdotti fil-punt 1.
2.3.1. L-għażla ta' twieqi tal-medji validi
It-twieqi medji validi għandhom ikunu dawk li t-tul tagħhom ma jaqbiżx it-tul massimu kkalkolat minn:
Fejn:
|
— |
Dmax huwa t-tul massimu tat-tieqa tal-medja, s; |
|
— |
Pmax huwa l-potenza massima tal-magna, kW. |
Il-perċentwal ta' twieqi medji validi għandu jkun ta' 50 fil-mija jew akbar.
2.3.2. Kalkoli tal-fatturi ta' konformità
Il-fatturi ta' konformità għandhom jiġu kkalkolati għal kull tieqa tal-medja individwali u għal kull inkwinant gassuż individwali kif ġej:
B'
Fejn:
|
— |
m huwa l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż, mg/tieqa tal-medja; |
|
— |
|
|
— |
|
|
— |
mL huwa l-massa tal-emissjoni tal-inkwinant gassuż li tikkorrispondi mal-limitu applikabbli fuq l-NRTC, mg. |
3. Arrotondament tal-kalkoli tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
Skont l-Istandard ASTM E 29-06b (Prattika Standard għall-Użu ta' Figuri Sinifikanti fid-Dejta tat-Test biex Tiġi Determinata Konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet), ir-riżultati finali tat-test għandhom jiġu arrotondati fi stadju wieħed sal-għadd ta' postijiet fil-lemin tal-punt deċimali indikat mill-istandard ta' emissjoni applikabbli flimkien ma' figura addizzjonali sinifikanti. Ma huwa permess l-ebda arrotondament ta' valuri intermedji li jwasslu għar-riżultat finali tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi speċifiċi għall-brejk.
4. Riżultati tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
Ir-riżultati li ġejjin għandhom jiġu rrapportati skont il-punt 10 ta' dan l-Anness:
|
(a) |
il-konċentrazzjoni istantanja tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mkejla waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz; |
|
(b) |
il-medja tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għat-test sħiħ ta' monitoraġġ fis-servizz; |
|
(c) |
il-massa istantanja tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi kkalkolata skont il-punt 1; |
|
(d) |
il-massa integrata tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għat-test sħiħ ta' monitoraġġ fis-servizz, ikkalkulata bħala ż-żieda tal-massa tal-emissjonijiet istantanji ta' inkwinanti gassużi kkalkolati skont il-punt 1; |
|
(e) |
id-distribuzzjoni tal-fatturi ta' konformità għat-twieqi validi, ikkalkolati skont il-punti 2.2.3 u 2.3.2 (perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv); |
|
(f) |
id-distribuzzjoni tal-fatturi ta' konformità għat-twieqi kollha, ikkalkolati skont il-punti 2.2.3 u 2.3.2 mingħajr id-determinazzjoni tad-dejta valida skont l-Appendiċi 4 u mingħajr id-determinazzjoni tat-twieqi validi kif stabbilit fil-punti 2.2.2 u 2.3.1 (perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv). |
Appendiċi 6
Konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU
1. Metodu tat-torque massimu
1.1. Il-metodu tat-torque massimu jikkonsisti fil-konferma li jkun intlaħaq punt fuq il-kurva ta' referenza tat-torque massimu bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz.
1.2. Jekk waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz ma jkunx intlaħaq punt fuq il-kurva ta' referenza tat-torque massimu bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna, il-manifattur huwa intitolat li jimmodifika l-attività tat-tagħbija tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq u/jew it-tul minimu tat-test stabbilit fil-punt 2. tal-Appendiċi 2 kif meħtieġ sabiex titwettaq dik id-dimostrazzjoni wara t-test ta' monitoraġġ fis-servizz.
1.3. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.2 ma għandhomx jiġu applikati fil-każ li, fil-fehma tal-manifattur u bi qbil minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, ma jkunx possibbli li jintlaħaq punt fuq il-kurva tat-torque massimu taħt tħaddim normali mingħajr ma l-magna installata fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq tiġi sottoposta għal tagħbija eċċessiva, jew jekk dan isir ma jkunx sigur.
1.4. F'dan il-każ, il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni metodu alternattiv biex jiġi ċċekkjat is-sinjal. Il-metodu alternattiv għandu jintuża biss jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tqis li huwa fattibbli u li jista' jiġi applikat mingħajr tagħbija eċċessiva fuq il-magna jew xi riskju għas-sigurtà.
1.5. Il-manifattur jista' jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni, metodu aktar preċiż u komplut biex tiġi ċċekkjata l-konformità tas-sinjal tat-torque tal-ECU waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz, mill-metodu stabbilit fil-punti 1.1 sa 1.4. F'dak il-każ, il-metodu propost mill-manifattur għandu jintuża minflok il-metodu stabbilit f'dawk il-punti.
2. Impossibbiltà ta' verifika tal-konformità tas-sinjal tat-torque mill-ECU
Meta l-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li mhuwiex possibbli li matul it-test ta' monitoraġġ fis-servizz jiġi verifikat is-sinjal tat-torque mill-ECU, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta l-verifika li tkun saret waqt it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tkun iddikjarata fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Appendiċi 7
Rekwiżiti għall-inforamzzjoni tal-fluss ta' dejta tal-ECU
1. Dejta li għandha tiġi pprovduta
1.1. L-ECU għandha bħala minimu tipprovdi d-dejta dwar il-kejl elenkata fit-Tabella 1.
Tabella 1
Dejta tal-kejl
|
Parametru |
Unità |
|
Torque tal-magna (1) |
Nm |
|
Veloċità tal-magna |
rpm |
|
Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna |
K |
1.2. Meta jew il-pressjoni ambjentali jew it-temperatura ambjentali ma tiġix imkejla minn sensuri esterni, dawn għandhom jiġu pprovduti mill-ECU skont it-Tabella 2.
Tabella 2
Dejta addizzjonali ta' kejl
|
Parametru |
Unità |
|
Temperatura ambjentali (2) |
K |
|
Pressjoni ambjentali |
kPa |
|
Fluss tal-fjuwil tal-magna |
g/s |
1.3. Fejn il-fluss tal-massa tal-egżost ma jitkejjilx direttament, il-fluss tal-fjuwil tal-magna għandu jingħata skont it-Tabella tal-punt tal-Appendiċi 2.
2. Rekwiżiti ta' komunikazzjoni
2.1. Aċċess għal informazzjoni dwar il-fluss ta' dejta
2.1.1. L-aċċess għal informazzjoni dwar il-fluss ta' dejta għandu jingħata skont talanqas wieħed mis-serje ta' standards li ġejjin:
|
(a) |
ISO 27145 b'ISO 15765-4 (ibbażat fuq CAN); |
|
(b) |
ISO 27145 b'ISO 13400 (ibbażat fuq TCP/IP); |
|
(c) |
SAE J1939-73. |
2.1.2. L-ECU għandha tappoġġa s-servizzi korrispondenti ta' mill-inqas wieħed mill-istandards elenkati hawn fuq sabiex tiġi pprovduta d-dejta stabbilita fit-Tabella 1.
L-implimentazzjoni ta' karatteristiċi addizzjonali tal-istandard(s) fl-ECU hija permessa, iżda mhijiex obbligatorja.
2.1.3. L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-fluss ta' dejta huwa possibbli permezz ta' konnessjoni bil-fili (mezz ta' għodda esterna tal-iskannjar).
2.2. Komunikazzjoni bil-fili bbażata fuq CAN
2.2.1. Il-veloċità tal-komunikazzjoni fuq il-kollegament tad-dejta bil-fili għandha tkun jew ta' 250 kbps jew ta' 500 kbps.
2.2.2. L-interfaċċa ta' konnessjoni bejn il-magna u l-istrumenti tal-kejl tal-PEMS għandha tkun standardizzata u għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-ISO 15031-3 Tip A (il-provvista tal-elettriku ta' 12 VDC), Tip B (il-provvista tal-elettriku ta' 24 VDC) jew SAE J1939-13 (il-provvista tal-elettriku ta' 12 jew 24 VDC).
2.3 Rekwiżiti ta' dokumentazzjoni
Fid-dokument ta' informazzjoni stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (3) dwar ir-rekwiżiti amministrattivi, il-manifattur għandu jindika l-istandard(s) ta' komunikazzjoni użat(i) biex jingħata aċċess għall-informazzjoni dwar il-fluss tad-dejta skont il-punt 2.1.1.
(1) Il-valur ipprovdut għandu jkun jew (a) it-torque nett tal-brejk tal-magna jew (b) it-torque nett tal-brejk tal-magna kkalkolat minn valuri xierqa oħra tat-torque kif definit fl-istandard korrispondenti ta' protokoll stabbilit fil-punt 2.1.1. Il-bażi għat-torque nett għandha tkun it-torque nett mhux ikkoreġut imwassal mill-magna flimkien mat-tagħmir u mal-awżiljari li għandhom jiġu inklużi għal test tal-emissjonijiet skont l-Appendiċi 2 tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 dwar ir-rekwiżiti tekniċi u ġenerali.
(2) L-użu ta' sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 5.1 tal-Appendiċi 2.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 364 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
Appendiċi 8
Rapport tat-test għall-monitoraġġ fis-servizz
1. Informazzjoni dwar il-manifattur tal-magna
1.1. Għamla (isem (ismijiet) kummerċjali tal-manifattur)
1.2. Isem u indirizz tal-kumpanija tal-manifattur
1.3. Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur (jekk ikun hemm)
1.4. Isem (ismijiet) u indirizz(i) tal-impjanti tal-assemblaġġ/tal-manifattura
2. Informazzjoni dwar il-magna
2.1. Deżinjazzjoni tat-tip/familja tal-magna
2.2. Kategorija u subkategorija tat-tip ta' magna/familja tal-magna
2.3. Numru tal-approvazzjoni tat-tip
2.4. Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk applikabbli)
2.5. Numru ta' identifikazzjoni tal-magna
2.6. Is-sena u x-xahar tal-produzzjoni tal-magna
2.7. Magna mibnija mill-ġdid
2.8. Ċilindrata [dm3]
2.9. Għadd ta' ċilindri
2.10. Potenza netta nominali / veloċità kklassifikata ddikjarata tal-magna [kW/rpm]
2.11. Potenza netta massima / veloċità motorizzata massima ddikjarata tal-magna [kW/rpm]
2.12. Torque / veloċità tat-torque massimu ddikjarata tal-magna [Nm/rpm]
2.13. Veloċità tal-vettura mhux ingranata [rpm]
2.14. Kurva tat-torque f'tagħbija sħiħa pprovduta mill-manifattur disponibbli (iva/le)
2.15. In-numru ta' referenza tal-kurva tat-torque f'tagħbija sħiħa pprovduta mill-manifattur
2.16. Sistema DeNox (eż. EGR, SCR)
2.17. Tip ta' konvertitur katalitiku
2.18. Tip ta' filtru tal-partikuli
2.19. Postrattament modifikat fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip (iva/le)
2.20. Informazzjoni tal-ECU (Numru ta' kalibrazzjoni tas-softwer)
3. Informazzjoni dwar il-makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.1. Sid il-makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.2. Kategorija jew kategoriji tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.3. Manifattur tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.4. Numru ta' identifikazzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
3.5. Numru ta' reġistrazzjoni u l-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (jekk disponibbli)
3.6. Isem jew ismijiet kummerċjali tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq (jekk applikabbli)
3.7. Sena u xahar ta' produzzjoni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
4. Għażla tal-magna / tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
4.1. Metodu biex tinstab magna jew makkinarju mobbli mhux tat-triq
4.2. Kriterji tal-għażla għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, magni, familji fis-servizz
4.3. Il-post fejn normalment jopera l-makkinarju mobbli mhux tat-triq ittestjat
4.4. Sigħat operattivi fil-bidu tat-test:
|
4.4.1. |
Makkinarju mobbli mhux tat-triq [h] |
|
4.4.2. |
Magna [h] |
5. Sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS)
5.1. Provvista ta' potenza tal-PEMS: esterna / tinkiseb mill-makkinarju mobbli mhux tat-triq
5.2. Il-marka u t-tip ta' strumenti tal-kejl (PEMS)
5.3. Data ta' kalibrazzjoni tal-istrumenti tal-kejl (PEMS)
5.4. Softwer għall-kalkoli u l-verżjoni użata (eż. EMROAD 4.0)
5.5. Pożizzjoni tas-sensuri tal-kundizzjonijiet ambjentali
6. Kundizzjonijiet tat-test
6.1. Data u ħin tat-test
6.2. Tul tat-test [s]
6.3. Post tat-test
6.4. Kundizzjonijiet ġenerali tat-temp u ambjentali (eż. it-temperatura, l-umdità, l-altitudni)
6.4.1. Kundizzjonijiet ambjentali medji (kif ikkalkulati mid-dejta mkejla b'mod istantanju)
6.5. Sigħat operati għal kull magna/makkinarju mobbli mhux tat-triq
6.6. Informazzjoni dettaljata dwar it-tħaddim proprju tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq
6.7. Speċifikazzjonijiet dwar il-fjuwil tat-test
6.8. Speċifikazzjonijiet dwar iż-żejt lubrifikanti
6.9. Speċifikazzjonijiet dwar ir-reaġent (jekk applikabbli)
6.10. Deskrizzjoni qasira tal-ħidma mwettqa
7. Konċentrazzjoni medja tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
7.1. Konċentrazzjoni medja tal-HC [ppm] [Mhux obbligatorja]
7.2. Konċentrazzjoni medja tas-CO[ppm] [Mhux obbligatorja]
7.3. Konċentrazzjoni medja tal-NOx [ppm] [Mhux obbligatorja]
7.4. Konċentrazzjoni medja tas-CO2 [ppm] [Mhux obbligatorja]
7.5. Fluss medju tal-massa tal-Egżost [kg/h] [Mhux obbligatorju]
7.6. Temperatura medja tal-Egżost [°C] [Mhux obbligatorja]
8. Massa integrata tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi
8.1. Emissjonijiet ta' THC [g]
8.2. Emissjonijiet ta' CO [g]
8.3. Emissjonijiet ta' NOx [g]
8.4. Emissjonijiet ta' CO2 [g]
9. Fatturi ta' konformità tat-tieqa tal-medja (1) (ikkalkolati skont l-Appendiċi 2 sa 5)(Perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv)
9.1. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
9.2. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
9.3. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
9.4. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
9.5. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
9.6. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
9.7. Tieqa tal-medja tax-xogħol: potenza minima u massima tat-tieqa tal-medja [ %]
9.8. Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: tul minimu u massimu tat-tieqa tal-medja [s]
9.9. Tieqa tal-medja tax-xogħol: perċentwal ta' twieqi tal-medji validi
9.10. Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: perċentwal ta' twieqi tal-medji validi
9.11. Emissjonijiet ta' CO2
10. Fatturi ta' konformità tat-tieqa tal-medja (ikkalkulati skont l-Appendiċi 2, 3 u 5 mingħajr id-determinazzjoni ta' dejta valida skont l-Appendiċi 4 u mingħajr id-determinazzjoni ta' twieqi validi kif stabbilit fil-punti 2.2.2. u 2.3.1. tal-Appendiċi 5)(Perċentil kumulattiv minimu, massimu u fid-90 perċentil kumulattiv)
10.1. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
10.2. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
10.3. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
10.4. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
10.5. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
10.6. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
10.7. Tieqa tal-medja tax-xogħol: potenza minima u massima tat-tieqa tal-medja [ %]
10.8. Tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2: tul minimu u massimu tat-tieqa tal-medja [s]
11. Verifika tar-riżultati tat-testijiet
11.1. Issettjar tal-analizzatur tat-THC fuq żero, riżultati tar-regolar u tal-verifika, qabel u wara t-test
11.2. Analizzatur tas-CO fuq żero, riżultati tar-regolar u tal-verifika, qabel u wara t-test
11.3. Issettjar tal-analizzatur tal-NOx fuq żero, riżultati tar-regolar u tal-verifika, qabel u wara t-test
11.4. Issettjar tal-analizzatur tas-CO2 fuq żero, riżultati tar-regolar u tal-verifika, qabel u wara t-test
11.5. Riżultati tal-verifika tal-konsistenza tad-dejta, skont it-Taqsima 4 tal-Appendiċi 3
I-1. Dejta mkejla b'mod instantanju
I-1.1. Konċentrazzjoni tat-THC [ppm]
I-1.2. Konċentrazzjoni tas-CO [ppm]
I-1.3. Konċentrazzjoni tal-NOx [ppm]
I-1.4. Konċentrazzjoni tas-CO2 [ppm]
I-1.5. Fluss tal-massa tal-egżost [kg/h]
I-1.6. Temperatura tal-egżost [°C]
I-1.7. Temperatura tal-arja ambjentali [°C]
I-1.8. Pressjoni ambjentali [kPa]
I-1.9. Umdità ambjentali [g/kg] [Mhux obbligatorja]
I-1.10. Torque tal-magna [Nm]
I-1.11. Veloċità tal-magna [rpm]
I-1.12. Fluss tal-fjuwil tal-magna [g/s]
I-1.13. Temperatura tal-fluwidu berried tal-magna [°C]
I-1.14. Latitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq [grad]
I-1.15. Lonġitudni tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq [grad]
I-2. Dejta kkalkolata b'mod istantanju
I-2.1. Massa tat-THC [g/s]
I-2.2. Massa tas-CO[g/s]
I-2.3. Massa tal-NOx [g/s]
I-2.4. Massa tas-CO2 [g/s]
I-2.5. Massa akkumulata tat-THC [g]
I-2.6. Massa akkumulata tas-CO [g]
I-2.7. Massa akkumulata tal-NOx [g]
I-2.8. Massa akkumulata tas-CO2 [g]
I-2.9. Rata kkalkolata tal-fjuwil [g/s]
I-2.10. Potenza tal-magna [kW]
I-2.11. Xogħol tal-magna [kWh]
I-2.12. Tul tat-tieqa tal-medja tax-xogħol [s]
I-2.13. Potenza medja tal-magna tat-tieqa tal-medja tax-xogħol [ %]
I-2.14. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
I-2.15. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
I-2.16. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tax-xogħol [-]
I-2.17. Tul tat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [s]
I-2.18. Fattur ta' konformità tat-THC mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
I-2.19. Fattur ta' konformità tas-CO mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
I-2.20. Fattur ta' konformità tal-NOx mat-tieqa tal-medja tal-massa tas-CO2 [-]
(1) It-tieqa tal-medja hija s-subsett tas-sett komplut tad-dejta kkalkolat waqt it-test ta' monitoraġġ fis-servizz li l-massa ta' CO2 jew ix-xogħol tiegħu huwa ugwali għall-massa ta' CO2 jew għax-xogħol tal-magna mkejjel tul iċ-Ċiklu Tranżitorju għall-Magni Mhux tat-Triq (NRTC) fil-laboratorju ta' referenza.