Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009‑2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali “NATURALLY ACTIVE” bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

>lt>12

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009‑2), hija annullata sa fejn hija tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat‑trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali NATURALLY ACTIVE, għal boroż għall-ħwejjeġ għall-ħasil, basktijiet u kaxxi tal-kosmetiċi, boroż tal‑baħar, basktijiet tal-idejn, basktijiet li jiddendlu minn fuq l-ispalla, boroż bi spag, portmonijiet, kartieri, vanity cases, kaxxetti għall-affarijiet tas‑sbuħija, basktijiet tal-kanvas u boroż għall-mirja, li jirriżultaw mill‑klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u ta’ servizzi għar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-UASI. Din tal-aħħar għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.