European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1573

18.12.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11346 — EIFFAGE GROUP / SALVIA HOLDING / SALVIA GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/1573)

1.   

Fis-7 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Eiffage Énergie Systèmes - Participations SAS (“Eiffage”, Franza),

—

Salvia Holding GmbH (“Salvia Holding”, il-Ġermanja),

—

Salvia Group GmbH (“Salvia Group”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Salvia Holding.

Eiffage u Salvia Holding se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Salvia Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Eiffage huwa grupp Franċiż tal-kostruzzjoni u tal-konċessjonijiet li jopera fil-linji ta’ negozju ewlenin li ġejjin: (i) il-kostruzzjoni, (ii) l-infrastruttura, (iii) il-konċessjonijiet u (iv) is-sistemi tal-enerġija,

—

Salvia Holding topera fil-Ġermanja fis-setturi tat-tqegħid ta’ madum mal-ħajt u mal-art, tal-ippjanar tal-avvenimenti u tal-ġestjoni tal-lukandi/gym,

—

Salvia Group jipprovdi fil-Ġermanja servizzi tekniċi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini u l-faċilitajiet, mill-fażi tal-ippjanar sal-manutenzjoni, b’mod partikolari l-ippjanar u l-installazzjoni ta’ tagħmir tekniku tal-bini, il-manutenzjoni relatata (ġestjoni tal-faċilità teknika) u l-ġestjoni tal-proġetti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11346 — EIFFAGE GROUP / SALVIA HOLDING / SALVIA GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1573/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)