|
3.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 210/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10272 — Utmost/Quilter International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 210/05)
1.
Fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Utmost Group Limited (“Utmost”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Oaktree Capital Group Holdings GP, LLC (“Oaktree”, ir-Renju Unit) u Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Quilter International Holdings u Quilter International Ireland Designated Activity Company (flimkien, “Quilter International”, l-Irlanda). |
Utmost takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Quilter International kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Utmost hija grupp speċjalizzat tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja. Permezz tal-kumpaniji tal-grupp tagħha, Utmost tipprovdi (i) assikurazzjoni internazzjonali fuq il-ħajja lil individwi ta’ valur nett għoli u ta’ valur ultra-għoli, (ii) servizzi ta’ tfaddil u benefiċċji għall-impjegati, u (iii) servizzi ta’ konsolidazzjoni tal-assikurazzjoni tal-ħajja fir-Renju Unit. Utmost hija kkontrollata minn Oaktree u Brookfield, li t-tnejn li huma jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tal-assi madwar id-dinja. |
|
— |
Quilter International tipprovdi soluzzjonijiet transfruntiera ta’ investiment tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja fir-Renju Unit, fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani, fl-Asja u fl-Amerka Latina. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10272 – Utmost/Quilter International
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).