Official Journal L 032 , 05/02/2004 P. 0018 - 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2004 dwar miżuri biex issir stima tar-riskju tar-residwu BSE fi prodotti li ġejjin minn annimali bovini/dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri biex issir stima għar-riskju ta’ residwu BSE fuq prodotti li ġejjin minn annimali bovini (notifikata bid-dokument numru K(2004) 132) (2004/110/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar nefqa fil-qasam veterinarju [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 20 tagħha, Billi: (1) Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE il-Komunità għandha twettaq il-miżuri xjentifiki meħtieġa għall-iżvilupp tal-lkeġislazzjoni veterinarja tal-Komunità. (2) Stima kwantitattiva tar-riskju ta’ residwu ta’ l-enċifalopatija sponġiformi bovina (BSE) fil-ġelatina, xaħam tad-dam u dicalcium phosphate minn għadam bovin, xaħam tad-dam minn ċelluli tax-xaħam u xaħam tad-dam minn taħlitiet rendered ta’ ċelluli qegħda fil-present titwettaq. Il-metodoloġija għal dik l-istima kienet adottata mill-Kumitat Xjentifiku Apposta ta’ qabel fil-laqgħa tiegħu tat-12 u t-13 ta’ Settembru 2002. (3) Ix-xogħol presenti li qiegħed isir għall-istima tar-riskju tar-residwu BSE jeħtieġ li jiġi aġġornat fid-dawl ta’ evidenza xjentifika ġdida. (4) Kontaminazzjoni reċiproka minn għalf li fih proteini mill-annimali u maħsuba għan-non ruminanti hija meqjusa li hija s-sors prinċipali li baqa’ ta’ l-infezzjoni BSE mill-introduzzjoni tal-projbizzjoni ta’ l-għaf ruminanti fl-1994. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jniżżel ir-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatija sponġiformi [2] jipprojbixxi t-tmiegħ ta’ proteini ta’ l-annimali lill-annimali mrobbija fl-irziezet, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti rpoteini ta’ l-annimali, il-"projbizzjoni estiża ta’l-għalf". Minkejja l-projbizzjoni estiża ta’ l-għalf, ammonti żgħar ħafna ta’ proteini ta’ l-annimali huma skoperti f’numru limitat ta’ kampjuni ta’ l-għalf. (5) Ihuwa għalhekk meħtieġ li tiġi estiża l-istima tar-riskju kurrenti għall-istima ta’ rikju li jista jinħoloq minn għalf li fih ammonti limitati ta’ għalf midħun mil-laħam u l-għadam. Din l-estensjoni tista’ wkoll tikkonsidra l-varjazzjoni tar-riskju residwu li jinħoloq mill-presenza tas-sinsla tad-dahar skond l-età ta’ l-annimali. (6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u għandhom, għalhekk, jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. (7) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Il-Kummissjoni għandha tassigura li x-xogħol xjentifiku presenti dwar l-istima kwantitattiva tar-riskju tar-riskju residwu BSE tiġi aġġornata minħabba evidenza xjentifika ġdida, u għandha b’mod partikolari tassigura l-inklużżjoni f’din l-istima tar-riskji ta’ residwi BSE maħluqa minn għalf li fih ammonti żgħar ta’ għalf midħun mil-laħam u l-għadam. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-riżultat ta’ l-istima tar-riskju lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. L-Artikolu 2 1. Fit-twttieq tal-miżuri previsti fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala bażi l-metodoloġija rakkomandata mill-Kumitat Xjentifiku maħluq Apposta ta’ qabel fil-laqgħa tiegħu tat-12 u t-13 ta’ Settembru 2002. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel (l-Awtorità) biex tipprovdi aġġornamenti għal metodoloġija ta’ l-istima tar-riskju. 2. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Awtorità biex tipprovdi għajnuna teknika u biex tesprimi opinjoni dwar ir-rapport imsemmia fl-Artikolu 1. L-Artikolu 3 Għal miżuri previsti fl-Artikolu 1 il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità m’għandhiex teċċedi Ewro 50000. L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004. L-Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [2] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1915/2003 (ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 29). --------------------------------------------------