|
12.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/10 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-18 ta' Ottubru 2010
fil-Kawża E-3/10
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda
(In-nuqqas ta' Parti Kontraenti li timplimenta l-obbligi tagħha – id-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju)
2011/C 141/10
Fil-Kawża E-3/10, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Repubblika tal-Islanda – RIKORS għal dikjarazzjoni li, billi naqset li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 31ea tal-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif adattati għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza bihom, fiż-żmien preskritt, ir-Repubblika tal-Islanda naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 32 ta’ dak l-Att u l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fit-18 ta’ Ottubru 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
(1) |
Tiddikajara li, billi naqset, fi ħdan iż-żmien stabbilit, li tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att imsemmi f'punt 31ea tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattati għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, ir-Repubblika tal-Islanda naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 32 tal-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(2) |
Tordna lir-Repubblika tal-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |