Official Journal L 335 , 06/12/1997 P. 0015 - 0016
Id-Direttiva 97/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Novembru 1997 li temenda d-Direttivi 76/116/KEE, 80/876/KEE, 89/284/KEE u 89/530/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Bill l-Artikolu G tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ssostitwixxa l-espressjoni ‘Komunità Ekonomika Ewropea’ bl-espressjoni ‘Komunità Ewropea’; billi l-inizjali ‘KEE’ għandhom għalhekk jiġu sostitwiti bl-inizjali ‘KE’; Billi l-espressjoni ‘fertilizzant KEE’ tinstab f’ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fertilizzanti [4], id-Direttiva tal-Kunsill 80/876/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fertilizzanti puri ta’ nitrat ta’ l-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu [5], d-Direttiva tal-Kunsill 89/284/KEE tat-13 ta’ April 1989 li tissupplimenta u temenda d-Direttiva 76/116/KEE fir-rigward tal-kontenut ta’ kalċju, tal-manjesju, tas-sodju u tal-kubrit tal-fertilizzanti [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 89/530/KEE tat-18 ta’ Settembru 1989 li tissupplementa u temenda d-Ditrettiva 76/116/KEE fir-rigward ta’ l-oligoelementi ta’ boron, cobalt, ramm, ħadid, manganese, molybendum u żingu kontenuti fil-fertilizzanti. [7]; billi, bħala konsegwenza, l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita f’dawn id-disposizzjonijiet bit-termini ‘fertilizzant tal-KE’; Billi, madankollu, l-fabbrikanti normalment iżommu ħażna ta’ kwantitajiet kbar ta’ materjal għall-imballaġġ, tikketti u dokumenti li jkunu magħhom, u b’ hekk jesponu ruħhom għar-riskju li jidħlu fi spejjeż addizzjonali fil-każ li din il-bidla tiġi mplimentata b’effett immedjat; billi, għalhekk, għandu jiġi ffissat perijodu li tulu l-materjal għall-imballaġġ, it-tikketti u d-dokumenti li jkun hemm magħhom immarkati ‘fertilizzant tal-KEE’ jistgħu jibqgħu jintużaw, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Id-Direttiva 76/116/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) fl-Artikolu 1, l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni ‘fertilizzant tal-KE’; (b) fl-Artikolu 2, l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni ‘fertilizzant tal-KE’; (ċ) fl-Artikolu 7, l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni ‘fertilizzant tal-KE’; (d) fl-Artikolu 8(1), l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE"; (e) fl-Anness II, il-punt 1 (a), l-espressjoni ‘FERTILIZZANT TAL-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; 2. Id-Direttiva 80/876/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) fl-Artikolu 2, l-espressjoni "fertilizzant tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE"; (b) fl-Artikolu 4, l-espressjoni "fertilizzant tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE"; (ċ) fl-Artikolu 6, l-espressjoni ‘fertilizzant tal-KEE’ għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE"; (d) fl-Artikolu 7(1), l-espressjoni "fertilizzant tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE"; (e) fl-Artikolu 7(3), l-espressjoni "fertilizzant tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE". 3. Id-Direttiva 89/284/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) Fl-Artikolu 1, l-espressjoni "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzanti tal-KE"; (b) fl-Artikolu 2, "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzanti tal-KE"; (ċ) fl-Artikolu 4, l-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; (d) fl-Artikolu 6(a), l-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; (e) fl-Artikolu 9(1) u (2), l-espressjoni "fertilizzant tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzant tal-KE". 4. Id-Direttiva 89/530/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: (a) fl-Artikolu 1(1), l-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; (b) fl-Artikolu 1(2), it-termini "FERTILIZZANT TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; (ċ) fl-Artikolu 2, l-espressjoni "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzanti tal-KE"; (d) fil-kliem ta’ introduzzjoni għall-Artikolu 3(1), l-espressjoni "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzanti tal-KE"; (e) fl-Artikolu 3(1)(b), it-termini "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bit-termini "fertilizzanti tal-KE". (f) fl-Artikolu 4(a), l-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANT TAL-KE"; (g) fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6, l-espressjoni "fertilizzanti tal-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "fertilizzanti tal-KE"; (h) fil-Kapitoli Ċ u D ta’ l-Anness, l-espressjoni "FERTILIZZANTI TAL-KEE" għandha tiġi sostitwita bl-espressjoni "FERTILIZZANTI TAL-KE"; Artikolu 2 Il-materjal għall-imballaġġ, it-tikketti u d-dokumenti li jkun hemm magħhom immarkati "FERTILIZZANT TAL-KEE" jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 1998. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 Lulju 1998. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet kollha tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 1997. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-Robles Għall-Kunsill Il-President J. Poos [1] ĠU Nru Ċ 19, tat- 18.1.1997, p. 6. [2] ĠU Nru ċ 89, tad- 19.3.1997, p. 17. [3] () L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 Marzu 1997 (ĠU Nru ċ 115, ta’ l- 14.4.1997, p. 24), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 (ĠU Nru ċ 237, ta’ l- 4.8.1997, p. 14) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Settembru 1997 (ĠU Nru ċ 304, tas- 6.10.1997, p. 79). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1997. [4] () ĠU Nru L 24, tat-30.1.1976, p. 21. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/28/KE (ĠU Nru L 140, tat-13.6.1996, p. 30). [5] () ĠU Nru L 250, tat-23.9.1980, p. 7. [6] () ĠU Nru L 111, tat-22.4.1989, p. 34. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/69/KEE (ĠU Nru L 185, tat-28.7.1993, p. 30). [7] () ĠU Nru L 281, tat-30.9.1989, p. 116. --------------------------------------------------