|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/613 |
26.2.2025 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/326/2025/S
DIRETTUR
(grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
Direttorat ġenerali għas-sigurtà u l-protezzjoni — Direttorat għall-operazzjonijiet ta’ sigurtà
(C/2025/613)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni, id-Direttorat għall-Operazzjonijiet ta’ Sigurtà, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-impjieg huma previsti mir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li, b’obbligu impost mir-Regolamenti tal-Persunal, il-membri l-ġodda kollha tal-persunal jeħtiġilhom itemmu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur u li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regoli dwar il-politika tal-mobbiltà li ġew adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibbiltà kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.
2. Post tax-xogħol
Il-Lussemburgu. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u juri l-akbar interess għall-applikazzjonijiet kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-direttur ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-direttorat filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u l-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-direttur ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tmexxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabbiltajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
(b) Rekwiżiti speċifiċi
(i)
|
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-anqas sena (5) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar. Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta’ Stat Membru. Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE (6) jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba f’pajjiż mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/. |
(ii)
Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:
|
— |
tnax-il sena, eżerċitati mill-anqas parzjalment fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat u li jinkludu:
|
(iii)
Il-pożizzjoni teżiġi għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), kif ukoll għarfien sodisfaċenti ta’ mill-anqas lingwa waħda oħra minnhom.
Il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
l-Erbgħa, it-12 ta’ Marzu 2025, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf u b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8), ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/326/2025/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (9), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/326/2025/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (10) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aktar reċentement mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(3) Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-Anness.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31/12/2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż li jkun Stat Membru tal-UE.
(7) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(8) Ibid
(9) https://europa.eu/europass/
(10) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
DIRETTORAT ĠENERALI GĦAS-SIGURTÀ U L-PROTEZZJONI
DIRETTORAT GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ SIGURTÀ
DMIRIJIET PRINĊIPALI
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinament u l-motivazzjoni tal-unitajiet u tas-servizzi tad-direttorat, filwaqt li jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni bejn is-servizzi differenti tad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Jiżgura s-sigurtà u l-sikurezza tal-persuni, tal-binjiet u tal-proprjetà fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet politiċi; |
|
— |
Jiggarantixxi l-kontroll tal-aċċess tal-persuni u l-vetturi, kif ukoll il-kontroll tas-sigurtà tal-kunsinni u tal-posta li jidħlu fil-binjiet tal-Parlament; |
|
— |
Jiżgura l-protezzjoni mill-qrib tal-President tal-Parlament Ewropew u s-sigurtà tal-punti strateġiċi fil-bini tal-Parlament minn uffiċjali armati; |
|
— |
Jiżgura l-kuntatt u jorganizza l-kollaborazzjoni neċessarja mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi ospitanti u s-servizzi ta’ sigurtà tal-istituzzjonijiet l-oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu; |
|
— |
Jikkontribwixxi għar-rivalutazzjoni tal-miżuri tekniċi neċessarji biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-tliet postijiet tax-xogħol, u jikkollabora fi proġetti ta’ direttorati oħra li jista’ jkollhom impatt fuq id-direttorat għall-operazzjonijiet; |
|
— |
Jeżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
UNITÀ TAS-SIGURTÀ BRUSSELL
|
— |
Tiżgura l-funzjonijiet kollha dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni fis-sit ta’ Brussell; |
|
— |
Tiżgura l-kontroll tal-aċċess għall-bini u l-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell (persuni, vetturi, fornimenti u posta); |
|
— |
Tiżgura li ż-żjarat uffiċjali, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u kull tip ta’ avveniment isiru mingħajr xkiel; |
|
— |
Tfassal opinjonijiet dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u tara li r-regoli jiġu applikati mill-persunal; |
|
— |
Tipparteċipa fit-tfassil ta’ opinjonijiet dwar is-sigurtà fil-proġetti ta’ kostruzzjoni u sistemazzjoni tal-binjiet u tipparteċipa fil-monitoraġġ tax-xogħlijiet; |
|
— |
Timplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Parlament Ewropew dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-applikazzjoni u r-rispett tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u Ewropej dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet oħra dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
UNITÀ TAS-SIGURTÀ STRAŻBURGU
|
— |
Tiżgura l-funzjonijiet kollha dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni fis-sit ta’ Strażburgu; |
|
— |
Tiżgura l-kontroll tal-aċċess għall-bini u l-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu (persuni, vetturi, fornimenti u posta); |
|
— |
Tiżgura li ż-żjarat uffiċjali, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u kull tip ta’ avveniment isiru mingħajr xkiel; |
|
— |
Tfassal opinjonijiet dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u tara li r-regoli jiġu applikati mill-persunal; |
|
— |
Tipparteċipa fit-tfassil ta’ opinjonijiet dwar is-sigurtà fil-proġetti ta’ kostruzzjoni u sistemazzjoni tal-binjiet u tipparteċipa fil-monitoraġġ tax-xogħlijiet; |
|
— |
Timplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Parlament Ewropew dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-applikazzjoni u r-rispett tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u Ewropej dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet oħra dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
UNITÀ TAS-SIGURTÀ LUSSEMBURGU
|
— |
Tiżgura l-funzjonijiet kollha dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni fis-sit tal-Lussemburgu; |
|
— |
Tiżgura l-kontroll tal-aċċess għall-bini u l-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu (persuni, vetturi, fornimenti u posta); |
|
— |
Tiżgura li ż-żjarat uffiċjali, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u kull tip ta’ avveniment isiru mingħajr xkiel; |
|
— |
Tfassal opinjonijiet dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u tara li r-regoli jiġu applikati mill-persunal; |
|
— |
Tipparteċipa fit-tfassil ta’ opinjonijiet dwar is-sigurtà fil-proġetti ta’ kostruzzjoni u sistemazzjoni tal-binjiet u tipparteċipa fil-monitoraġġ tax-xogħlijiet; |
|
— |
Timplimenta d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Parlament Ewropew dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-applikazzjoni u r-rispett tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u Ewropej dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet oħra dwar is-sigurtà u s-sikurezza; |
UNITÀ TAL-PROTEZZJONI
|
— |
Tiżgura l-protezzjoni fiżika tal-President tal-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet tax-xogħol f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura u mal-liġijiet tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni tal-missjonijiet; |
|
— |
Tiżgura li ż-żjarat uffiċjali, il-laqgħat u l-avvenimenti li fihom tipparteċipa l-President tal-Parlament isiru mingħajr xkiel; |
|
— |
Iżżomm il-kollaborazzjoni mas-sħab interni u esterni involuti fit-tħejjija tal-attivitajiet ta’ kuljum tal-President tal-Parlament Ewropew u tat-twettiq tal-missjonijiet, b’mod partikolari mas-servizz tal-Protokoll, mal-Kabinett tal-President, mal-Unitajiet tas-Sigurtà Operattiva u mas-servizzi tal-pulizija nazzjonali kkonċernati; |
|
— |
Tiżgura l-kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-istituzzjonijiet l-oħra għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni mill-qrib u mas-sigurtà; |
|
— |
Iżżomm livell għoli ta’ kollaborazzjoni mal-pulizija federali Belġjana u mal-pulizija Franċiża, sabiex tiżgura taħriġ professjonali kontinwu lill-uffiċjali tal-protezzjoni mill-qrib u lill-uffiċjali armati; |
|
— |
Tikkontribwixxi għall-ippjanar u għall-koordinament tal-arranġamenti ta’ protezzjoni mill-qrib tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-uffiċjali armati; Torganizza t-taħriġ meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-membri taż-żewġ timijiet; Tieħu ħsieb it-tiġdid tal-liċenzji għall-ġarr tal-armi individwali; |
|
— |
Twettaq il-kompiti kollha relatati mas-sigurtà u mal-protezzjoni tal-persuni u tal-beni fit-tliet postijiet tax-xogħol f’każ ta’ attakk li jipperikola l-ħajja tan-nies u l-beni. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/613/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)