|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5986 |
2.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11587 – MASDAR / EDFR / NESMA / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5986)
1.
Fil-25 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abu Dhabi Future Energy Company PJSC (“Masdar”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Electricité de France S.A. (“EDF”, Franza). |
|
— |
Nesma Company Limited (“Nesma”, l-Arabja Sawdija). |
Masdar, EDF, u Nesma se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, Sana Taibah for Renewable Energy Company LLC (“JV”, l-Arabja Sawdija).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kif ġiet maħluqa li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Masdar hija kumpanija tal-enerġija rinnovabbli u tas-sostenibbiltà li tiżviluppa soluzzjonijiet fl-enerġija, l-ilma, l-iżvilupp urban, u t-teknoloġiji nodfa fl-Emirati Għarab Magħquda u madwar id-dinja, |
|
— |
EDF hija attiva prinċipalment fil-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa, il-kummerċ u l-provvista tal-elettriku, kif ukoll fil-provvista ta’ servizzi oħra relatati mal-elettriku u l-enerġija, |
|
— |
NESMA għandha portafoll tan-negozju f’diversi setturi, b’mod partikolari l-inġinerija, il-kostruzzjoni, l-elettromekkanika, l-infrastruttura, iż-żejt u l-gass, u l-ospitalità, prinċipalment fl-Arabja Sawdija, fl-Emirati Għarab Magħquda, u fl-Eġittu. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku fl-Arabja Sawdija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11587 – MASDAR / EDFR / NESMA / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5986/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)