|
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1482)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/330/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE tat-30 ta’ Ottubru 2007 tistabbilixxi miżuri transitorji għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi transizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal iktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi transizzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/716/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2008/290/KE. |
|
(3) |
Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti li qegħdin fi transizzjoni. |
|
(4) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma mneħħija mill-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).
(2) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/290/KE (ĠU L 96, 9.4.2008, p. 35).
ANNESS
LISTA TA’ STABBILIMENTI LI JRIDU JITĦASSRU MILL-ANNESS TAD-DEĊIŻJONI 2007/716/KE
Stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-laħam
|
Nru |
Nru veterinarju |
Isem l-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
||
|
18. |
BG 0401010 |
“Bilyana” OOD |
|
||
|
35. |
BG 0901017 |
“Musan” OOD |
|
||
|
38. |
BG 1101012 |
OOD “Iv. Zyumbilski” |
|
||
|
61. |
ВG 1901003 |
“Edrina” EOOD |
|
||
|
94. |
BG 0302010 |
ET “ALEKS-Sasho Aleksandrov” |
|
||
|
96. |
BG 0402002 |
“Pimens” OOD |
|
||
|
100. |
BG 0402011 |
ET “Filipov-Svilen Filipov” |
|
||
|
101. |
BG 0402013 |
“Bani” OOD |
|
||
|
144. |
BG 0405003 |
“Merkuriy 2000” OOD |
|
||
|
145. |
BG 0405006 |
ET “Kondor PSP-Petar Petrov” |
|
||
|
149. |
BG 0505002 |
ET “BIDIM – Dimitar Ivanov” |
|
||
|
150. |
BG 0505009 |
“Dzhordan” EOOD |
|
||
|
161. |
BG 1105009 |
“Mesokombinat Lovetch” AD |
|
||
|
182. |
BG 1805004 |
ET “Venelin Simeonov-Ivo” |
|
||
|
183. |
BG 1805016 |
“Metika-2000” OOD |
|
||
|
216. |
BG 0204020 |
“Rodopa Nova” OOD |
|
||
|
219. |
BG 0204023 |
SD “Anada-Atanasov i sie” |
|
||
|
226. |
BG 0404001 |
ET “Stefmark-Stefan Markov” |
|
||
|
228. |
BG 0404017 |
“Tsentromes” OOD |
|
||
|
229. |
BG 0404018 |
OOD “R.A.-03-Bobi” |
|
||
|
231. |
BG 0404021 |
“Stefanov. Iv. Stefanov – 04” EOOD |
|
||
|
232. |
BG 0404022 |
“Merkurii-2000” OOD |
|
||
|
236. |
BG 0504004 |
ET “Vitalis-Ilko Yonchev” |
|
||
|
237. |
BG 0504005 |
OOD “Dileks” |
|
||
|
242. |
BG 0704010 |
“Toni Treyding” OOD |
|
||
|
246. |
BG 0804011 |
“Tropik” OOD |
|
||
|
247. |
BG 0804021 |
“Veselina Treyd” EOOD |
|
||
|
250. |
BG 0904002 |
“Kips” EOOD |
|
||
|
257. |
BG 1104010 |
“Mesokombinat Lovetch” AD |
|
||
|
267. |
BG 1304014 |
“EKO-MES” EOOD |
|
||
|
270. |
BG 1404005 |
“Kolbaso” OOD |
|
||
|
303. |
BG 1804018 |
“Nadezhda-M” OOD |
|
||
|
317. |
BG 2204009 |
“Solaris AS” EOOD |
|
||
|
351. |
BG 2404032 |
“Rokar-1” OOD |
|
||
|
367. |
BG 2604021 |
“Lotos” OOD |
|
Stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib
|
Nru |
Nru veterinarju |
Isem l-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
|||
|
37. |
BG 2112028 |
“Medina” OOD |
gr. Madan |
|||
|
45. |
BG 0212048 |
“Bilding Zah” EOOD |
|
|||
|
46. |
BG 0712008 |
“Milkieks” OOD |
|
|||
|
198. |
BG 2418008 |
“Varbev” EOOD |
|
|||
|
202. |
BG 1518006 |
“Sirma Milk” EOOD |
|
|||
|
207. |
BG 2418007 |
“El Bi Bulgarikum” EAD |
|