|
18.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 339/100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 112/2008
tas-7 ta' Novembru 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2008 tal-14 ta' Marzu 2008 (1). |
|
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE) fil-Kapitolu XVII tal-Anness II għall-Ftehim:
|
“9b. |
32006 R 0842: Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: L-Artikolu 6 ma għandux jgħodd”. |
Artikolu 2
Dan il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21ap (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:
|
“21aq. |
32006 R 0842: Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: L-Artikolu 6 ma għandux jgħodd'.” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu Pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 182, 10.7.2008, p. 15.
(2) ĠU L 309, 20.11.2008, p.33.
(3) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.