|
25.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 683/2006
tas-27 ta' Frar 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissuplimenta l-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u stabbilita skond ir-rati konvenzjonali ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni i 2006/324/KE tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, l-imsemmi Ftehim bil-ħsieb li jikkonkludi n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u ssuplimentat għaldaqstant, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness 7 intitolat kwoti tariffarji tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji kompetenti, ta' Taqsima III ta' l-Anness I għandu jiġi emendat u supplimentat kif ġej:
|
1. |
Il-kodiċi NM 1006 10 , 1006 20 , 1006 40 , 1604 20 50 u 1604 20 70 , mniżżla f' punt (a) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament, għandhom jiddaħħlu fl-imsemmi Anness 7; |
|
2. |
Il-kodiċi NM 1006 30 għandu jiġi supplimentat bil-volumi kif imniżżel f'punt (b) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. |
kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ erba’ ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Frar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1719/2005 (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1).
(2) Ara p. 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jitqesu li m’għandhomx iżjed valur indikattiv, peress li l-konċessjonijiet ġew determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, il-konċessjonijiet għandhom jiġu determinati b’applikazzjoni tal-kodiċi NM u deskrizzjoni korrispondenti meħudha flimkien.
|
(a) |
|
|
(b) |
|