IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.8.2016
COM(2016) 541 final
ANNESSI
għall-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali (l-AETR) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
ANNESS I
Emenda tal-Artikolu 22 u tħassir tal-Artikolu 22bis
(1)
L-Artikolu 22 hu emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 22 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“1.
L-Appendiċijiet 1, 1B, 1C u 2 tal-Anness ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiġu emendati bil-proċedura speċifikata f’dan l-Artikolu.
2.
Fuq talba ta’ Parti Kontraenti, kull emenda proposta għall-Appendiċijiet 1, 1B, 1C jew 2 tal-Anness ta’ dan il-Ftehim għandha titqies mill-Grupp Prinċipali ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa.
(b)
Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4.
L-emenda għandha tiġi aċċettata jekk, fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ notifika, mhux iktar minn nofs l-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali dwar l-oppożizzjoni tagħhom għall-emenda.
(c)
Għandu jiżdied il-paragrafu 6 il-ġdid li ġej:
“6.
Jekk proposta biex jiġu emendati l-Appendiċi 1B jew 1C ta’ dan il-Ftehim teħtieġ emenda ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim, l-emendi għall-Appendiċijiet 1B jew 1C ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għal dawk id-dispożizzjonijiet l-oħra skont l-Artikolu 21. Jekk, f’każ bħal dan, l-emendi għall-Appendiċi 1B jew 1C jiġu ppreżentati fl-istess ħin mal-emendi relatati ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim, id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom għandha tkun id-data li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 21.”
(2)
L-Artikolu 22bis huwa mħassar.
ANNESS II
Emenda tal-Artikolu 14
L-Artikolu 14 hu emendat kif ġej:
(a)
Il-paragrafu 1a li ġej qed jiddaħħal wara l-paragrafu 1:
“1a.
“Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ ukoll biex jiġi ffirmat minn organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni reġjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “organizzazzjoni ta’ integrazzjoni reġjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija magħmula minn Stati sovrani ta’ reġjun partikolari li għandha l-kompetenza fir-rigward ta’ ċerti kwistjonijiet irregolati minn dan il-Ftehim u li ġiet awtorizzata kif xieraq biex tiffirma u tirratifika, taċċetta jew tapprova dan il-Ftehim jew biex tissieħeb fih.
Ir-rappreżentant ta’ organizzazzjoni ta’ integrazzjoni reġjonali li tkun Parti Kontraenti għall-Ftehim jagħti l-voti tal-Istati Membri li jiffurmaw dik l-organizzazzjoni mingħajr il-bżonn li dawn ikunu preżenti meta jittieħed il-vot. ”
(b)
Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5.
Fir-rigward ta’ kull Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni reġjonali li tirratifika dan il-Ftehim, jew li tissieħeb fih, wara d-depożitu tat-tmien strument ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mija u tmenin jum wara d-depożitu, min-naħa ta’ dak l-Istat jew ta’ dik l-organizzazzjoni ta’ integrazzjoni reġjonali, tal-istrument ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni tagħha.”
ANNESS III
Emenda tal-Artikolu 10
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 10 huwa mibdul b'dan li ġej:
“3.
Għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba sal-14 ta’ Ġunju 2019, apparat ta’ kontroll konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 u mal-Appendiċi 1B ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu u l-ittestjar għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim.
Għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba mill-15 ta’ Ġunju 2019, apparat ta’ kontroll konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 165/2014 tal-4 ta’ Frar 2014 u mal-Appendiċi 1C ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu u l-ittestjar għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim.”
ANNESS IV
Appendiċi 1C
L-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/799 jiddaħħal bħala l-Appendiċi 1C tal-Anness tal-AETR.
ANNESS V
Ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-prodotti skont l-Appendiċi 1B/1C
Il-Kapitolu III tal-Appendiċi 2 “III. Ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-prodotti skont l-Appendiċi 1B” jinbidel b’dan li ġej:
“III. Ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-prodotti skont l-Appendiċi 1B/1C (1)
Ladarba Parti Kontraenti tkun effettwat approvazzjoni, din għandha toħroġ għall-applikant ċertifikat ta’ approvazzjoni mfassal skont il-mudell ta’ hawn taħt. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw kopji ta’ dan id-dokument sabiex jikkomunikaw każijiet ta’ approvazzjonijiet mogħtija jew ta’ irtirar lil partijiet Kontraenti oħra.
Ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-prodotti skont l-Appendiċi 1B/1C (1)
Isem l-amministrazzjoni kompetenti
Komunikazzjoni rigward (2):
Approvazzjoni
Irtirar ta’ approvazzjoni
Ta’ mudell ta’ apparat ta’ kontroll
Ta’ komponent ta’ apparat ta’ kontroll (3)
Ta’ kard ta' sewwieq
Ta’ kard ta' workshop
Ta’ kard ta' kumpanija
Ta’ kard ta’ spettur
Nru tal-approvazzjoni
(1)Marka ta’ manifattura jew marka kummerċjali
(2)Isem il-mudell
(3)Isem il-manifattur
(4)Indirizz tal-manifattur
(5)Imressaq għall-approvazzjoni fi………………………………………
(6)Il-laboratorju jew laboratorji tal-ittestjar
(7)Data u Nru ta' rapporti………………………………………..
(8)Data ta' approvazzjoni
(9)Data tal-irtirar tal-approvazzjoni
(10)Mudell(i) tal-komponent(i) tal-apparat ta’ kontroll
li miegħu/magħhom il-komponent hu maħsub biex jintuża…………………………………….
(11)Post
.
(12)Data…………………………………………………………….
(13)Dokumenti ta’ deskrizzjoni annessi……………………………….
(14)Rimarki (inkluż it-tqegħid ta’ siġilli, jekk ikun meħtieġ)…………
………………………………………………………………………..
………………………………………………………………………..
………………………..
(Firma)
(1) Speċifika l-Appendiċi 1B jew 1C
(2) Immarka l-kaxex rilevanti
(3) Speċifika l-komponent ikkonċernat fil-komunikazzjoni