11.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 398/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1954

tad-9 ta’ Novembru 2021

li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Sophie GRENADE, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(4)

Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sa Miranda ULENS,Secrétaire générale de l’ABVV-FGTB, Federation Générale du Travail de Belgique(Segretarju Ġenerali tat-trade union ABVV-FGTB), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Miranda ULENS, Secrétaire générale de l’ABVV-FGTB, Fédération Générale du Travail de Belgique(Segretarju Ġenerali tat-trade union ABVV-FGTB) hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ŠIRCELJ


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).