European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/261

18.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/261

tas-17 ta’ Jannar 2024

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-bżar iswed u tal-oleoreżina tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u tal-estratt superkritiku tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sustanzi żejt essenzjali tal-bżar iswed u oleoreżina tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L., u l-estratt superkritiku tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali mingħajr limitu ta’ żmien, f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Sussegwentement, dawn is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jagħmlu parti mill-kategorija “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-bżar iswed, tal-oleoreżina tal-bżar iswed u tal-estratt superkritiku tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, fejn ġie mitlub li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Sussegwentement, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-estratt superkritiku tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. fir-rigward tal-użu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-qtates u l-klieb.

(4)

L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma tax-xorb ma jiġix permess.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, iż-żejt essenzjali tal-bżar iswed, l-estratt superkritiku tal-bżar iswed, u l-oleoreżina tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. huma sikuri għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali tal-bżar iswed, l-estratt superkritiku tal-bżar iswed u l-oleoreżina tal-bżar iswed jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzaturi respiratorji u tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li minħabba li s-sustanzi huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u billi l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li ż-żejt essenzjali tal-bżar iswed, l-oleoreżina tal-bżar iswed u l-estratt superkritiku tal-bżar iswed mill-Piper nigrum L. jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn is-sustanzi jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni jidhrilha li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-iffissar ta’ livelli massimi għas-sustanzi kkonċernati. Il-marġni kbir ta’ esponiment u n-nuqqas ta’ sustanzi ta’ tħassib jippermettu li jiġi stabbilit il-kontenut massimu rakkomandat. Biex ikun jista’ jkun hemm kontroll aħjar, jenħtieġ li l-kontenut massimu rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dawn il-kontenuti jinqabżu, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel ikkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittivi.

(7)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-7 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2022;20(11):7599.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b347-eo

Żejt essenzjali tal-bżar iswed

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali tal-bżar iswed miksub mill-frott tal-Piper nigrum L.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali tal-bżar iswed miksub mid-distillazzjoni bil-fwar tal-frott mhux misjur tal-Piper nigrum L. imnixxef u mgħaffeġ, kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

Speċifikazzjonijiet:

—

b-Karjofillen: 12-40 %

—

Limonen: 7-20 %

—

Sabinen (4(10)-tujen): 4-17 %

—

a-Pinen (pin-2(3)-en): 2,5-16 %

—

Safrol: ≤ 0,0003 %

Numru CAS: 8006-82-4

Numru FEMA: 2845

Numru KtE: 347

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-markatur fitokimiku β-Karjofillen: kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) abbażi ta’ ISO 3061.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

l-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

—

5 mg għat-tiġieġ għas-simna u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għas-simna

—

7 mg għad-dundjani għas-simna

—

8 mg għall-pollam imrobbi għall-bajd u għat-tnissil,

—

9,5 mg għall-qżieqeż, għall-qżieqeż ta’ Suidae minuri u għall-ħnieżer għas-simna ta’ Suidae minuri

—

11,5-il mg għall-ħnieżer għas-simna

—

14-il mg għall-majjali

—

14-il mg għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti minuri tal-ħalib, ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż tal-ħalib

—

20 mg għar-ruminanti għas-simna, ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż

—

20 mg għan-nagħaġ u l-mogħoż

—

20 mg għaż-żwiemel

—

8,5 mg għall-fniek

—

20 mg għall-ħut

—

20 mg għall-klieb u l-qtates

—

5 mg għall-għasafar ornamentali

—

5 mg għal speċijiet u kategoriji oħra ta’ annimali”.

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-kontenut imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri ta’ organizzazzjoni biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

is-7 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b347-ex

Estratt superkritiku tal-bżar iswed

Kompożizzjoni tal-addittiv

Estratt superkritiku tal-bżar iswed miksub mill-frott tal-Piper nigrum L.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Estratt superkritiku tal-bżar iswed miksub mill-estrazzjoni superkritika permezz tas-CO2 mill-frott mhux misjur tal-Piper nigrum L. imnixxef u mgħaffeġ (mingħajr l-ebda żieda ta’ solvent addizzjonali) kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (3).

Speċifikazzjonijiet:

—

β-Karjofillen: 8-30 %

—

Limonen: 10-18 %

—

Sabinen (4(10)-tujen): 5-17 %

—

α-Pinen (pin-2(3)-en):7-18 %

—

Safrol: ≤ 0,0003 %

Numru KtE: 347

Metodu analitiku  (4)

Għad-determinazzjoni tal-markatur fitokimiku β-Karjofillen: kromatografija b’fażi gassuża abbinata ma’ detezzjoni tal-jonizzazzjoni bi fjamma (GC-FID) abbażi ta’ ISO 3061.

Qtates u klieb

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

l-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 1,5 mg għall-qtates u l-klieb.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-kontenut imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri ta’ organizzazzjoni biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

is-7 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b347-or

Oleoreżina tal-bżar iswed

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-oleoreżina tal-bżar iswed miksuba mill-frott tal-Piper nigrum L.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Oleoreżina tal-bżar iswed prodotta mill-estrazzjoni organika likwidu-likwidu tal-frott mhux misjur tal-Piper nigrum L. imnixxef, kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (5).

Speċifikazzjonijiet:

—

Piperin: 20-50 %

—

Safrol: ≤ 0,0003 %

Numru CAS: 84929–41-9

Numru FEMA: 2846

Numru KtE: 347

Metodu analitiku  (6)

Għad-determinazzjoni tal-markatur fitokimiku piperin: kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja abbinata mad-detezzjoni fotometrika (HPLC-UV) abbażi ta’ ISO 11027.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

l-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

—

1 mg għat-tiġieġ għas-simna u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għas-simna,

—

1,3 mg għad-dundjani għas-simna

—

1,4 mg għall-pollam imrobbi għall-bajd u għat-tnissil

—

1,7 mg għall-qżieqeż, għall-qżieqeż ta’ Suidae minuri u għall-ħnieżer għas-simna ta’ Suidae minuri

—

2 mg għall-ħnieżer għas-simna.

—

2,5 mg għall-majjali

—

2,4 mg għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti minuri tal-ħalib, ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż tal-ħalib

—

12,5-il mg għall-għoġġiela għas-simna

—

11,5-il mg għar-ruminanti għas-simna, ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż

—

11,5-il mg għan-nagħaġ u l-mogħoż

—

11,5-il mg għaż-żwiemel

—

1,5 mg għall-fniek

—

13,5-il mg għas-salmonidi u l-ħut minuri bil-pinen

—

51,5 mg għall-ħut ornamentali

—

14-il mg għall-klieb

—

3,8 mg għall-qtates”

—

1 mg għall-għasafar ornamentali

—

1 mg għal speċijiet jew kategoriji oħra ta’ annimali”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-kontenut imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri ta’ organizzazzjoni biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

is-7 ta’ Frar 2034


(1)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(3)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(5)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).

(6)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/261/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)