<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700759101.case.xml"><NO.CASE>C-151/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0151</NO.CELEX><NO.SEQ>0028.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7617</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7638</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100729">29.7.2010</DATE> — KAWŻA C-151/09</LEFT><RIGHT>UGT-FSP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-151/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa minn Juzgado de lo Social Único de Algeciras (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Federación de Servicios Públicos de la UGT (UGT-FSP)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ayuntamiento de la Línea de la Concepción,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">María del Rosario Vecino Uribe,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerio Fiscal,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-7618"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis, J. Malenovský (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Ministerio Fiscal, minn J. L. M. Retamino, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn B. Plaza Cruz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Enegren u R. Vidal Puig, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-7619"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20100506">6 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati [ħaddiema] fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Federación de Servicios Públicos de la UGT (UGT-FSP) u l-Ayuntamiento de la Línea de la Concepción (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ayuntamiento de La Línea<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), M. del Rosario Vecino Uribe u dsatax-il konvenut ieħor kif ukoll il-Ministerio Fiscal fir-rigward taċ-ċaħda tal-Ayuntamiento de la Línea li jirrikonoxxi l-kwalità ta’ rappreżentanti legali tal-ħaddiema lill-persuni eletti sabiex jassumu din il-funzjoni f’diversi impriżi inkarigati minn konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku trasferiti lil din l-awtorità muniċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7620"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 ikkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977 L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2001/23 tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[h]uwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati [ħaddiema] fil-każ li jinbidel min jimpjega [iħaddem], b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega [tħaddem] bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari […].</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7621"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk jaħdmu għall-qligħ kemm jekk le. Ir-riorganizzazzjoni amministrattiva ta’ l-awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, mhijiex trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>rappreżentanti ta’ min jimpjega [tal-ħaddiema]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> u espressjonijiet relatati għandhom ifissru ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati [ħaddiema] previsti mil-liġijiet jew mill-prattika ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk l-impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju jippreservaw l-awtonomija tagħhom, l-istatus u l-funzjoni tar-rappreżentanti jew tar-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegati [ħaddiema] milquta mit-trasferiment għandhom jiġu ppreservati skond l-istess termini u soġġett għall-istess kundizzjonijiet li kien jeżistu qabel id-data tat-trasferiment minħabba l-liġi, ir-regolament, id-dispożizzjoni jew il-ftehim amminstrattiv, sakemm il-kundizzjonijiet neċessarji għat-twaqqif tar-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegat ikunu sodisfatti.</P><?PAGE NO="I-7622"?><P>L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika jekk, skond il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi jew il-prattika fl-Istati Membri, jew skond ftehim mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati, il-kundizzjonijiet neċessarji biex jerġgħu jiġu maħtura r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jew biex terġa’ titwaqqaf ir-rappreżentanza ta’ l-impjegati jkunu sodisfatti.</P><P>Meta min jagħmel it-trasferiment ikun is-suġġett ta’ proċedimenti ta’ falliment jew xi proċedimenti analogi ta’ falliment awtorizzata minn awtorità pubblika kompetenti), l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-impjegati trasferiti jkunu rappreżentati b’mod addattat sakemm issir l-elezzjoni jew il-ħatra ġdida tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati.</P><P>Jekk l-impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju ma jippreservawx l-awtonomija tagħha, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-impjegati trasferiti li kienu rappreżentati qabel it-trasferiment jibqgħu jiġu rappreżentati b’mod addattat waqt il-perjodu neċessarju biex terġa’ titwaqqaf jew terġa’ tiġi maħtura r-rappreżentanza ta’ l-impjegati skond il-liġi jew il-prattika nazzjonali.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kariga tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati effettwati mit-trasferiment jagħlaq bħala riżultat tat-trasferiment, ir-rappreżentanti għandhom ikomplu jgawdu il-protezzjoni li hemm provduta fil-liġijiet, fir-regolamenti, fid-dispożizzjonijiet amminstrattivi jew fil-prattika ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7623"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 ġiet trasposta fid-dritt Spanjol permezz tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1995, tal-<DATE ISO="19950324">24 ta’ Marzu 1995</DATE>, li japprova t-test rivedut tal-liġi li tistabbilixxi Statut tal-ħaddiema (BOE Nru 75, tad-<DATE ISO="19950329">29 ta’ Marzu 1995</DATE>, p. 9654), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Nru 12/2001, tad-<DATE ISO="20010709">9 ta’ Lulju 2001</DATE> (BOE Nru 164, tal-<DATE ISO="20100710">10 Lulju 2001</DATE>, p. 24890, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Istatut tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tal-Istatut tal-ħaddiema jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-trasferiment ta’ impriża, ta’ post tax-xogħol jew ta’ unità ta’ produzzjoni awtonoma ta’ din l-impriża, fih innifsu, ma jtemmx ir-relazzjoni ta’ impjieg; il-persuna li tħaddem il-ġdida tissurogga lill-persuna li tħaddem preċedenti fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li din tal-aħħar kellha abbażi tal-kuntratt ta’ xogħol u fil-qasam tas-sigurta soċjali, inkluż fl-impenji marbuta mal-pensjonijiet, taħt il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli u, b’mod ġenerali, fir-rigward tal-obbligi kollha fil-qasam tal-protezzjoni soċjali addizzjonali li għalihom kien daħal min qad jittrasferixxi</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>meta impriża, il-post tax-xogħol jew l-unità ta’ produzzjoni li tkun is-suġġett tat-trasferiment tippreserva l-awtonomija tagħha, il-bdil ta’ min iħaddem, fih innifsu, ma jtemmx il-mandat tar-rappreżentanti legali tal-ħaddiema, li jkomplu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal qabel.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(1) <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> tal-Istatut tal-ħaddiema jipprovdi għall-possibbiltà li, fil-każ ta’ żieda fil-persunal, jiġu organizzati elezzjonijiet parzjali f’impriża skont kif ġej:</TXT><?PAGE NO="I-7624"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>elezzjonijiet parzjali jistgħu jiġu organizzati wara riżenji jew tkeċċijiet jew sabiex ikun hemm aġġustament tar-rappreżentanza tal-impjegati wara żieda fil-persunal. Il-ftehim kollettivi għandhom jipprovdu l-miżuri neċessarji biex ir-rappreżentanza tal-impjegati tiġi adattata għal tnaqqis sinjifikattiv fil-persunal li jista’ jseħħ fi ħdan impriża. Jekk tali dispożizzjoni ma ssirx, tali adattazzjoni għandha tkun is-suġġett ta’ ftehim bejn l-impriża u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(3) tal-Istatut tal-ħaddiema jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-perijodu tal-mandat tad-delegati tal-persunal u tal-membri tal-kunsill tax-xogħlijiet huwa ffissat għal-erba’ snin, fejn huwa sottointiż li, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom u tal-garanziji marbutin magħhom, huma jżommu l-funzjonijiet tagħhom sakemm jissejħu u jiġu organizzati elezzjonijiet ġodda.</P><P>Id-delegati tal-persunal u l-membri tal-kunsill tax-xogħlijiet jistgħu jitneħħew biss fuq deċiżjoni tal-impjegati eletturi, adottata waqt laqgħa msejħa għal dan il-għan u fejn ikunu preżenti mill-inqas terz mill-eletturi, b’maġġurranza assoluta u b’vot universali individwali, liberu, dirett u sigriet. Madankollu, l-ebda tneħħija ma tista’ sseħħ matul l-innegozjar ta’ ftehim kollettiv ġdid jew tiġi prevista qabel terminu ta’ mill-inqas sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080825">25 ta’ Awwissu 2008</DATE>, is-sindku ta’ Ayuntamiento de la Línea adotta digriet li permezz tiegħu ddeċieda li jieħu lura numru ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi pubbliċi<?PAGE NO="I-7625"?> li sa dakinhar kienu fdati f’idejn erba’ impriżi privati. Is-servizzi li kienu s-suġġett tal-konċessjonijiet li ttieħdu lura kienu jirrigwardaw servizzi ta’ purtinerija u ta’ tindif tal-iskejjel pubbliċi, ta’ tindif ta’ toroq u l-manutenzjoni ta’ parks u ġonna.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li, wara li l-Ayuntamiento de La Línea ħa lura d-diversi konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku, l-impjegati li kienu jiffurmaw parti mill-persunal tal-impriżi li preċedentement kienu jipprovdu s-servizzi ttieħdu mill-amministrazzjoni muniċipali u ġew integrati mal-persunal tagħha, iżda, mingħajr ebda eċċezzjoni, l-imsemmija impjegati baqgħu jokkupaw l-istess pożizzjonijiet u jwettqu l-istess funzjonijiet li kienu jwettqu qabel l-imsemmi teħid lura, fl-istess postijiet tax-xogħol u taħt is-superviżjoni tal-istess responsabbli diretti, mingħajr bdil kunsiderevoli fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, l-unika differenza kienet li l-għola superjuri ġerarkiċi tagħhom, li kienu s-superjuri ta’ dawn ir-responsabbli, issa saru r-rappreżentanti pubbliċi eletti kompetenti, jiġifieri l-kunsilliera muniċipali jew is-sindku.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rappreżentanti tal-impjegati ta’ kull waħda minn dawn l-impriżi, wara t-teħid lura tal-konċessjonijiet, ressqu talbiet quddiem l-Ayuntamiento de la Línea sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sigħat ta’ delegazzjoni. Dawn it-talbiet ġew miċħuda permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, peress li, minħabba l-integrazzjoni tagħhom mal-persunal muniċipali, l-impjegati kkonċernati ma kinux għadhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta’ rappreżentanti legali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fit-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, wara li saret taf b’din id-deċiżjoni, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jiġifieri UGT-FSP, talbet kjarifiki mingħand l-Ayuntamiento de La Línea u sussegwentement, fit-<DATE ISO="20081113">13 ta’ Novembru 2008</DATE>, ippreżentat rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Juzgado de lo Social Único de Algeciras.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7626"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Juzgado de lo Social Único de Algeciras iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ir-rekwiżit taż-żamma tal-awtonomija li jirreferi għalih l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23/KE [...], huwa sodisfatt f’sitwazzjoni fattwali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali) fejn, wara l-irkupru ta’ diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku min-naħa ta’ kunsill muniċipali, il-ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mill-persunal tal-impriżi inkwistjoni li sa dakinhar kellhom l-imsemmija kuntratti jittieħdu mill-amministrazzjoni muniċipali u jiġu integrati mal-persunal tagħha, meta dawn huma l-istess ħaddiema (mingħajr eċċezzjoni) li jkomplu jokuppaw l-istess karigi tax-xogħol u jaqdu l-istess funzjonijiet li kellhom qabel l-imsemmi irkupru, fl-istess postijiet tax-xogħol u suġġetti għall-awtorità tal-istess superjuri diretti (superjuri ġerakiċi), mingħajr tibdil kunsiderevoli fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fejn l-unika differenza hija li issa l-għola superjuri ġerarkiċi tagħhom (superjuri għas-superjuri preċedenti tagħhom) huma r-rapreżentanti pubbliċi eletti inkwistjoni (kunsilliera muniċipali jew sindku)?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk entità ekonomika ttrasferita tippreżervax l-awtonomija, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, meta l-impjegati li kienu jifformaw parti mill-persunal tagħha jittieħdu minn kunsill u jiġu integrati mal-persunal ta’ dan tal-aħħar, u fil-każ fejn l-istess impjegati jibqgħu jokkupaw l-istess pożizzjonijiet u jwettqu l-istess funzjonijiet li kienu jwettqu qabel it-trasferiment, fl-istess postijiet tax-xogħol u taħt is-superviżjoni tal-istess superjuri ġerarkiċi, mingħajr bdil kunsiderevoli fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fejn l-unika differenza hija li issa l-għola superjuri ġerarkiċi tal-impriża ttrasferita huma r-rappreżentanti pubbliċi eletti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7627"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jikkunsidra li r-rekwiżiti ta’ trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23 ma humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, huwa jsostni li ma hemmx trasferiment ta’ elementi materjali sinjifikattivi bejn l-impriżi inkwistjoni u l-Ayuntamiento de La Línea, sa fejn l-iskejjel pubbliċi, it-toroq kif ukoll il-parkijiet u l-ġonna muniċipali diġà huma proprjetà tal-Ayuntamiento de La Línea. Huwa biss il-persunal kollu li kien impjegat mal-impriżi inkwistjoni li ttieħed. Issa, għalkemm il-ħaddiema jikkostitwixxu fattur importanti f’dawn is-servizzi, ma huwiex possibbli li jiġi injorat l-element materjali li fuqu huma bbażati s-servizzi ta’ portinerija, ta’ tindif u ta’ manutenzjoni fdati f’idejn l-imsemmija impriżi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jeħtieġ li preliminarjament jiġi ddeterminat jekk trasferiment bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqax taħt l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23. Fil-fatt, il-kwistjoni tal-awtonomija fis-sens tal-Artikolu 6(1) tqum biss jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun waħda affermattiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ trasferiment fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/23</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda t-teħid lura minn kunsill, persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku, ta’ numru ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi pubbliċi li sa dakinhar kienu jiġu pprovduti minn diversi impriżi privati. L-att li permezz tiegħu twettaq dan it-teħid lura huwa digriet muniċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7628"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 2001/23 tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li tħaddem bħala riżultat ta’ trasferiment permezz ta’ ftehim jew ta’ inkorporazzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-Direttiva 2001/23 hija intiża sabiex tiżgura l-kontinwità tar-relazzjonijiet tax-xogħol li jeżistu fil-kuntest ta’ entità ekonomika, indipendentement minn bdil tal-proprjetarju. Għalhekk, il-kriterju deċiżiv sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ trasferiment fis-sens ta’ din id-direttiva huwa li jiġi stabbilit jekk l-entità inkwistjoni żżommx l-identità tagħha, ħaġa li tiddependi b’mod partikolari fuq it-tkomplija effettiva tal-operat jew inkella t-teħid tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi, tat-<DATE ISO="19860318">18 ta’ Marzu 1986</DATE>, Spijkers, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="24/85" PAGE.ECR="1119" YEAR="1986">24/85, Ġabra p. 1119</REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12, kif ukoll tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Güney-Görres u Demir, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-232/04+C-233/04" PAGE.ECR="I-11237" YEAR="2005">C-232/04 u C-233/04, Ġabra p. I-11237</REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest tad-Direttiva 77/187, kif emendata bid-Direttiva 98/50, li s-sempliċi fatt li l-persuna li favura jsir it-trasferiment tkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku, f’dan il-każ kunsill, ma jippermettix li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ trasferiment li jaqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva (sentenza tas-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, Mayeur, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-175/99" PAGE.ECR="I-7755" YEAR="2000">C-175/99, Ġabra p. I-7755</REF.DOC.ECR>, punt 33). Din il-konklużjoni tgħodd ukoll fil-kuntest tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni li permezz tagħha twettaq it-teħid lura tal-konċessjonijiet ta’ servizzi pubbliċi huwa digriet, jiġifieri deċiżjoni meħuda b’mod unilaterali mill-Ayuntamiento de La Línea, ma tipprekludix il-konstatazzjoni ta’ trasferiment, fis-sens tad-Direttiva 2001/23, bejn l-impriżi privati u l-Ayuntamiento de La Línea.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li t-trasferiment jirriżulta minn deċiżjonijiet unilaterali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u mhux minn qbil tal-intenzjonijiet ma jeskludix l-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva (ara s-sentenzi, tad-<DATE ISO="19920519">19 ta’ Mejju 1992</DATE>, Redmond Stichting, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/91" PAGE.ECR="I-3189" YEAR="1992">C-29/91, Ġabra p. I-3189</REF.DOC.ECR>, punti 15 sa 17, kif ukoll tal-<DATE ISO="20000914">14 ta’ Settembru 2000</DATE>, Collino u Chiappero, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-343/98" PAGE.ECR="I-6659" YEAR="2000">C-343/98, Ġabra p. I-6659</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7629"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex id-Direttiva 2001/23 tkun applikabbli, it-trasferiment għandu jkun jirrigwarda entità ekonomika organizzata b’mod stabbli, li l-attività tagħha ma tkunx limitata għat-twettieq ta’ biċċa xogħol speċifika (ara, b’mod partikolari, is-sentenza, tad-<DATE ISO="19950919">19 ta’ Settembru 1995</DATE>, Rygaard, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-48/94" PAGE.ECR="I-2745" YEAR="1995">C-48/94, Ġabra p. I-2745</REF.DOC.ECR>, punt 20). Il-kunċett ta’ entità għalhekk jirreferi għal grupp organizzat ta’ persuni u elementi li jippermetti t-twettieq ta’ attività ekonomika li jkollha għan speċifiku għaliha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi, tal-<DATE ISO="19970311">11 ta’ Marzu 1997</DATE>, Süzen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/95" PAGE.ECR="I-1259" YEAR="1997">C-13/95, Ġabra p. I-1259</REF.DOC.ECR>, punt 13; tal-<DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, Abler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-340/01" PAGE.ECR="I-14023" YEAR="2003">C-340/01, Ġabra p. I-14023</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll Güney-Görres u Demir, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-rekwiżiti ta’ trasferiment ta’ entità ekonomika organizzata b’mod stabbli humiex sodisfatti, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni, fosthom, b’mod partikolari, it-tip ta’ impriża jew negozju inkwistjoni, it-trasferiment jew nuqqas ta’ trasferiment ta’ elementi korporali, bħal bini jew beni mobbli, il-valur tal-elementi inkorporali meta seħħ it-trasferiment, it-teħid jew nuqqas ta’ teħid tal-persunal mill-proprjetarju l-ġdid, it-trasferiment jew in-nuqqas ta’ trasferiment tal-klijentela, kif ukoll il-livell ta’ xebh bejn l-attivitajiet imwettqa qabel u dawk imwettqa wara t-trasferiment u t-tul ta’ eventwali sospensjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Madankollu, dawn l-elementi jikkostitwixxu biss aspetti parzjali tal-evalwazzjoni globali li għandha titwettaq u ma jistgħux, għalhekk, jiġu evalwati b’mod iżolat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Spijkers, punt 13; Redmond Stichting, punt 24; Süzen, punt 13; Abler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 33 u 34, kif ukoll Güney-Görres u Demir, punti 33 u 34).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li entità ekonomika tista’, f’ċerti setturi, tiffunzjona mingħajr assi, korporali jew inkorporali, sinjifikattivi, b’tali mod li ż-żamma tal-identità ta’ tali entità lil hinn mill-operazzjoni li tagħha hija s-suġġett ma jistax, per eżempju, jiddependi fuq it-trasferiment ta’ tali elementi (ara s-sentenzi Süzen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18; tal-<DATE ISO="19981210">10 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/96+C-229/96+C-74/97" PAGE.ECR="I-8179" YEAR="1998">C-127/96, C-229/96 u C-74/97, Ġabra p. I-8179</REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll Hidalgo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/96+C-247/96" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="1998">C-173/96 u C-247/96, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7630"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sa fejn, f’ċerti setturi fejn l-attività hija essenzjalment ibbażata fuq il-ħaddiema, grupp ta’ ħaddiema li fit-tul iwettaq attività ekonomika jista’ jikkostitwixxi entità ekonomika, tali entità tista’ żżomm l-identità tagħha lil hinn mit-trasferiment tagħha meta l-proprjetarju l-ġdid ma jillimitax ruħu li jkompli l-attività inkwistjoni iżda jieħu wkoll parti essenzjali, f’termini ta’ numru u ta’ kompetenzi, mill-persunal li l-predeċessur tiegħu kien speċifikament jiddedika għal din il-funzjoni. F’dan il-każ, il-proprjetarju l-ġdid effettivament jikseb il-grupp organizzat ta’ elementi li jippermettilu li b’mod stabbli jkompli l-attivitajiet jew uħud mill-attivitajiet tal-proprjetarju preċedenti (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Süzen, punt 21; Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 32, kif ukoll Hidalgo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward ta’ impriża ta’ tindif, li grupp organizzat ta’ impjegati li huwa speċifikament u fit-tul inkarigat li jwettaq funzjoni komuni jista’, fin-nuqqas ta’ fatturi oħra ta’ produzzjoni, jikkostitwixxi entità ekonomika (sentenza Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tagħha, iċ-ċirkustanza li, fil-kawża prinċipali, l-elementi li huma s-suġġett tas-servizzi pprovduti mill-impriżi privati, jiġifieri l-bini tal-iskejjel, it-toroq, il-parks u l-ġonna pubbliċi, ma ġewx trasferiti hija kompletament irrilevanti. Fil-fatt, l-assi materjali li għandhom, jekk ikun il-każ, jittieħdu inkunsiderazzjoni huma l-installazzjonijiet, il-makkinarju u/jew l-ekwipaġġament li effettivament jintużaw sabiex jiġu pprovduti s-servizzi ta’ purtinerija, ta’ tindif u ta’ manutenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, fid-dawl tal-punti ta’ interpretazzjoni kollha preċedenti, jekk fil-kawża prinċipali kienx hemm trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7631"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>awtonomija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/23</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol isostni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>awtonomija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/23, għandu jiġi interpretat bħala ekwivalenti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>identità<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> msemmi fl-Artikolu 1(1)(b) ta’ din id-direttiva. Madankollu, tali interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23, il-kwistjoni dwar iż-żamma tal-identità għandha tiġi evalwata fil-mument ta’ meta l-entità ekonomika kkonċernata tiġi ttrasferita permezz ta’ ftehim jew ta’ inkorporazzjoni legali. Huwa biss fil-każ fejn l-identità ta’ din l-entità tinżamm li tali operazzjoni tista’ tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar iż-żamma tal-awtonomija tista’ tiġi evalwata biss wara li tkun diġà ġiet ikkonstatata l-eżistenza tat-trasferiment, fis-sens tad-Direttiva 2001/23. Fil-fatt, din id-direttiva tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ kull trasferiment li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 1(1) tagħha, indipendentement minn jekk l-entità ekonomika tippreservax jew le l-awtonomija tagħha fl-istruttura tal-persuna li favura jsir it-trasferiment (ara s-sentenza, tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Klarenberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-466/07" PAGE.ECR="I-803" YEAR="2009">C-466/07, Ġabra p. I-803</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Li kieku l-kunċetti ta’ identità u ta’ awtonomija kienu ekwivalenti, il-parti inizjali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, li tistabbilixxi r-rekwiżit li l-impriża, n-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju inkwistjoni jippreżervaw l-awtonomija tagħhom, titlef l-effett utli tagħha, peress li l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jkun awtomatikament applikabbli fil-każ li l-entità kummerċjali tippreżerva l-identità tagħha, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) tal-imsemmija direttiva. Għaldaqstant dawn il-kunċetti ma humiex ekwivalenti u l-kwistjoni dwar jekk impriża<?PAGE NO="I-7632"?> ppreżervatx l-awtonomija tagħha, għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/23, tista’ tiġi kkunsidrata biss ladarba jiġi stabbilit li kien hemm trasferiment ta’ beni fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ awtonomija, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmi Artikolu 6 ma jinkludi ebda definizzjoni ta’ dan il-kunċett. L-imsemmi kunċett lanqas ma huwa ddefinit fl-artikoli l-oħra tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, kemm mir-rekwiżiti ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma tagħmel ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jiġu interpretati b’mod awtonomu u uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha (ara, f’dan is-sens, reċentement, is-sentenza, tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Yaesu Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/08" PAGE.ECR="I-11487" YEAR="2009">C-433/08, Ġabra p. I-11487</REF.DOC.ECR>, punt 18, u l-ġurisprudenza ċċitata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza daqstant stabbilita, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini, li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li fl-istess ħin jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxa mil-leġiżlazzjoni li minnha jiffurmaw parti (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi, tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, easyCar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/03" PAGE.ECR="I-1947" YEAR="2005">C-336/03, Ġabra p. I-1947</REF.DOC.ECR>, punt 21; tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Wallentin-Hermann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-549/07" PAGE.ECR="I-11061" YEAR="2008">C-549/07, Ġabra p. I-11061</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, C-556/07, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu l-ewwel nett jitfakkar li d-Direttiva 2001/32 hija intiża li tiżgura l-osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ li jinbidel il-proprjetarju tal-impriża, billi tippermettilhom li jibqgħu jaħdmu taħt it-tmexxija l-ġdida bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftehma mal-proprjetarju preċedenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi,<?PAGE NO="I-7633"?> tal-<DATE ISO="19880210">10 ta’ Frar 1988</DATE>, Foreningen af Arbejdsledere i Danmark, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="324/86" PAGE.ECR="739" YEAR="1988">324/86, Ġabra p. 739</REF.DOC.ECR>, punt 9; tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Werhof, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-499/04" PAGE.ECR="I-2397" YEAR="2006">C-499/04, Ġabra p. I-2397</REF.DOC.ECR>, punt 25, u tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, Juuri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="396/07" PAGE.ECR="I-8883" YEAR="2008">C-396/07, Ġabra p. I-8883</REF.DOC.ECR>, punt 28). Id-dritt li l-ħaddiema jkunu rrappreżentati jifforma parti minn dawn id-drittijiet. Isegwi li, bħala regola ġenerali, din ir-rappreżentanza ma għandiex tiġi affettwata mit-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, li fih ir-regola ġenerali dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema, jipprovdi li jekk l-impriża, in-negozju jew parti mill-impriża jew min-negozju jżommu l-awtonomija tagħhom, l-istatus u l-funzjoni tar-rappreżentanti jew tar-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati mit-trasferiment għandhom jiġu ppreservati skont l-istess termini u suġġetti għall-istess kundizzjonijiet li kien jeżistu qabel id-data tat-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat li, skont it-tifsira komuni fil-lingwaġġ ta’ kuljum, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>awtonomija<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jfisser id-dritt li wieħed jiggverna ruħu permezz tal-liġijiet tiegħu stess.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Applikat fir-rigward ta’ entità ekonomika dan it-terminu jfisser is-setgħa, mogħtija lill-persuni responsabbli minn din l-entità, li jorganizzaw, b’mod relattivament liberu u indipendenti, ix-xogħol fi ħdan l-imsemmija entità bil-għan li titwettaq l-attività ekonomika tagħha u, b’mod partikolari, is-setgħa li joħorġu ordnijiet u li jagħtu istruzzjonijiet, li jqassmu l-funzjonijiet lill-ħaddiema tal-entità inkwistjoni kif ukoll li jiddeċiedu dwar l-użu li għandu jsir mill-mezzi materjali għad-dispożizzjoni tagħhom, u dan mingħajr l-intervent dirett min-naħa ta’ strutturi oħra ta’ organizzazzjoni tal-persuna li tħaddem (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>setgħat ta’ organizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7634"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala prinċipju l-awtonomija tiġi ppreżervata, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, meta, wara t-trasferiment, is-setgħat ta’ organizzazzjoni tal-persuni responsabbli mill-entità ttrasferita jibqgħu, fi ħdan l-istrutturi ta’ organizzazzjoni tal-persuna li favura jsir it-trasferiment, sostanzjalment l-istess meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti qabel it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, f’din l-ipoteżi, id-dritt tal-ħaddiema li jkunu rrappreżentati għandu, bħala prinċipju, jiġi eżerċitat skont l-istess modalitajiet u taħt l-istess kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’sitwazzjoni fejn, wara t-trasferiment, il-ħaddiema jaqgħu taħt persuni responsabbli li s-setgħat ta’ organizzazzjoni tagħhom ikunu ġew imnaqqsa u ma jistgħux iktar jiġu kklassifikati bħala awtonomi, għaldaqstant l-interessi ta’ dawn il-ħaddiema nbidlu u, konsegwentement, il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet tar-rappreżentazzjoni tagħhom għandhom jiġu adattati għal bidliet li seħħew. Huwa għal din ir-raġuni li, hekk kif jirriżulta mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, il-mandat tar-rappreżentanti tal-ħaddiema kkonċernati mit-trasferiment għandu, f’tali ipoteżi, ikun limitat biss għall-perijodu neċessarju sabiex terġa’ titwaqqaf jew terġa’ tiġi maħtura r-rappreżentanza tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ eventwali distribuzzjoni mill-ġdid ta’ ċerti setgħat ta’ organizzazzjoni fi ħdan l-entità ttrasferita, din, bħala prinċipju, x’aktarx ma tippreġudikax l-awtonomija tagħha. Il-fattur rilevanti huwa li l-persuni responsabbli kollha tal-entità ttrasferita jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta’ organizzazzjoni li huma diġà kellhom, qabel it-trasferiment, meta mqabbla ma strutturi oħra ta’ organizzazzjoni tal-persuna li tħaddem il-ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sempliċi bdil tal-għola superjuri ġerarkiċi, bħal fil-kawża prinċipali, ma jistax ikun, fih innifsu, ta’ ħsara għall-awtonomija tal-entità ttrasferita.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7635"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Huma biss setgħat li jippermettu li dawn is-superjuri ġerarkiċi jorganizzaw direttament l-attività tal-ħaddiema ta’ din l-entità u li jissostitwixxu ruħhom għal dawk li preċedentement kienu jieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan din tal-aħħar, li jistgħu jippreġudikaw l-awtonomija tal-imsemmija entità. Madankolu huwa sottointiż li t-tali sostituzzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-entità ttrasferita ma tistax tiġi kkunsidrata bħala ta’ ħsara għall-awtonomija tagħha jekk din isseħħ, b’mod eċċezzjonali, f’ċirkustanzi ta’ urġenza bħal inċident gravi li huwa ta’ ħsara għall-funzjonament ta’ din l-entità, b’mod temporanju u skont regoli stabbiliti għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sempliċi setgħa ta’ kontroll min-naħa tal-għola superjuri ġerarkiċi ma taffettwax, ġeneralment, l-awtonomija tal-entità ttrasferita, dejjem sakemm din ma tkunx tinkludi wkoll setgħat bħal dawk indikati fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ awtonomija tippermetti, barra minn hekk, li jiġi mħares l-effett utli tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/23, peress li, fil-prattika, it-trasferiment ta’ impriża, ta’ negozju jew ta’ parti minn impriża jew negozju kważi dejjem jirriżulta fil-bdil tal-għola superjuri ġerarkiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkonfutata mill-argumenti tal-Gvern Spanjol li jgħidu li tali interpretazzjoni, li fil-kawża prinċipali tkun timplika t-tkomplija tar-rappreżentazzjoni eżistenti tal-ħaddiema, min-naħa, tagħti lok għal forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>rappreżentazzjoni doppja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fi ħdan il-persunal tal-persuna li tħaddem il-ġdida u, min-naħa l-oħra, tkun tfisser li jiġi injorat id-dannu ekonomiku li l-persuna li tħaddem il-ġdida ssofri minħabba l-obbligu tagħha li tagħti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sigħat ta’ delegazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> lir-rappreżentanti tal-ħaddiema ttrasferiti. Fil-fatt, dawn l-argumenti huma sempliċement intiżi li jikkonfutaw il-konsegwenzi legali tal-għażla li l-leġiżlatur tal-Unjoni għamel permezz tal-introduzzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7636"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Bl-istess mod, anki l-argument tal-Gvern Spanjol ibbażat fuq diskriminazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, fir-rigward tar-rappreżentanti tal-persunal u tad-delegati sindakali tal-persunal eżistenti tal-persuna li tħaddem il-ġdida, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tagħha, anki jekk jiġi meqjus li l-ħaddiema ttrasferiti u dawk impjegati mill-persuna li tħaddem il-ġdida jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli, xorta jibqa’ l-fatt li t-trattament differenti li jirriżulta minn possibbiltà ta’ żbilanċ fi ħdan l-organizzazzjoni tal-persuna li tħaddem il-ġdida, bi ħsara għad-delegati sindakali li diġà huma impjegati hemmhekk u tar-rappreżentanti tal-persunal ikkonċernati, li n-numru tagħhom ma jinbidilx, ikun iġġustifikat fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2001/23, li huwa dak li tiżgura, sa fejn possibbli u fil-prattika, li l-ħaddiema l-ġodda ma jkunux żvantaġġati minħabba t-trasferiment meta mqabbla mas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-preġudizzju għal-libertà sindakali tal-persunal eżistenti, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Gvern Spanjol ma jurix kif, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, iż-żamma tar-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-entità ttrasferita tista’ taffettwa l-eżerċizzju ta’ din il-libertà fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li entità ekonomika ttrasferita tippreżerva l-awtonomija tagħha, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/23, kemm-il darba s-setgħat mogħtija lill-persuni responsabbli minn din l-entità, fi ħdan l-istrutturi ta’ organizzazzjoni tal-persuna li titrasferixxi, jiġifieri s-setgħa li jorganizzaw, b’mod relattivament liberu u indipendenti, ix-xogħol fi ħdan l-imsemmija entità bil-għan li titwettaq l-attività ekonomika tagħha u, b’mod partikolari, is-setgħa li joħorġu ordnijiet u li jagħtu istruzzjonijiet, li jqassmu funzjonijiet lill-ħaddiema tal-entità inkwistjoni kif ukoll li jiddeċiedu dwar l-użu li għandu jsir mill-mezzi materjali għad-dispożizzjoni tagħhom, mingħajr l-intervent dirett min-naħa ta’ strutturi oħra ta’ organizzazzjoni tal-persuna li tħaddem, jibqgħu, fi ħdan l-istrutturi ta’ organizzazzjoni tal-persuna li favura jsir it-trasferiment, essenzjalment l-istess. Is-sempliċi bdil tal-għola superjuri ġerarkiċi ma jistax ikun, fih innifsu, ta’ ħsara għall-awtonomija tal-entità ttrasferita,<?PAGE NO="I-7637"?> dejjem sakemm dawn l-għola superjuri ġerarkiċi l-ġodda ma jkollhomx setgħat li jippermettulhom li jorganizzaw direttament l-attività tal-ħaddiema ta’ din l-entità u għalhekk li jissostitwixxu ruħhom għas-superjuri immedjati ta’ dawn il-ħaddiema fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan din l-entità.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Entità ekonomika ttrasferita tippreżerva l-awtonomija tagħha, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati [ħaddiema] fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, kemm-il darba s-setgħat mogħtija lill-persuni responsabbli minn din l-entità, fi ħdan l-istrutturi ta’ organizzazzjoni tal-persuna li titrasferixxi, jiġifieri s-setgħa li jorganizzaw, b’mod relattivament liberu u indipendenti, ix-xogħol fi ħdan l-imsemmija entità bil-għan li titwettaq l-attività ekonomika tagħha u, b’mod partikolari, is-setgħa li joħorġu ordnijiet u li jagħtu istruzzjonijiet, li jqassmu funzjonijiet lill-ħaddiema tal-entità inkwistjoni kif ukoll li jiddeċiedu dwar l-użu li għandu jsir mill-mezzi materjali<?PAGE NO="I-7638"?> għad-dispożizzjoni tagħhom, mingħajr l-intervent dirett min-naħa ta’ strutturi oħra ta’ organizzazzjoni tal-persuna li tħaddem, jibqgħu, fi ħdan l-istrutturi ta’ organizzazzjoni tal-persuna li favura jsir it-trasferiment, essenzjalment l-istess.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Is-sempliċi bdil tal-għola superjuri ġerarkiċi ma jistax ikun, fih innifsu, ta’ ħsara għall-awtonomija tal-entità ttrasferita, dejjem sakemm dawn l-għola superjuri ġerarkiċi l-ġodda ma jkollhomx setgħat li jippermettulhom li jorganizzaw direttament l-attività tal-ħaddiema ta’ din l-entità u għalhekk li jissostitwixxu ruħhom għas-superjuri immedjati ta’ dawn il-ħaddiema fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan din l-entità.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>