19.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8547 — Celanese/Blackstone/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 310/05)

1.

Fit-12 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Celanese Corporation (l-Istati Uniti)

—

Blackstone Group LP (l-Istati Uniti)

Celanese and Blackstone jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot permezz ta’ kontribuzzjoni lill-impriża konġunta tan-negozji ta’ tqarċiċ u xbieki tal-aċetat taċ-ċelluloża tagħhom.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluq ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Celanese: Celanese Corporation hija kumpanija ta’ teknoloġija u ta’ materjali ta’ speċjalità. Is-segment tan-negozju ta’ Celanese relevanti għal din it-tranżazzjoni jikkonċerna l-manifattura u l-provvista ta’ tqarċiċ u xbieki li jintużaw fil-filtri tas-sigaretti,

—   għal Blackstone: Il-Blackstone Group L.P. huwa ġestur globali tal-assi. Blackstone dan l-aħħar akkwistat lil Acetow, kumpanija attiva fil-manifattura u l-fornitura ta’ tqarċiċ u xbieki għal filtri tas-sigaretti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8547 — Celanese/Blackstone/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).