|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 132/2015
tal-11 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/2167]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/47/KEE (1), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1997, u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/120/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1995, u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/446/KEE (3) tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/345/KE (4), li kienet inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 85/446/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/515/KEE (5) tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (6), billi ż-żewġ Deċiżjonijiet huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 90/515/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/257/KEE (7) tħassret bid-Deċiżjoni 2002/657/KE, billi ż-żewġ Deċiżjonijiet huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 93/257/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/306/KE (8) tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/878/KE (9), billi ż-żewġ Deċiżjonijiet huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 94/306/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/695/KE (10), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1997 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/59/KE (11), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 1997 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/62/KE (12), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 1997 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/70/KE (13), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 1997 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/71/KE (14), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 1997 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/210/KE (15), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ħadd, 14 ta' Ġunju 1998 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/93/KE (16), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-It-Tlieta, 31 ta' Diċembru 1996 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/94/KE (17), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-It-Tlieta, 31 ta' Diċembru 1996 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/95/KE (18), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-It-Tlieta, 31 ta' Diċembru 1996 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/283/KE (19), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-L-Erbgħa, 14 ta' April 1999 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/360/KE (20), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, ma għadhiex valida u konsegwentement għandha tiġi mħassra skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/38/KE (21) tħassret mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006 (22), billi ż-żewġ Deċiżjonijiet ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 97/38/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/504/KE (23), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-L-Erbgħa, 1 ta' Mejju 2002 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(20) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/182/KE (24), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ħamis, 4 ta' April 2002 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(21) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/440/KE (25), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, tħassret mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/198/KE (26) u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(22) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE (27), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-Il-Ħadd, 31 ta' Diċembru 2006 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(23) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/65/KE (28), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-It-Tlieta, 28 ta' Frar 2006 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(24) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(25) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-testi tal-punti 23 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/306/KE), 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/93/KE), 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/94/KE), 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/95/KE), 56 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/504/KE) u 81 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/65/KE) tal-parti 4.2 jitħassru. |
|
2. |
It-testi tal-punti 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/59/KE), 30 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/62/KE), 32 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/70/KE), 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/71/KE) 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/210/KE), 40 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/283/KE) u 57 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE) taħt it-titolu “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA” jitħassru. |
|
3. |
It-testi ta' punti 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/120/KEE) u 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/47/KEE) tal-Parti 6.1 jitħassru. |
|
4. |
It-testi tal-punti 3 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/446/KEE), 8 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/515/KEE), 15 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/257/KEE), 20 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/306/KE), 24 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/695/KE), 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/360/KE), 35 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/38/KE), 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/182/KE) u 50 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/440/KE) tal-Parti 6.2 jitħassru. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 33.
(2) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 86.
(3) ĠU L 260, 2.10.1985, p. 19.
(4) ĠU L 133, 4.6.1996, p. 29.
(5) ĠU L 286, 18.10.1990, p. 33.
(6) ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8.
(7) ĠU L 118, 14.5.1993, p. 75.
(8) ĠU L 133, 28.5.1994, p. 51.
(9) ĠU L 305, 7.11.2002, p. 57.
(10) ĠU L 282, 29.10.1994, p. 1.
(11) ĠU L 55, 11.3.1995, p. 42.
(12) ĠU L 55, 11.3.1995, p. 45.
(13) ĠU L 59, 17.3.1995, p. 32.
(14) ĠU L 59, 17.3.1995, p. 33.
(15) ĠU L 132, 16.6.1995, p. 19.
(16) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 72.
(17) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 73.
(18) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 74.
(19) ĠU L 107, 30.4.1996, p. 16.
(20) ĠU L 138, 11.6.1996, p. 25.
(21) ĠU L 307, 12.11.1997, p. 33.
(22) ĠU L 320, 18.11.2006, p. 13.
(23) ĠU L 201, 9.8.2000, p. 6.
(24) ĠU L 77, 16.3.2001, p. 22.
(25) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 97.
(26) ĠU L 65, 11.3.2005, p. 33.
(27) ĠU L 360, 7.12.2004, p. 28.
(28) ĠU L 27, 29.1.2005, p. 52.
(*1) Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali