Official Journal L 364 , 12/12/1992 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0054
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3576/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 fuq id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" applikabbli għal ċerti prodotti minerali u għal ċerti prodotti kimiċi jew ta' l-industriji allejati, fil-qafas ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità lil pajjiżi terzi IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Billi l-Protokolli u l-Annessi [1] fuq id-definizzjoni tal-kunċett ' ta' prodotti ta' oriġini' u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva għall-applikazzjoni ta' arranġamenti ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità rigward importazzjoni minn pajjiżi terzi, teskludi ċerti prodotti minerali u ċerti prodotti kimiċi jew minn industriji allejati minn dan l-iskop, b'mod partikolari in rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini"; Billi, għall-prodotti tali kollha importati skond il-qafas ta' l-arranġamenti tat-tariffi preferenzjali, l-Istati Membri tal-Komunità jiddefinixxu l-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" skond ir-regoli nazzjonali tagħhom; Billi s-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha, inter alia, l-moviment ħieles ta' l-oġġetti hu assigurat; billi għaldaqstant hu neċessarju li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" applikabbli għal ċerti prodotti minerali u għal ċerti prodotti kimiċi jew ta' industriji allejati fil-qafas ta' arranġamenti ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità lil pajjiżi terzi; Billi għall-prodotti hawn fuq imsemmija l-kondizzjonijiet għandhom jiġu ddefiniti li bihom jakkwistaw status ta' oriġini għall-għanijiet ta' l-arranġamentti tat-tariffi preferenzjali msemmija aktar 'il fuq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relatati ma' l-arranġamenti tat-tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità in rigward ta' ċerti prodotti minerali u ta' ċerti prodotti kimiċi jew ta' industriji allejati elenkati fl-Anness li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Awstrija, minn Ċipru, miċ-Ċekoslovakkja, mill-Eġittu, mill-Faeroes, mill-Fillandja, mill-Ungerija, mill-Islanda, mill-Iżrael, mill-Ġordan, mil-Libanu, minn Malta, mill-Marokk, min-Norveġja, mill-Polonja, mill-Isvezja, mill-Isvizzera, mis-Sirja, mit-Tuneżija, u mill-Istati ACP (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "pajjiżi benefiċjarji jew territorji"), li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw minn pajjiżi jew territorji benfiċjarji: (a) prodotti miksuba kompletament minn pajjiż jew territorju benefiċjarju; (b) prodotti miksuba minn pajjiż jew territorju benefiċjarju, li fil-manifattura tiegħu prodotti oħra għajr dawk speċifikati f'(a) (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala "materjali li ma joriġinawx", intużaw, sakemm il-materjali kkonċernati nħadmu jew ġew ipproċessati suffiċjentement fis-sens ta' l-Artikolu 3. Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 1(a) li ġejjin għandhom jitqiesu li nkisbu kompletament f'pajjiż jew f'territorju benefiċjarju: (a) prodotti tal-petrolju miksuba mill-ħamrija jew minn qiegħ il-baħar tiegħu; (b) prodotti tal-petrolju miksuba mill-qiegħ il-baħar jew minn taħt qiegħ il-baħar 'il barra mill-ibħra territorjali, jekk dak il-pajjiż jew territorju benefiċjarju kellu, għall-għanijiet ta' esplojtazzjoni, drittijiet esklussivi għal dik il-ħamrija jew sottosuol; (ċ) prodotti tal-petrolju prodotti hemmhekk esklussivamen minn prodotti speċifikati f'(a) u (b). Artikolu 3 Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 1(b), materjali li ma joriġinawx għandhom jiġu kkonsidrati bħala li huma suffiċjentement maħduma jew ipproċessati meta l-prodotti miksuba speċifikati fil-kolonni 1 u 2 tal-lista fl-Anness jissodisfaw il-kondizzjonijiet elenkati fil-kolonna 3. Artikolu 4 Għall-għanijiet tal-Kodiċi HS ex 2707, 2713 sa 2715, ex 2901, ex 2902 u ex 3403 msemmija fil-kolonna 1 ta' l-Anness, operazzjonijiet sempliċi bħal tindif, decanting tneħħija tal-melħ, is-separazzjoni ta' l-ilma, it-tisfija, l-għoti tal-kulur, l-immarkar, il-ksib ta' kontenut sulforiku bħala riżultat tat-taħlit ta' prodotti b'kontenut ta' kubrit differenti, kull kombinazzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet jew operazzjonijiet simili ma jikkonferixxux l-oriġini. Artikolu 5 1. Kwantu għad-disposizzjonijiet tal-Protokolli u l-Annessi dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva għall-applikazzjoni ta' arrangamenti ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità lil pajjiż jew territorju benefiċjarju ma jkunux bdew japplikaw għall-prodotti rriferiti fl-Anness hawn imsemmi, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 u għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jgħoddu, mutatis mutandis, għal tali prodotti. 2. Fis-sens tad-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dawk il-prodotti elenkati fl-Anness hawn fuq imsemmi li jiġu ttrasportati permezz ta' pipeline minn fuq territorju għajr dak tal-pajjiż jew territorju benefiċjarju għandhom jiġu kkunsidrati ukoll bħala li ġew ittrasportati direttament minn pajjiż jew territorju benefiċjarju esportatur fil-Komunità. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 1992. F'isem il-Kunsill Il-President D. Hurd [1] Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-l-Awstrija, ĠU L 149, tal-15.6.1988, pġ. 5.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-il-Fillandja, ĠU L 149, tal-15.6.1988, pġ. 75.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-Islanda, ĠU L 180, tad-9.7.1988, pġ. 5.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-in-Norveġja, ĠU L 180, tad-9.7.1988, pġ. 75.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-l-Isvezja,, ĠU L 216, tat-8.8.1988, pġ. 5.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-l-Isvizzera, ĠU L 216, tat-8.8.1988, pġ. 75.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-Faeroes, ĠU L 371, tal-31.12.1991, pġ. 40.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE-il-Marokk, ĠU L 264, tas-27.9.1978, pġ. 38.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE-l-Alġerija, ĠU L 263, tas-27.9.1978, pġ. 40.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE-it-Tuneżija, ĠU L 265, tas-27.9.1978, pġ. 38.Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-l-Eġittu, ĠU L 266, tas-27.9.1978, pġ. 30.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE-il-Ġordan, ĠU L 268, tas-27.9.1978, pġ. 24.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE il-Libanu, ĠU L 267, tas-27.9.1978, pġ. 24.Protokoll Nru 2 għall-Ftehim KEE is-Sirja, ĠU L 269, tas-27.9.1978, pġ. 22.Protokoll għall-Ftehim KEE-Ċipru, ĠU L 339, tat-28.12.1977, pġ. 19.Protokoll għall-Ftehim KEE-Malta, ĠU L 111, tat-28.4.1976, pġ. 11.L-Anness għad-Deċiżjoni Nru 2/76 li jemenda l-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim KEE-l-Iżrael, ĠU L 190, tad-29.7.1977, pġ. 3.Protokoll Nru 1 għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KEEC, ĠU L 229, tas-17.8.1991, pġ. 134.Protokoll Nru 4 għall-Ftehim KEE il-Polonja, ĠU L 114, tat-30.4.1992, pġ. 68.Protokoll Nru 4 għall-Ftehim KEE-CSFR, ĠU L 115, tat-30.4.1992, pġ. 83.Protokoll Nru 4 għall-Ftehim KEE-l-Ungerija, ĠU L 116, tat-30.4.1992, pġ. 155. -------------------------------------------------- ANNESS Kodiċi HS | Deskrizzjoni tal-prodott | Ħdim jew ipproċessar li jsir fuq materjali li ma joriġinawx illi jikkonferixxi status ta' oriġini | 1 | 2 | 3 | ex 2707 | Żjut li l-piż tal-kostitwenti aromatiċi tagħhom jeċċedi l-kostitwenti non-aromatiċi, billi jkunu żjut simili għal żjut minerali miksuba billi jiġi ddistillat faħam tal-qatran f'temperatura għolja li minnu aktar minn 65 % bil-volum jiddistilla f'temperatura sa 250 °C (li jinkludi taħlita ta' spirti tal-petroleum u benzole) biex jintużaw għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija jew karburanti għat-tisħin. | Operazzjonijiet għar-raffinar u/jew iżjed proċessi speċifiċi skond l-Anness 1. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura oħra għajr dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jiġu użati sakemm il-valur tagħhom ma jeċċedix 50 % tal-prezz tal-prodott ex works. | ex 2709 | Żjut mhux maħduma miksuba minn materjali bituminużi. | Distillazzjoni distruttiva ta' materjali bituminużi. | 2710-2712 | Żjut tal-petroleum u żjut miksuba minn materjali bituminużi, għajr għal żjut mhux maħduma; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li jkollhom bil-piż 70 % jew aktar ta' żjut tal-petroleum jew ta' żjut miksuba minn materjali bituminużi, dawn iż-żjut jikkostitwixxu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet. Gassijiet tal-petroleum u idrokarburanti gassużi oħra. Petroleum ġelli; xema' tal-paraffin, microcrystalline petroleum wax, slack wax, ozokerite, lignite wax, peat wax, u xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta' proċessi sintetiċi jew oħrajn kemm jekk ikkuluriti jew le. | Operazzjonijiet ta' raffinar u/jew proċess jew proċessi speċifiċi skond l-Anness 2. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jiġu użati sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | 2713-2715 | Petroleum coke, bitumen tal-petroleum u residwi oħra ta' żjut tal-petroleum jew ta' żjut miksuba minn materjali bituminużi. Bitumen u asfalt, naturali; żejt bituminuż jew żejt miksub mill-blat imfarrak u qatran miksub mir-ramel; asphaltites u blat asfalitiku. Taħlitiet bituminużi bbażati fuq l-asfalt naturali, fuq il-bitumen naturali, fuq il-bitument tal-petroleum fuq il-qatran naturali u fuq il-qatran taż-żift minerali. | Operazzjonijiet tar-raffinar u/jew proċess speċifiku jew aktar proċessi speċifiċi skond l-Anness 1. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr dik tal-prodotti. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jintużaw sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | ex 2901 | Idrokarburanti acyclic għall-użu għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija u bħala karburanti għat-tisħin. | Operazzjonijiet għar-raffinar u/jew ta' proċess wieħed jew iżjed skond l-Anness 1. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklasifikati taħt l-istess intesatatura jistgħu jintużaw sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | ex 2902 | Cyclanes u cyclenes (għajr għal azulenes), benżina, toluene, xylenes, għalbiex jiġġeneraw l-enerġija jew biex jintużaw bħala karburanti għat-tisħin. | Operazzjonijiet għar-raffinar u/jew proċess speċifiku wieħed jew iżjed skond l-Anness 1. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jintużaw sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | ex 3403 | Preparazzjonijiet ta' lubrikazzjoni li jkollhom fihom żjut tal-petroleum jew żjut miksuba minn materjali bituminużi, sakemm ikollhom anqas minn 70 % f'piż. | Operazzjonijiet għar-raffinar u/jew ta' proċess wieħed jew iżjed skond l-Anness 1. Operazzjonijiet oħra li fihom il-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr minn dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jintużaw sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | ex 3404 | Xemgħat artifiċjali u xemgħat ippreparati b'bażi ta' paraffin, xemgħat tal-petroleum, xemgħat miksuba minn materjali bituminuż,, slack wax jew scale wax. | Il-manifattura li fiha l-materjali kollha użati huma kklassifikati taħt intestatura għajr għal dik tal-prodott. Madankollu, materjali kklassifikati taħt l-istess intestatura jistgħu jintużaw sakemm il-valur tagħhom ma jaqbiżx 50 % tal-prezz tal-prodott ex-works. | ex 3811 | Additivi ppreparati għaż-żejt użat għal-lubrikazzjoni, li jkollhom fihom żjut tal-petroleum jew żjut miksuba minn materjali bituminużi. | Il-manifattura li fiha l-valur tal-materjali kollha ta' l-intestatura Nru 3811 użati ma jaqbżux 50 % tal-prezz tal-prodott ex- works. | --------------------------------------------------