Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-359
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0158 - 0158
Artikolu III-359 1. Il-liġi Ewropea tista' tistabbilixxi qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali biex jisimgħu u jiddeterminaw fl-ewwel istanza ċerti klassijiet ta' rikorsi f'oqsma speċifiċi. Għandha tiġi adottata jew fuq proposta mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. 2. Il-liġi Ewropea li tistabbilixxi qorti speċjalizzata għandha tistabbilixxi r-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-qorti u l-limitu tal-kompetenza mogħtija lilha. 3. Id-deċiżjonijiet mogħtija minn qrati speċjalizzati jistgħu jkunu suġġetti għal dritt ta' appell fuq punti tal-liġi Ewropea biss jew, meta previsti fil-liġi li tistabbilixxi l-qorti speċjalizzata, dritt ta' appell ukoll fuq kwistjonijiet ta' fatt, quddiem il-Qorti Ġenerali. 4. Il-membri tal-qrati speċjalizzati għandhom jintgħażlu minn fost persuni li dwar l-indipendenza tagħhom ma jkunx hemm dubju u li għandhom l-abiltà meħtieġa biex jeżerċitaw kariga ġudizzjarja. Huma għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu. 5. Il-qrati speċjalizzati għandhom jistabbilixxu r-Regoli ta' Proċedura tagħhom bi ftehim mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawk ir-Regoli jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill. 6. Sakemm il-liġi Ewropea li tistabbilixxi l-qorti speċjalizzata ma tipprovdix xort'oħra, d-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni li jirrigwardaw il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u d-disposizzjonijiet ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għall-qrati speċjalizzati. It-Titolu I ta' l-Istatut u l-Artikolu 64 tiegħu għandhom japplikaw fi kwalunkwe każ għall-qrati speċjalizzati. --------------------------------------------------