|
22.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/796
tal-21 ta' Mejju 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu biss. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI). |
|
(3) |
L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 (4), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 (6) wara tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' California, Idaho, Oregon, Washington u Minnesota. |
|
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (7) fih provvedimenti biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”). |
|
(5) |
L-Istati Uniti kkonfermaw li kien hemm aktar tifqigħat tal-HPAI tas-subtip H5 f'qatgħat tal-pollam fl-Istati ta' Missouri, Arkansas, Kansas, North Dakota u South Dakota, Montana, Wisconsin u Iowa. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istati affettwati. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. |
|
(6) |
Wara t-tifqigħat fl-Istati msemmija iktar 'il fuq, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenni stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li tiġi mmodifikata l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex tkopri l-Istati kollha ta' Minnesota, South Dakota, Wisconsin u Iowa u partijiet minn Missouri, Arkansas, Kansas, Montana u North Dakota, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali. |
|
(7) |
Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz. |
|
(8) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).
(7) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:
|
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja |
Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
|||||||||||||||||
|
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data ta' għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
||||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6 B |
7 |
8 |
9 |
|||||||||||||||
|
“US — l-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
|
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||||||||||||
|
US-1 |
Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA |
|
N |
|
|
A |
|
S3, ST1 |
||||||||||||||||
|
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
US-2 |
Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
US-2.1 |
L-Istat ta' Washington:
|
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
7.4.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
US-2.2 |
L-Istat ta' Washington: Il-Kontea ta' Clallam |
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
11.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
US-2.3 |
L-Istat ta' Washington: Il-kontea ta' Okanogan (1):
|
WGM |
VIII |
P2 |
29.1.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
POU, RAT |
|
N P2 |
||||||||||||||||||||||
|
US-2.4 |
L-Istat ta' Washington: Il-kontea ta' Okanogan (2):
|
WGM |
VIII |
P2 |
3.2.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
POU, RAT |
|
N P2 |
||||||||||||||||||||||
|
US-2.5 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Douglas |
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
23.3.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
US-2.6 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Deschutes |
WG |
VIII |
P2 |
14.2.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.7 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Malheur |
WGM |
VIII |
P2 |
20.1.2015 |
11.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
L-Istat ta' Idaho:
|
WGM |
VIII |
P2 |
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
US-2.8. |
L-Istat ta' California: Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne: Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:
|
WGM |
VIII |
P2 |
23.1.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
US-2.9 |
L-Istat ta' California: Il-Kontea ta' Kings: Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:
|
WGM |
VIII |
P2 |
12.2.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
US-2.10 |
L-Istat ta' Minnesota |
WGM |
VIII |
P2 |
5.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.11 |
L-Istat ta' Missouri:
|
WGM |
VIII |
P2 |
8.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
|
US-2.12 |
L-Istat ta' Missouri:
|
WGM |
VIII |
P2 |
9.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.13 |
L-Istat ta' Arkansas:
|
WGM |
VIII |
P2 |
11.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.14 |
L-Istat ta' Kansas:
|
WGM |
VIII |
P2 |
13.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.15 |
L-Istat ta' Kansas:
|
WGM |
|
P2 |
9.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
|
US-2.16 |
L-Istat ta' Montana:
|
WGM |
VIII |
P2 |
2.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.17 |
L-Istat ta' North Dakota: Il-Kontea ta' Dickey |
WGM |
VIII |
P2 |
11.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.18 |
L-Istat ta' South Dakota |
WGM |
VIII |
P2 |
1.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
|
US-2.19 |
L-Istat ta' Wisconsin |
WGM |
VIII |
P2 |
11.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
US-2.20 |
L-Istat ta' Iowa |
WGM |
VIII |
P2 |
14.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
(1) Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta' 90 jum minn din id-data.
(2) Dak li hu prodott wara din id-data biss jista' jiġi importat fl-Unjoni.”