|
7.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10723 – BROOKFIELD / JINDAL GROUP / JINDAL PLASTIC FILMS BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 221/06)
1.
Fil-25 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Project Holdings Fourteen (DIFC) Limited (“Brookfield Project Holdings”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
Jindal Poly Films Limited (“JPFL”, l-Indja), parti minn B.C. Jindal Group (“Jindal Group”), |
|
— |
In-negozju tal-films tal-plastik ta’ Jindal (“Jindal Plastic Films Business”, l-Indja), bħalissa huwa kkontrollat minn Jindal Group. |
Brookfield u Jindal Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Jindal Plastic Films Business.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tat-trasferiment ta’ assi u x-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Brookfield hija maniġer tal-assi globali li toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat. Hija tiffoka fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata, |
|
— |
Jindal Group huwa grupp ta’ kumpaniji attivi fil-livell globali fil-pajpijiet u l-fittings tal-pajpijiet tal-azzar, il-films tal-imballaġġ, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-istrixxi tal-azzar illaminati bil-kesħa, il-folji galvanizzati u prodotti oħra, |
|
— |
Jindal Plastic Films Business huwa attiv fil-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ films tal-plastik flessibbli għall-użu fil-produzzjoni ta’ imballaġġ flessibbli u fil-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċipep tal-polietilene tereftalat (PET), primarjament fl-Indja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10723 – BROOKFIELD / JINDAL GROUP / JINDAL PLASTIC FILMS BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).