1994L0035 — MT — 29.01.2004 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/35/KE

tat-30 ta’ Ġunju 1994

dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(ĠU L 237, 10.9.1994, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 96/83/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-1996

  L 48

16

19.2.1997

 M2

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M3

ID-DIRETTIVA 2003/115/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Diċembru 2003

  L 24

65

29.1.2004




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/35/KE

tat-30 ta’ Ġunju 1994

dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 4 ),

Billi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw is-sustanzi li jagħtu ħlewwa u l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħhom ifixklu l-moviment liberu ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel; billi din is-sitwazzjoni tista’ toħloq kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ġusta;

Billi l-kondsiderazzjoni ewlenija għal xi regola dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa u l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħhom għandha tkun il-ħtieġa li l-konsumatur jiġi protett u nfurmat;

Billi, b’konsiderazzjoni għall-informazzjoni xjentifika u tossikoloġika l-aktar riċenti, dawn is-sustanzi għandhom ikunu permissibbli biss f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel u f’ċerti kondizzjonijiet ta’ użu;

Billi din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli relatati mal-funzjonijiet apparti mill-karatteristiċi ta’ ħlewwa tas-sustanzi koperti b’din id-Direttiva;

Billi l-użu ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa minflok iz-zokkor huwa ġġustifikat għall-produzzjoni ta’ l-ikel ta’ enerġija mnaqqsa, ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel mhux karjoġeniċi jew ta’ l-ikel mingħajr zokkor miżjud, għall-estensjoni taż-żmien ta’ kemm ħaġa ddum tajba permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkor u għall-produzzjoni ta’ prodotti djetetiċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva hija direttiva speċifika li tifforma parti mid-direttiva komprensiva fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/107/KEE.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-addittivi ta’ l-ikel, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘sustanzi li jagħtu ħlewwa’, li huma wżati:

— biex jagħtu togħma ħelwa lill-oġġetti ta’ l-ikel,

— bħala sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda.

3.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘mingħajr zokkor miżjud’ u ‘ta’ enerġija mnaqqsa fil-kolonna III ta’ l-Anness għandhom jiġu definiti kif ġej:

— ‘mingħajr zokkor miżjud’: mingħajr żieda ta’ mono- jew disaccharides jew xi oġġetti ta’ l-ikel oħrajn użati minħabba l-karatteristiċi li jagħtu l- ħlewwa tagħhom,

— ‘ta’ enerġija mnaqqsa’: b’valur enerġetiku imnaqqas b’ta’ mill-anqas 30 % meta mqabbel ma’ l-oġġett ta’ l-ikel oriġinali jew ma’ prodott simili.

4.  Din id-Diriettiva m’għandhiex tapplika għall-oġġetti ta’ l-ikel b’karatteristiċi li jagħtu l-ħlewwa.

▼M1

5.  Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-oġġetti ta’ l-ikel korrispondenti intiżi għall-użu ta’ nutrizzjoni partikolari fid-definizzjoni tad-Direttiva 89/398/KEE.

▼B

Artikolu 2

1.  Huma biss is-sustanzi li jagħtu ħlewwa elenkati fl-Anness li jistgħu jitqiegħdu fis-suq bl-iskop li:

— jinbiegħu lill-konsumatur finali,

— jew

— jintużaw fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

2.  Is-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 jistgħu jintużaw biss fil-manifattura ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness skond il-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk.

▼M1

3.  Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ma jistgħux jintużaw fl-ikel għat-trabi u tfal żgħar kif hemm referenza għalih fid-Direttiva 89/398/KEE, inkluż l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar li mhumiex f’saħħithom, sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-dispożizzjonijiet speċifiċi.

▼B

4.  Id-dożi massimi li jistgħu jintużaw indikati fl-Anness jirreferu għall-oġġetti ta’ l-ikel li huma lesti biex jittieklu skond l-istruzzjonijiet ta’ l-użu.

▼M1

5.  Fl-Anness “quantum satis” ifisser li l-ebda livell massimu ma hu speċifikat. Madankollu, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom jintużataw in konformità mal-prattika tajba tal-manifattura, f’livell ta’ doża mhux aktar minn dak meħtieġ sabiex jikseb l-għan intiż u basta li l-konsumatur ma jkunx ingannat.

Artikolu 2a

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, il-preżenza tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-oġġetti ta’ l-ikel hija permissibbli:

— fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti mingħajr zokkor miżjud jew bl-enerġija mnaqqsa, fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti djetetarji intiżi għal dieta b’kaloriji baxxi u fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti li għandhom żmien twil għall-użu tagħhom, apparti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3), sakemm is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa huma permissibbli f’xi wieħed mill-ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel kompost, jew

— jekk l-oġġetti ta’ l-ikel huwa intiż sabiex ikun użat biss fil-preparazzjoni ta’ l-oġġett ta’ l-ikel kompost li huwa konformi ma’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 3

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-direttivi speċifiċi li jippermettu li l-addittivi elenkati fl-Anness jintużaw għall-iskopijiet apparti minn dak li jagħtu ħlewwa.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-kompożizzjoni u d-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

▼M3

Artikolu 4

Jista' jiġi deċiż skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7:

— fejn ikun hemm differenzi ta' opinjoni dwar jekk ħlewwiet jistgħux jintużaw f'oġġett partikolari ta' l-ikel taħt it-termini ta' din id-Direttiva, dwar jekk oġġett ta' l-ikel għandux jiġi kunsidrat bħala li jappartjeni għal xi waħda mill-kategoriji elenkati fit-tielet kolonna ta' l-Anness, u

— jekk addittiv ta' l-ikel elenkat fl-Anness u awtorizzat bħala “quantum satis” jintużax skond il-kriterji msemmija fl-Artikolu 2.

▼B

Artikolu 5

1.  Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda għandha tinkludi l-frasi ‘… - sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda magħmula minn….’, bl-użu ta’ l-isem/ismijiet tas-sustanza/i li jagħtu ħlewwa użati fil-kompożizzjoni tagħha.

2.  It-tikkettjar ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda li jkun fiha l-polyols u/jew l-aspartame għandu jkollu t-twissijiet li ġejjin:

— polyols: ‘konsum eċċessiv jista’ jkollu effetti ta’ lassattiv’,

— aspartame: ‘fih sors ta’ fenilalanin’,

▼M3

— bejgħ ta' aspartame u acesulfame: “fih sors ta' phenylalanine”.

▼B

Artikolu 6

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw:

— id-dettalji li għandhom jidhru fuq it-tikketti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun fihom sustanzi li jagħtu ħlewwa sabiex il-preżenza tagħhom tkun evidenti,

— it-twissijiet li jikkonċernaw il-preżenza ta’ ċerti sustanzi li jagħtu ħlewwa fl-oġġetti ta’ l-ikel,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 qabel tmiem it-terminu taż-żmien stipulat fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 9(1).

▼M3

Artikolu 7

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 5 ), hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.  Kull fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 6 ) għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tlett xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼B

Artikolu 8

1.  Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, skond il-kriterji ġenerali tal-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 89/107/KEE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ stħarriġ dwar il-konsumaturi biex jissorveljaw il-konsum ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa.

Id-dettalji ta’ din is-sistema ta’ monitoraġġ għandhom jiġu kkoordinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

2.  Fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport ibbażat fuq informazzjoni miksuba mis-sistema ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, dwar bidliet fis-suq tas-sustanzi li jagħtu ħlewwa, il-livelli ta’ użu, u jekk hemmx bżonn aktar li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jiġu ristretti, inkluż bl-użu ta’ twissijiet adattati lill-konsumatur, sabiex jiġi assigurat li l-użu ma jeċċedix l-ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed ta’ kuljum. Jekk ikun hemm bżonn, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-emendi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex:

— jippermettu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, il-kummerċ u l-użu ta’ prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva,

— jipprojbixxu, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1996, il-kummerċ u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva; b’danakollu, l-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, jistgħu jkunu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS



Nru KE

Isem

Oġġett ta’ l-ikel

Doża massima li tista’ tintuża

E 420

Sorbitol

Deżerti u prodotti simili

— Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Preparazzjonijiet b’bażi ta’ ħalib jew b'bażi ta’ derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Deżerti b’bażi ta’ bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Prodotti b'bażi ta’ ċereali tal-kolazzjon jew b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Deżerti b’bażi ta’ grassi, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Prodotti ffriżati tajbin għall-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Kunserva tal-frott, ġetalini, marmellati u frott kristalizzat, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

— Preparazzjonijiet tal-frott, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma ntiżi għall-manifattura ta’ xorb b’bażi tal-meraq tal-frott

quantum satis

 

(i)  Sorbitol

 
 

(ii)  Ġulepp tas-sorbitol

 

E 421

Mannitol

 

E 953

Isomaltu

 

E 965

Maltitol

 
 

(i)  Maltitol

 
 

(ii)  Ġulepp tal-maltitol

 

E 966

Laktitol

 

E 967

Żajlitol

 
 
 

Prodotti tad-dolċiera

 
 
 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta’ lamtu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Prodotti b’bażi tal-kawkaw, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Dlik għal fuq il-ħobż, kawkaw, ħalib, frott imqadded jew ibbażati fuq ix-xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Zlazi

 
 
 

—  Mustarda

 
 
 

—  Prodotti fini tal-furnara, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 
 
 

—  Prodotti intiżi għall-użu ta’ nutriment partikolari

 
 
 

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

 

E 950

Aċesulfame K

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/l

—  Xorb b'bażi ta' ħalib u derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta' meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/l

Deżerti u prodotti simili

 

—  Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Preparazzjonijiet b’bażi ta’ ħalib jew b'bażi ta’ derivattivi tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Ikliet ħfief: ta’ ċerti taħwir lesti biex jittieklu, ippakkjati minn qabel, mqadda, prodotti tal-karboidrati b'togħmiet u ġewż miksi

350 mg/kg

Prodotti tad-dolċiera

 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew ta' xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg

—  Cider u perry

350 mg/l

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix 1,2 % vol

350 mg/l

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti milli għal ‘Obergäriges Einfachbier’

350 mg/l

—  Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH

350 mg/l

—  Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’

350 mg/l

—  Oġġetti ffriżati li jittieklu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg

—  Frott tal-bottijiet jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg

—  Ġamm, ġelatini, u marmellati

1 000 mg/kg

—  Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex

350 mg/kg

—  Priservattivi 'ħelwin-morri', tal-frott u l-ħxejjex

200 mg/kg

—  Priservattivi u semi-priservattivi 'ħelwin-morri' tal-ħut u ta' l-immanirati tal-ħut, tal-krustaċej u tal-molluski

200 mg/kg

—  Zlazi

350 mg/kg

—  Mustarda

350 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għall-użu ta’ nutriment speċjali

1 000 mg/kg

—   ►M3  Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE (1)  ◄

450 mg/kg

—   ►M3  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE  (2)  ◄

450 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE (3), provduti f’forma likwida ◄

350 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

500 mg/kg

►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu  ◄

2000 mg/kg

▼M1

—  Ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom mill-anqas mill-anqas 20 % qxur, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud

1 200 mg/kg

—  Sopop b’enerġija mnaqqsa

110 mg/l

—  Ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud

2 500 mg/kg

—  Birra b’enerġija mnaqqsa

25 mg/l

—  Xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed

350 mg/l

—  Spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum

350 mg/kg

—  Kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg

—  Ħelu tad-dolċiera fil-għamla ta’ pilloli b’enerġija mnaqqsa

500 mg/kg

—  Feinkostsalat

350 mg/kg

—  Eßoblaten

2 000 mg/kg

▼B

E 951

Aspartame

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

600 mg/l

—  Xorb b'bażi tal-ħalib u b'derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta'l-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

600 mg/l

Deżerti u prodotti simili

 

—  Deżerti mħawwra b’bażi ta’ ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1000 mg/kg

—  Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi ta’ derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tax-xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Ikliet ħfief: ta’ ċerti togħmiet lesti biex jittieklu, ippakkjati bil-quddiem, mqadda, prodotti mħawwra tal-karboidrati u ġewż miksi

500 mg/kg

Prodotti tad-dolċiera

 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi ta-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg

—  Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud

5 500 mg/kg

—  Cider u perry

600 mg/l

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol

600 mg/l

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table Beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ‘Obergäriges Einfachbier’

600 mg/l

—  Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH

600 mg/l

—  Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’

600 mg/l

—  Ġelati li jittieklu, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg

—  Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Ġamm, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa

1 000 mg/kg

—  Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa

1 000 mg/kg

—  Priservattivi tat-tip morr/ħelu, tal-frott u l-ħxejjex

300 mg/kg

—  Priservattivi u semi-priservs tat-tip morr/ħelu tal-ħut u l-immarinat tal-ħut, tal-krustaċej u tal-molluski

300 mg/kg

—  Zlazi

350 mg/kg

—  Mustarda

350 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għall-użi ta’ nutriment speċjali

1 700 mg/kg

—   ►M3  Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE  (1)  ◄

800 mg/kg

—   ►M3  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE  (2)  ◄

1 000 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE  (3) provduti f’forma likwida ◄

600 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

2 000 mg/kg

▼M3

—  Essoblaten

1 000 mg/kg’

▼B

►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu  ◄

5 500 mg/kg

▼M1

—  Ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Sopop b’enerġija mnaqqsa

110 mg/l

—  Ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud

6 000 mg/kg

—  Mustardini għall-grieżem b’togħma qawwija mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg

—  Birra b’enerġija mnaqqsa

25 mg/l

—  Xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed

600 mg/l

—  Spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum

600 mg/kg

—  Feinkostsalat

350 mg/kg

▼B

E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

►M3  250 mg/l ◄

—  Xorb b'bażi tal-ħalib ud- derivattivi tal-ħalib jew b'bażi tal-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

►M3  250 mg/l ◄

Deżerti u prodotti simili

 

—  Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

—  Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

250 mg/kg

Prodotti tad-dolċiera

 

▼M3 —————

▼B

—  Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg

▼M3 —————

▼B

—  Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Kunserva tal-frott, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa

1 000 mg/kg

—  Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa

250 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għall-użu ta’ nutriment speċjali

1 600 mg/kg

—   ►M3  Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE  (1)  ◄

400 mg/kg

—   ►M3  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE (2)  ◄

400 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE  (3) provduti f’forma likwida ◄

400 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

500 mg/kg

▼M1

—  Xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed

250 mg/l

▼M3 —————

▼M1

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu ◄

1 250 mg/kg

▼B

E 954

Zakkarina u l-imluħa Na, K u Ca tagħha

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

80 mg/l

—  Xorb b'bażi tal-ħalib u d-derivattivi tal-ħalib jew b'bażi tal-meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

80 mg/l

—  ‘Gaseosa’: xarba mhux alkoħolika b’bażi ta' l-ilma bid-diossidu karboniku, sustanzi tal-ħlewwa u tgħomiet miżjuda

100 mg/l

Deżerti u prodotti simili

 

—  Deżerti mħawwra b’bażi ta’ ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Preparattivi b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ frott u ħaxix, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Deżerti b’bażi taċ-ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Ikliet ħfief: ta’ ċerti togħmiet lesti biex jittieklu, ippakkjati bil-quddiem, mqadda, prodotti mqadda tal-karboidrati u ġewż miksi

100 mg/kg

Prodotti tad-dolċiera

 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi ta’ frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

300 mg/kg

—  Essoblaten

800 mg/kg

—  Dlik għal fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

200 mg/kg

—  Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud

1 200 mg/kg

—  Cider u perry

80 mg/l

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol

80 mg/l

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ’Obergäriges Einfachbier’

80 mg/l

—  Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH

80 mg/l

—  Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’

80 mg/l

—  Ġelati ta' l-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

200 mg/kg

—  Kunserva tal-frott, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa

200 mg/kg

—  Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa

200 mg/kg

—  Priservattivi tat-tip morr-ħelu, tal-frott u l-ħxejjex

160 mg/kg

—  Priservattivi u semi-priservattivi tat-tip morr-ħelu tal-ħut u l-immarinati tal-ħut, tal-krustaċej u l-molluski

160 mg/kg

—  Zlazi

160 mg/kg

—  Mustarda

320 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għal l-użu ta’ nutriment speċjali

170 mg/kg

—   ►M3  Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE  (1)  ◄

240 mg/kg

—   ►M3  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE  (2)  ◄

200 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE  (3) provduti f’forma likwida ◄

80 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

500 mg/kg

►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu  ◄

1 200 mg/kg

▼M1

—  Ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Sopop b’enerġija mnaqqsa

110 mg/l

—  Ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud

3 000 mg/kg

—  Xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed

80 mg/l

—  Spirti li jkun fih anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum

80 mg/l

—  Kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg

—  Feinkostsalat

160 mg/kg

▼M3

E 955

Sucralose

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

300 mg/l

—  Ħalib u xorb b’bażi miksub mill-ħalib jew ibbażat fuq sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

300 mg/l

Diżerta u prodotti simili

 

—  Diżerti bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Ħalib u preparazzjonijiet ibbażati fuq derivattivi mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Diżerti bbażati fuq frott u ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Diżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Diżerti bbażati fuq ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Diżerti bbażati fuq xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  ‘Ikliet żgħar’: ċerti togħmiet ta’ prodotti lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, niexfa b’lamtu bit-togħma u lewż miksi

200 mg/kg

Ħelu

 

—  Ħelu mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Ħelu bbażat fuq il-kawkaw jew frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg

—  Ħelu bbażat fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg

—  Essoblaten

800 mg/kg

—  Tidlik għal fuq il-ħobż ibbażat fuq il-kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, li ikun fih ta’ l-anqas 20 % ta’ granza, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Ħelu żgħir biex jiffriska n-nifs mingħajr zokkor miżjud

2 400 mg/kg

—  Pastilji tal-griżmejn b’togħma qawwija li tiffrisha mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg

—  Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud

3 000 mg/kg

—  Pilloli fil-forma ta’ ħelu li jnaqqsu l-enerġija

200 mg/kg

—  Sidru u xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas

50 mg/l

—  Xorb li jikkonsisti f’taħlit ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, sidru, xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas, spirti jew inbid

250 mg/l

—  Xorb spirituż li ikun fih anqas minn 15 % alkoħol skond il-volum

250 mg/l

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jisboqx il-1,2 % vol

250 mg/l

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (kontenut oriġinali wort ta’ anqas minn 6 %) ħlief għall-‘Obergäriges Einfachbier’

250 mg/l

—  Birra b’aċidità minima ta’ 30 milli-equivalenti espressi bħala NaOH

250 mg/l

—  Birra kannella tat-tip ’oud bruin’

250 mg/l

—  Birra b’enerġija mnaqqsa

10 mg/l

—  Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

320 mg/kg

—  Frott fil-laned jew ibbottiljat, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Kunserva b’enerġija mnaqqsa, ġelli u marmellati

400 mg/kg

—  Frott bl-enerġija mnaqqsa u preparazzjonijiet ta’ ħxejjex

400 mg/kg

—  Frott u ħxejjex ħelwin-morri ppriservati

180 mg/kg

—  Feinkostsalat

140 mg/kg

—  Ħut u marinati ħelwin-morri priservati jew semi-priservati, krstaċi u molluski

120 mg/kg

—  Sopo b’enerġija mnaqqsa

45 mg/l

—  Zlazi

450 mg/kg

—  Mustarda

140 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għal użu speċjali ta’ nutriment

700 mg/kg

—  Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija mnaqqsa għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmija fid-Direttiva 1996/8/KE

320 mg/kg

—  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċinali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE

400 mg/kg

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma likwida

240 mg/l

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida

800 mg/kg

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, bbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduta f’forma ta’ tip ta’ ġulepp jew li jintmagħdu

2 400 mg/kg

▼B

E 957

Thaumatin

Prodotti tad-dolċiera

 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Chewing gum mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu  ◄

400 mg/kg

▼M1

—  Gelati ta’ l-ikel, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

▼B

E 959

Neohesperidine DC

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb imħawwar b'bażi ta' l-ilma, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

30 mg/l

—  Xorb b'bażi tal-ħalib u d-derivattivi tal-ħalib jew b'bażi ta' meraq tal-frott, ta' enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/l

—  Xorb b’bażi tal-meraq tal-frott, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

30 mg/l

Deżerti u prodotti simili

 

—  Deżerti mħawwra b’bażi ta’ l-ilma, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Preparazzjonijiet b’bażi tal-ħalib jew b'bażi tad-derivattiv tal-ħalib, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-frott u l-ħxejjex, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Deżerti b’bażi tal-bajd, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Deżerti b’bażi taċ-ċereali, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Deżerti b’bażi ta’ xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

Prodotti tad-dolċiera

 

—  Prodotti tad-dolċiera mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-kawkaw jew b’bażi tal-frott imqadded, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

100 mg/kg

—  Prodotti tad-dolċiera b’bażi tal-karboidrati, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

150 mg/kg

—  Dlik ta' fuq il-ħobż b'bażi tal-kawkaw, tal-ħalib, tal-frott imqadded jew xaħmijiet, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Chewing gum, mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—  Cider u perry

20 mg/l

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix il- 1,2 % vol

10 mg/l

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table Beer (Birra tal-mejda)’ (b’kontenut oriġinali ta’ wort anqas minn 6 %) apparti minn ‘Obergäriges Einfachbier’

10 mg/l

—  Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi f’NaOH

10 mg/l

—  Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’

10 mg/l

—  Ġelati ta' l-ikel, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Frott tal-bott jew fil-flixkun, ta’ enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Ġamm, ġelatini, marmellati ta’ enerġija mnaqqsa

50 mg/kg

—  Preservattivi tat-tip morr-ħelu, tal-frott u l-ħxejjex

100 mg/kg

—  Preparattivi tal-frott u l-ħxejjex ta’ enerġija mnaqqsa

50 mg/kg

—  Preservattivi u semi-preservattivi tat-tip morr-ħelu tal-ħut u l-immarinati tal-ħut, tal-krustaċej u l-molluski

30 mg/kg

—  Zlazi

50 mg/kg

—  Mustarda

50 mg/kg

—  Prodotti fini tal-furnara għal użi ta’ nutriment speċjali

150 mg/kg

—   ►M3  Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE  (1)  ◄

100 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE  (3) provduti f’forma likwida ◄

50 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida ◄

100 mg/kg

▼M1

—  Ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Sopop b’enerġija mnaqqsa

50 mg/l

—  Ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud

400 mg/kg

—   ►M3  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu ◄

400 mg/kg

—  Xorb li li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed

30 mg/l

—  Spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum

30 mg/kg

—  Kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud

50 mg/kg

—  Feinkostsalat

50 mg/kg

—  Birra b’enerġija mnaqqsa

10 mg/kg

—   ►M3  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE  (2)  ◄

100 mg/kg

—  “Snacks: ċerti togħmiet huma lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, xotti, prodotti tal-lamtu b” togħma tajba u ġewż miksi

50 mg/kg

▼M3

E 962

Melħ ta’ l-aspartame-acesulfame 1 (4)

Xorb mhux alkoħoliku

 

—  Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/l (a)

—  Xorb minn ħalib u minn derivattivi bbażati fuq il-ħalib jew ibbażat fuq is-sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/l (a)

Diżerta u prodotti simili

 

—  Diżerti bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Ħalib u preparazzjonijiet ibbażati fuq derivattivi mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Diżerti bbażati fuq frott u ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Diżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Diżerti bbażati fuq ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Diżerti bbażati fuq xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Ikliet ħfief’: ċerti togħmiet ta’ prodotti lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, niexfa bil-lamtu bit-togħma u lewż miksi

500 mg/kg (b)

Ħelu

 

—  Ħelu mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg (a)

—  Ħelu bbażat fuq il-kawkaw jew frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

500 mg/kg (a)

—  Ħelu bbażat fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg (a)

—  Essoblaten

1 000 mg/kg (b)

—  Tidlik għal fuq il-ħobż, ibbażat fuq il-kawkaw, ħalib, frott niexef jew xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg (b)

—  Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, u li ikun fih ta’ l-anqas 20 % ta’ granza, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

1 000 mg/kg (b)

—  Ħelu żgħir biex jiffriska n-nifs mingħajr zokkor miżjud

2 500 mg/kg (a)

—  Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud

2 000 mg/kg (a)

—  Sidru u xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas

350 mg/l (a)

—  Xorb li jikkonsisti f’taħlit ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, sidru, xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas, spirti jew inbid

350 mg/l (a)

—  Xorb spirituż li ikun fih anqas minn 15 % alkoħol skond il-volum

350 mg/l (a)

—  Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jisboqx il-1,2 % vol

350 mg/l (a)

—  ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (kontenut oriġinali wort ta’ anqas minn 6 %) ħlief għall-‘Obergäriges Einfachbier’

350 mg/l (a)

—  Birra b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH

350 mg/l (a)

—  Birra kannella tat-tip ‘oud bruin’

350 mg/l (a)

—  Birra b’enerġija mnaqqsa

25 mg/l (b)

—  Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

800 mg/kg (b)

—  Frott fil-landi jew ibbottiljat, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

350 mg/kg (a)

—  Kunserva bl-enerġija mnaqqsa, ġelli u marmellati

1 000 mg/kg (b)

—  Preparazzjonijiet tal-frott u ħxejjex bl-enerġija mnaqqsa

350 mg/kg (a)

—  Frott u ħxejjex ħelwin-morri ppriservati

200 mg/kg (a)

—  Feinkostsalat

350 mg/kg (b)

—  Ħut u marinati ħelwin-morri priservati jew semi-priservati, krstaċi u molluski

200 mg/kg (a)

—  Sopop b’enerġija mnaqqsa

110 mg/l (b)

—  Zlazi

350 mg/kg (b)

—  Mustarda

350 mg/kg (b)

—  Prodotti fini tal-furnara għal użi speċjali ta’ nutriment

1 000 mg/kg (a)

—  Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija mnaqqsa għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmija fid-Direttiva 1996/8/KE

450 mg/kg (a)

—  Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċinali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE

450 mg/kg (a)

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma likwida

350 mg/l (a)

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida

500 mg/kg (a)

—  Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, bbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduta f’forma ta’ tip ta’ ġulepp jew li jintmagħdu

2 000 mg/kg (a)

▼M1

(1)   Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta’ Frar 1996 dwar ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż (ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22).

(2)   Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi (ĠUJ L 91, tas-7.4.1999, p. 29).

(3)   Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ supplimenti ta’ l-ikel (ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 51).

(4)   Id-dożi massimi li jistgħu jintużaw għall-melħ ta’ l-aspartame-acesulfame jinkisbu mid-dożi massimi li jistgħu jintużaw għall-partijiet kostitwenti tiegħu, aspartame (E951) u acesulfame-K (E950). Id-dożi massimi li jistgħu jintużaw kemm għall-aspartame (E951) u acesulfame-K (E950) ma għandhomx jinqabżu bl-użu tal-melħ ta’ l-aspartame-acesulfame, jew waħdu jew b’kombinazzjoni ma’ l-E950 jew E951. Il-limiti f’din il-kolonna huma espressi jew bħala (a) ekwivalenti ta’ acesulfame-K jew (b) ekwivalenti ta’ l-aspartame.’

Nota:

1. Għas-sustanza E952, aċidu ċiklamiku u l-imluħ Na u Ca tiegħu, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’aċidu liberu.

2. Għas-sustanza E952, iz-zakkarina u l-imluħ Na, K u Ca tagħha, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’imide libera.



( 1 ) ĠU L 40, 11.2.1989, pġ 27. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU Ċ 206, 13.8.1992, p. 3.

( 3 ) ĠU Ċ 332, 16.12.1992, p. 10.

( 4 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 1993 (ĠU Ċ 305, 23.11.1993), ikkonfermata fit-2 ta’ Diċembru 1993 (ĠU Ċ 342, 20.12.1993), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 1993 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU Ċ 91, 28.3.1994, p. 81).

( 5 ) ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1.

( 6 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23).