|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/65 |
14.1.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/65
tal-31 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2123 fir-rigward tal-kundizzjonijiet li bihom jitressaq Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul separat għall-kunsinni li jitilqu minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għal punt ta’ kontroll fejn għandhom jitwettqu verifiki identitarji u fiżiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi l-qafas għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dak il-qafas jinkludi kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu verifiki identitarji u verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament f’punt ta’ kontroll li mhuwiex il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jwettqu dawn il-verifiki. |
|
(3) |
L-Artikolu 2(1), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123 jipprevedi li l-operatur jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll fejn ikunu jridu jsiru l-verifiki identitarji u fiżiċi, il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna u l-mezz tat-trasport billi jimla u jissottometti Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (“CHED”) separat fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata traċċabbiltà adegwata tal-kunsinna trasferita lejn punt ta’ kontroll li mhuwiex il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u biex l-awtoritajiet rilevanti jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u dwar kwalunkwe deċiżjoni dwar dik il-kunsinna, jenħtieġ li l-operaturi jkunu meħtieġa jikkolega ż-żewġ CHEDs. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2123 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123
Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(d) |
qabel ma l-kunsinna titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-operatur ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll fejn ikunu jridu jsiru l-verifiki identitarji u fiżiċi, il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna u l-mezz tat-trasport billi jimla u jissottometti CHED separat għal dik il-kunsinna fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (“IMSOC”), u billi jikkolega s-CHED separat mas-CHED imsemmi fil-punt (a);”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2123/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/65/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)