10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1175

tas-7 ta’ Awwissu 2020

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181. Flimkien ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab biex dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Jannar 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, il-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 ma fihx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Fil-konklużjonijiet tagħha, ikkunsidrat ukoll li l-applikant jipproponi li jittikketta l-addittiv bid-dikjarazzjoni ta’ periklu H335 (jista’ jikkawża irritazzjoni respiratorja) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (3). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ladarba s-sustanza tintuża fl-ikel u l-funzjoni tagħha fl-għalf hija l-istess bħal fl-ikel, ma hemmx għalfejn tintwera l-effikaċja fl-għalf.

(5)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. Għall-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina, jenħtieġ li l-kontenut rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittiv. Meta tali kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċertu informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel.

(6)

L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-fatt li l-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 mhuwiex awtorizzat biex jintuża bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost, li jingħata mal-ilma.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2020;18(2):6003.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b920i

—

Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina

Prodott bil-fermentazzjoni tal- Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181

Purità: min. 98,5 %

Formula kimika: C3H7NO2S •HClH2O.

Numru CAS 7048-04-6

FLAVIS 17.032

Metodu ta’ analiżi  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), Ph.Eur. 6.6-2.2.56-Metodu 1

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FD)

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fit-taħlitiet lesti minn qabel:

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009

(Anness III, F)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana għandhom jiġu indikati.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg”.

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali bl-inalazzjoni. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż b’protezzjoni għan-nifs.

30.9.2030


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports