<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-666/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0666</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:729">EU:C:2019:729</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez‑Bordona — Kawża C‑666/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">IT Development</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez‑Bordona</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑666/18</HT></P><P>IT Development SAS</P><P>vs</P><P>Free Mobile SAS</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal vjolazzjoni mressqa mill-awtur tal-programm kontra l-persuna liċenzjata</KEYWORD><KEYWORD>Natura tas-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter ħarrek lil waħda mill-persuni liċenzjati tiegħu (li magħha kkonkluda l-kuntratt korrispondenti) minħabba li wettqet emendi f’dan il-programm, mingħajr il-kunsens tiegħu. L-azzjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza Franċiża, li ġiet miċħuda minnha, kienet ibbażata fuq ir-responsabbiltà li tirriżulta mill-ksur tad-drittijiet tal-awtur (responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT>) u mhux fuq il-ksur tat-termini tal-kuntratt (responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex contracto</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qorti tal-appell qiegħda taffaċċja d-dilemma ta’ kif ser tikklassifika l-aġir tal-konvenuta bħala ksur tad-drittijiet tal-awtur (<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>) fuq il-programm jew bħala nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi kuntrattwali tagħha. Il-problema li qiegħda taffaċċja hija li, skont prinċipju tad-dritt Franċiż, bħala regola ġenerali, azzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> tista’ tiġi ppreżentata biss meta l-partijiet ma jkunux marbuta b’relazzjoni kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex issolvi d-dubji tagħha permezz tal-interpretazzjoni tad-Direttivi 2004/48/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</P></NOTE> u 2009/24/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 16</REF.DOC.OJ>). Id-Direttiva 2009/24 tikkodifika l-kontenut tad-Direttiva 91/250/KEE tal-Kunsill ta’ l‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114) li qabel kienet ġiet emendata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 13:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Id-drittijiet esklussivi tal-awtur li jipprevjenu r-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ dan ix-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjoni limitata fil-każ ta’ programm tal-kompjuter li tippermetti r-riproduzzjoni teknika meħtieġa għall-użu ta’ dak il-programm minn min jiksbu legalment. Dan ifisser li l-atti li jtellgħu u jħaddmu, meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment, u l-att ta’ korrezzjoni tal-iżbalji tiegħu, jistgħu ma jkunux projbiti b’kuntratt. Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi, inkluż meta kopja ta’ programm tkun inbiegħet, kull att ieħor meħtieġ għall-użu tal-kopja ta’ programm jista’ jitwettaq skont l-iskop maħsub tiegħu minn min ikun kiseb legalment dik il-kopja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Atti ristretti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. In kwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna tal-programm tal-kompjuter ikun hemm bżonn din ir-riproduzzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, inkluż il-kiri, tal-programm oriġinali tal-kompjuter jew kopji tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) m’għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet fejn ikunu meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter minn min jiksbu legalment skont il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jindika li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet m’għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu skont it-tifsira tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) huma indispensabbli biex tottjeni l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement minn programmi oħra, kemm-il darba jsiru skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dawk l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża’ kopja ta’ programm, jew f’isimhom minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jippermettu l-informazzjoni miksuba permezz tal-applikazzjoni tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tikseb l-interoperabilità tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li tingħata lill-oħrajn, għajr meta jkun meħtieġ għall-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>li tintuża għall-iżvilupp, produzzjoni jew kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jippermettu l-applikazzjoni tiegħu li tintuża b’mod li tippreġudika b’mod mhux raġunat l-interessi ġusti tad-detentur leġittimu jew imorru kontra l-isfruttar normali tal-programm tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/48</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 10:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-premessa 15 tipprovdi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Din id-Direttiva ma għandiex taffettwa il-liġi sostantiva fuq il-proprjetà intellettwali […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jindika li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma għandix taffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jiggvernaw il-liġi sostantiva dwar il-proprjetà intellettwali […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Obbligu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti b’din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u m’għandhomx ikunu mhux neċessarjament kumplikati jew għaljin, jew li jwasslu għal-limiti ta’ ħin mhux raġjonevoli jew dewmien mhux ordnat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikun wkoll effetttivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu applikati b’mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta’ barrieri biex jiġi leġitimiżżat il-kummerċ u biex jiġu provduti protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż. Code la propriété intellectuelle (il-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Id-Direttiva 2009/24 ġiet trasposta fil-Code de la propriété intellectuelle (il-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>KPI<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</P></NOTE></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu L122‑6 jindika li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L122‑6‑1, id-dritt ta’ sfruttament li jkollu l-awtur ta’ softwer jinkludi d-dritt li jwettaq u jawtorizza:</P><P>1.<HT TYPE="SUP">o</HT> Ir-riproduzzjoni permanenti jew provviżorja ta’ softwer […]</P><P>2.<HT TYPE="SUP">o</HT> It-traduzzjoni, l-adattament, l-arranġament jew kwalunkwe emenda oħra f’softwer u r-riproduzzjoni tas-softwer li jirriżulta […]</P><P>3.<HT TYPE="SUP">o</HT> Il-kummerċjalizzazzjoni bi jew mingħajr ħlas, inkluż il-kiri, ta’ kampjun jew diversi kampjuni ta’ softwer permezz ta’ kwalunkwe proċedura […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu L122‑6‑1 jipprovdi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>I. L-atti previsti fil-punti 1.<HT TYPE="SUP">o</HT> u 2.<HT TYPE="SUP">o</HT> tal-Artikolu L122‑6, inkluż il-korrezzjoni ta’ żbalji, ma jiġux suġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtur meta jkunu meħtieġa għall-użu tas-softwer, skont l-iskop tiegħu, mill-persuna li għandha d-dritt li tużah.</P><P>Madankollu, permezz ta’ kuntratt, l-awtur jista’ jirriżerva d-dritt li jikkoreġi l-iżbalji u jiddetermina l-modalitajiet partikolari li jiġu suġġetti għalihom l-atti previsti fil-punti 1.<HT TYPE="SUP">o</HT> u 2.<HT TYPE="SUP">o</HT> tal-Artikolu L122‑6, meħtieġa għall-użu tas-softwer, skont l-iskop tiegħu, mill-persuna li jkollha d-dritt li tużah<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu L335-3:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[…]</P><P>Il-ksur tad-drittijiet tal-awtur ta’ softwer iddefiniti fl-Artikolu L122‑6 jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">delit de contrefaçon</HT> ukoll</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz ta’ kuntratt iffirmat fil‑<DATE ISO="20100825">25 ta’ Awwissu 2010</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Emendat permezz ta’ appendiċi tal‑<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE>.</P></NOTE>, il-kumpannija Free Mobile, operatriċi tat-telefonija mobbli, kisbet il-liċenzja għall-użu tas-softwer <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ClickOnSite<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li d-drittijiet tal-awtur tiegħu kienu tal-kumpannija IT Development.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Qabel kienet talbet sekwestru tal-bini ta’ kumpannija oħra, subappaltatur ta’ Free Mobile, li sar fit‑<DATE ISO="20150522">22 ta’ Mejju 2015</DATE>.</P></NOTE>, IT Development ħarrket lil Free Mobile b’<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> tas-softwer ClickOnSite, fejn talbet il-kumpens għad-danni mġarrba. B’mod partikolari, akkużatha li emendat il-kodiċi sors tal-programm, b’mod speċjali bl-introduzzjoni ta’ formoli ġodda, aġir li jikser is-sitt klawżola tal-kuntratt ta’ liċenzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Free Mobile ċaħdet it-talba bħala inammissibbli u infondata. Barra minn hekk, ressqet kontrotalba għal proċedura abbużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-Tribunal de grande instance de Paris (il-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, Franza) tat is-sentenza tas‑<DATE ISO="20170106">6 ta’ Jannar 2017</DATE>, fejn iddikjarat l-inammissibbiltà tat-talbiet ta’ IT Development ibbażati fuq ir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> u ċaħdet il-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>IT Development ikkontestat din is-sentenza quddiem il-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza), billi insistiet fuq it-talbiet tagħha fl-ewwel istanza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bħala <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, iżda żiedet, sussidjarjament, it-talba li Free Mobile tiġi kkundannata tħallasha kumpens għad-danni li kkawżatilha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fuq il-bażi kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Free Mobile talbet il-konferma tas-sentenza tal-ewwel istanza, ħlief fir-rigward taċ-ċaħda tal-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qieset li huwa meħtieġ li ssir domanda preliminari, għar-raġunijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Mis-seklu XIX, id-dritt Franċiż tar-responsabbiltà ċivili ġie bbażat fuq il-prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tar-responsabbiltajiet <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ex contracto</HT>, li jimplika: a) li persuna ma tistax titqies responsabbli miż-żewġ aspetti, għall-istess fatti; u b) li, meta l-partijiet ikunu marbuta b’kuntratt validu u d-dannu mġarrab minn parti waħda jirriżulta min-nuqqas ta’ twettiq jew mit-twettiq difettuż tal-obbligi kuntrattwali tal-parti l-oħra, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiġi eskluża favur dik kuntrattwali.</P></ITEM><ITEM><P>Id-dritt Franċiż jikkunsidra li l-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>, oriġinarjament reat kriminali, jiġi inkluż fir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> u mhux fin-nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt.</P></ITEM><ITEM><P>Għaldaqstant, id-dispożittiv tal-Qorti tal-Ewwel Istanza, minħabba li l-partijiet kienu marbuta bil-kuntratt tal‑<DATE ISO="20100825">25 ta’ Awwissu 2010</DATE> u ġie allegat id-dannu li rriżulta mill-ksur tal-klawżoli tiegħu, eskluda r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> favur dik kuntrattwali. Konsegwentement, iddikjara inammissibbli l-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>, assimilata mal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali.</P></ITEM><ITEM><P>Madankollu, hija rilevanti l-allegazzjoni ta’ IT Development meta ssostni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> ma hijiex, b’mod naturali, azzjoni mhux kuntrattwali, iżda tista’ anki tirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></ITEM><ITEM><P>Fil-fatt, il-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> tiġi ddefinita, fl-usa’ tifsira tagħha, bħala kwalunkwe ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u, fl-Artikolu L335‑3 tal-KPI, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-ksur ta’ wieħed mid-drittijiet tal-awtur fuq softwer<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (iddefiniti fl-Artikolu L122‑6 tal-KPI).</P></ITEM><ITEM><P>La dawn id-dispożizzjonijiet, u l-ebda wieħed mid-dritt Franċiż dwar il-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>, ma jistabbilixxu espressament li din tapplika biss meta l-partijiet ma jkunux marbuta b’kuntratt.</P></ITEM><ITEM><P>Għalkemm jistgħu jiġu kklassifikati bħala eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv, jeżistu dispożizzjonijiet fid-dritt Franċiż li juru li l-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> tista’ tiġi mressqa, fir-rigward ta’ privattivi u trade marks, kontra l-persuna liċenzjata li tkun qabżet il-limiti tal-kuntratt tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>F’dan ir-rigward, tagħmel riferiment għal żewġ artikoli tal-KPI: it-tielet paragrafu tal-Artikolu L613‑8, dwar liċenzji ta’ privattivi, u l-Artikolu L714‑1, dwar liċenzji ta’ trade marks.</P></NOTE>.</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>L-Artikoli L122‑6 u L122‑6‑1 tal-KPI, li jipprevedu d-determinazzjoni permezz ta’ kuntratt tal-modalitajiet ta’ emenda ta’ softwer, ma jeskludux, f’każijiet bħal dawn, azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>. Dan jiġri wkoll fir-rigward tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/24, li dawn l-artikoli tal-KPI jittrasponu fid-dritt intern.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-aħħar nett, b’mod ġenerali, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48 jipprovdi li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji japplikaw għall-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, mingħajr distinzjoni fir-rigward ta’ jekk il-ksur tagħhom jirriżultax min-nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt jew le.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’din iċ-ċirkustanza, il-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi) tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Il-fatt li persuna mogħtija liċenzja ta’ softwer ma tosservax it-termini ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer (bl-iskadenza ta’ perijodu ta’ prova, bil-fatt li jinqabeż in-numru ta’ utenti awtorizzati jew unità ta’ kejl oħra, bħall-proċessuri li jistgħu jintużaw sabiex jiġu eżegwiti l-istruzzjonijiet tas-softwer, jew billi jiġi emendat il-kodiċi sors tas-softwer meta l-liċenzja tirriżerva dan id-dritt lid-detentur inizjali) jikkostitwixxi:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kontrafazzjoni (fis-sens tad-Direttiva 2004/48 tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>) imġarrba mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq is-softwer irriżervati mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/24/KE tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter,</P></ITEM><ITEM><P>jew jista’ jaqa’ taħt sistema legali distinta, bħas-sistema tar-responsabbiltà kuntrattwali taħt id-dritt komuni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju ġie rreġistrat fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-kumpanniji IT Development u Free Mobile, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Ma saritx seduta minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidrathiex indispensabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Free Mobile tafferma li parti mid-domanda preliminari hija inammissibbli minħabba li hija ipotetika, fir-rigward tat-tliet każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza kuntrattwali mniżżla fid-digriet tar-rinviju (l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova, il-fatt li jinqabeż in-numru ta’ utenti awtorizzati u ta’ unità ta’ kejl oħra). Huwa biss in-nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt, riżultat tal-emenda tal-kodiċi sors, li għandu x’jaqsam mal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreżenta dawn l-erba’ sitwazzjonijiet deskritti fl-istess livell, bħala espressjonijiet ta’ aġir wieħed, iżda Free Mobile għandha raġun meta tindika li ma humiex neċessarjament identiċi, mill-perspettiva ġuridika u, fuq kollox, li l-ewwel tlieta jmorru lil hinn mill-fatti inkwistjoni. Għalhekk, dan l-aġir ma għandux jiġi estiż għar-risposta preliminari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/24 tirrigwarda b’mod speċifiku l-protezzjoni ġuridika tal-programmi tal-kompjuter, li l-Istati Membri għandu jkollhom fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, bħal xogħlijiet letterarji, kif iddefiniti fil-Konvenzjoni ta’ Berna tad‑<DATE ISO="18860909">9 ta’ Settembru 1886</DATE> (Artikolu 1(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-programmi tal-kompjuter juru partikolaritajiet li jitolbu trattament differenti minn xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur. Sabiex dak li jikseb il-programm ikun jista’ jużah skont l-iskop previst tiegħu, ċerti setgħat li, bil-liġi, huma parti mill-monopolju karatteristiku tad-detentur ta’ proprjetà intellettwali jiġu esklużi, bil-liġi wkoll, ġustament bħala konsegwenza tan-natura individwali tax-xogħol protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont din l-iskema, filwaqt li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/24 jistabbilixxi drittijiet esklużivi tad-detentur tal-programm tal-kompjuter<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250 fis-sens li jirrigwarda l-programm tal-kompjuter fil-forom kollha ta’ espressjoni tiegħu, inkluż il-kodiċi sors (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bezpečnostní softwarová asociace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:816">EU:C:2010:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Artikoli 5 u 6 jistabbilixxu eċċezzjonijiet jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>limiti interni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għal dawn id-drittijiet, ta’ oriġini legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Fir-rigward tal-eċċezzjonijiet tal-atti suġġetti għal restrizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/250 (identiku għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/24) fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ liċenzja, ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120502">2 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>SAS Institute Inc.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:259">EU:C:2012:259</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/24 jippermetti l-emenda, permezz ta’ kuntratt, tas-sistema ta’ protezzjoni u l-eċċezzjonijiet li tfassal id-direttiva nnifisha. Jekk, fil-prinċipju, ma tiġix ippreċiżata l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur għal ċerti azzjonijiet, huwa possibbli, permezz ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi miftiehma mal-persuna liċenzjata, li d-detentur tal-programm jirkupra l-esklużività ta’ wħud mis-setgħat imniżżla fl-Artikolu 4. F’din iċ-ċirkustanza, il-bażi legali tad-dritt tad-detentur tkun il-kuntratt u mhux il-liġi; bl-istess mod, ir-responsabbiltà tal-persuna liċenzjata li tikser id-dritt ta’ esklużività tad-detentur tirriżulta mill-kuntratt ukoll, mhux mil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiċċara jekk dawn iċ-ċirkustanzi tal-kawża jikkorrispondux għall-ipoteżijiet fattwali tad-Direttiva 2009/24 (u tar-regoli nazzjonali ta’ traspożizzjoni), b’mod partikolari, tal-Artikolu 5(1), fir-rigward tar-riżerva ta’ setgħat tad-detentur tal-programm fid-dawl tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tat-tilwima fir-rigward tal-mertu tista’ tkun biss kuntrattwali. Għalhekk, ma jidħolx inkwistjoni l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT> fis-seħħ fid-dritt Franċiż, li l-kompatibbiltà tiegħu mad-Direttivi 2004/48 u 2009/24 hija riflessa fid-domanda preliminari magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ir-riflessjonijiet sussegwenti jittrattaw id-domanda preliminari minn perspettiva usa’, jiġifieri, fil-każ fejn l-aġir tal-persuna liċenzjata jista’ jiġi kklassifikat, b’mod simultanju, bħala nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt u nuqqas ta’ twettiq ta’ dmir ġenerali li jiġu inforzati d-drittijiet tal-awtur skont il-limiti tiegħu stabbiliti mil-liġi (korollarju, definittivament, tar-regola <HT TYPE="ITALIC">alterum non laedere</HT>). F’din l-ipoteżi, japplika l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu. Dikjarazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni jikkunsidraw li d-Direttiva 2004/48 ma timponi l-ebda sistema ta’ responsabbiltà partikolari. Għaldaqstant, is-soluzzjoni għad-domanda magħmula taqa’ taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, suġġetta għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-vertenza ta’ oriġini, kif ukoll il-Kummissjoni, żiedu argumenti oħrajn insostenn tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom. Mill-ewwel jagħmlu riferiment għas-sentenza tat‑<DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Kawża Il‑Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C‑103/11 P, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Systran<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, mogħtija f’appell, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar in-natura — kuntrattwali jew mhux kuntrattwali— ta’ kawża li tippreżenta xebh ma’ dik attwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Free Mobile tinvoka l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li skontu kwalunkwe ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali jirriżulta f’obbligu ta’ kumpens ta’ natura mhux kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Free Mobile u l-Kummissjoni jagħmlu riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li skontha r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tkun ta’ natura residwa fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Minħabba li, jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-argumenti jieħu preċedenza, l-analiżi tad-Direttivi 2009/24 u 2004/48 tista’ ma tkunx indispensabbli, l-ewwel ser nittratta lilhom, iżda qabel ser nindirizza l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT> fl-ordinament Franċiż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ non‑cumul fid-dritt Franċiż. Eċċezzjonijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT> huwa msejjes fuq fatt li jista’ jikkostitwixxi, fl-istess ħin, nuqqas ta’ osservanza (jew osservanza difettuża) ta’ kuntratt u n-nuqqas ta’ twettiq ta’ dmir ta’ oriġini legali. Konsegwentement, it-talba għal kumpens tista’ tkun ibbażata fuq żewġ bażijiet legali — kuntrattwali u mhux kuntrattwali— li magħhom ġeneralment jiġu assoċjati sistemi proċedurali differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Tipikament, b’rabta mal-ġurisdizzjoni, il-preskrizzjoni tal-azzjonijiet rispettivi, il-prova jew il-portata tal-kumpens.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’din is-sitwazzjoni, ir-rikorrent għandu jingħata l-għażla bejn iż-żewġ titoli legali (il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja u r-Renju Unit) jew jiġi appoġġjat wieħed, bl-esklużjoni tal-ieħor (Franza u l-Belġju). F’dan l-aħħar każ, forsi l-espressjoni <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT> tista’ tiġi ssostitwita b’dik ta’ <HT TYPE="ITALIC">nuqqas ta’ għażla</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ġew invokati diversi ġustifikazzjonijiet għall-prinċipju. Minn naħa waħda, minn perspettiva prattika, permezz tiegħu jiġi evitat li r-rikorrent ikun jista’ jagħżel b’mod diskrezzjonali s-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli; b’dan il-mod jiġi protett il-ftehim u tinżamm is-saħħa vinkolanti tal-kuntratti. Min-naħa l-oħra, tiġi evitata responsabbiltà ċivili wiesgħa żżejjed (bħalma tkun dik tal-Artikolu 1242 tal-Kodiċi Ċivili Franċiż), mhux prevista mill-partijiet u kapaċi tpoġġi fil-periklu l-ekwilibriju kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-ordinament Franċiż jippermetti eċċezzjonijiet għall-imsemmi prinċipju: dan huwa l-każ, speċifikament, fir-rigward tal-privattivi u t-trade marks<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara iktar ’il fuq in-nota f’qiegħ il-paġna 7, li turi l-kwotazzjoni tal-liġijiet Franċiżi korrispondenti, li tagħmel riferiment għalihom il-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>. Fiż-żewġ każijiet, is-soluzzjoni turi fatti preċedenti fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fir-rigward tal-privattiva, fl-Artikolu 43 tal-Konvenzjoni ta’ Lussemburgu tal‑<DATE ISO="19751215">15 ta’ Diċembru 1975</DATE> li ma rnexxietx, li ġie rratifikat minn Franza (Loi n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 77‑681, tat‑<DATE ISO="19770630">30 ta’ Ġunju 1977</DATE>, ĠU tal‑<DATE ISO="19770701">1 ta’ Lulju 1977</DATE>, p. 3479). Fir-rigward tat-trade mark, fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>). Din id-dispożizzjoni tiġi riprodotta fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 110, p. 5</REF.DOC.OJ>). Ara wkoll l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fost ir-raġunijiet li jispjegaw l-irtirar tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ għażla f’dawn l-oqsma, hemm kunsiderazzjonijiet marbuta mal-eżawriment tad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, li ma humiex rilevanti għad-drittijiet tal-awtur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>P. Léger, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>La nature de la responsabilité dans l’hypothèse de la violation du périmètre d’une licence de logiciel<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <HT TYPE="ITALIC">Recueil Dalloz</HT>, 2018, p. 1320, taħt l-intestatura I.A.</P></NOTE>. Ma jidhirx li l-ispjegazzjoni hija xierqa fir-rigward tal-programmi tal-kompjuter<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24, kif ukoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ranks u Vasiļevičs</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:762">EU:C:2016:762</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iżda l-fatt jibqa’ li, għal-liċenzja ta’ programmi tal-kompjuter, la fid-dritt tal-Unjoni u lanqas f’dak Franċiż ma hemm dispożizzjonjiet simili għal dawk fis-seħħ għat-trade marks jew il-privattivi. Għalhekk, fi Franza, ir-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT> tiġi applikata f’dan ir-rigward, anki jekk l-implimentazzjoni tagħha taffaċċja ċerti diffikultajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għalhekk, il-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi), fid-deċiżjoni tagħha tal‑<DATE ISO="20160510">10 ta’ Mejju 2016</DATE> (Paris, pôle 5, n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 14/25055. https://www.doctrine.fr/d/CA/Paris/2016/R4668A71A97317DB905E0), iddikjarat inammissibbli l-azzjoni għal vjolazzjoni tad-drittijiet tal-awtur f’kawża relatata man-nuqqas ta’ qbil tal-partijiet dwar il-limiti ta’ liċenzja u dwar jekk kinux jinkludu programmi tal-kompjuter. Sena qabel, il-Cour d’appel de Versailles (il-Qorti tal-Appell ta’ Versailles, Franza), fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20150901">1 ta’ Settembru 2015</DATE> (nru 13/08074), iddeċidiet li r-rikors dwar l-isfruttament tal-programm għall-benefiċċju ta’ terzi mhux speċifikati fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>relatif aux droits patrimoniaux concédés et rélève tant de la responsabilité contractuelle que de l’atteinte portée au droit d’auteur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Madankollu, hemm interpretazzjonijiet differenti tad-deċiżjoni: ara Hadadd, S., u Casanova, A. (RLDI, 2015, n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 121). Id-deċiżjoni tal-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi), tat‑<DATE ISO="20070523">23 ta’ Mejju 2007</DATE>, Sté Tech - Airport c/Sté Arkad Informatique et autre, n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 06/09541, RLDI 2007, n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 28, obs. L. Costes et J.‑B. Auroux, tirrikonoxxi l-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> permezz ta’ użu tas-softwer li jaqbeż il-limiti tal-kuntratt.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-klassifikazzjoni f’kuntesti oħrajn: Systran u r-Regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza Systran</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Systran, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar kawża li tixbah lil dik li qiegħda tiġi analizzata, billi ddeċidiet dwar l-appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas‑<DATE ISO="20101226">26 ta’ Diċembru 2010</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Systran u Systran Luxembourg vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑19/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:526">EU:T:2010:526</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Konformement mal-fatti ta’ din il-kawża, il-Kummissjoni u l-Grupp Systran kienu marbuta għal diversi snin b’numru ta’ kuntratti għall-użu, mill-ewwel entità, ta’ programm ta’ traduzzjoni awtomatika, li t-tieni entità kienet id-detentur tiegħu. Iktar ’il quddiem, il-Kummissjoni għaddiet sabiex timplimenta s-servizzi ta’ fornitur ieħor għall-manutenzjoni u t-titjib lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tagħha. Fil-fehma ta’ Systran, permezz ta’ dan l-aġir, il-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħha, għalhekk ippreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni talbet l-inammissibbiltà tar-rikors minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, fid-dawl tan-natura kuntrattwali tal-kawża: fin-nuqqas ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, il-vertenzi ta’ din in-natura jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali. Minħabba li din l-eċċezzjoni ġiet miċħuda, il-Kummissjoni ppreżentat appell ta’ kassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja annullat, minħabba ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, billi kkritikatha talli kkunsidrat, b’mod żbaljat, in-natura mhux kuntrattwali tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tan-natura kuntrattwali tal-vertenza twettqet fil-kuntest tat-tqassim tal-kompetenzi, bejn il-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali, sabiex jiġu rrevokati azzjonijiet ta’ kumpens kontra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-kunċett ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, fis-sens tal-Artikoli 235 KE u 288(2) KE (attwalment l-Artikoli 268 TFUE u 340(2) TFUE) huwa ta’ natura awtonoma u għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-iskop tiegħu, li huwa li jippermetti t-tqassim imsemmi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Systran, punt 62.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ma neskludix li mis-sentenza Systran tista’ tittieħed xi tagħlima li tgħodd għal din il-kawża. Madankollu, ma naħsibx li minn dik is-sentenza għandha tiġi dedotta liema klassifikazzjoni tar-responsabbiltà (kuntrattwali jew mhux kuntrattwali) għandha ssir f’kuntest kompletament differenti, bħalma huwa dak tat-traspożizzjoni tad-Direttivi 2009/24 u 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-għanijiet ta’ dawn iż-żewġ direttivi huma, rispettivament, li jarmonizzaw il-protezzjoni sostantiva tal-proprjetà intellettwali fuq is-softwer u l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni proċedurali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, it-tnejn li huma mbiegħda mill-iskop imfittex mis-sentenza Systran. Ir-raġunament ta’ din, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ma jistax jissostitwixxi l-prinċipji li, fl-ordni interna tal-Istati Membri, jikkaratterizzaw iż-żewġ tipi ta’ responsabbiltajiet u jiddeterminaw it-trattament proċedurali tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-klassifikazzjoni fir-Regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-allegazzjonijiet ibbażati fuq l-inklużjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-Regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali, għandhom jiġu miċħuda wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li tissuġġerixxi Free Mobile, dan ir-regolament ma jikkunsidrax il-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali bħala avveniment dannuż li minnu jirriżulta obbligu mhux kuntrattwali. Dan jistabbilixxi l-liġi applikabbli għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (Artikolu 8(1)). Jekk, kif jista’ jiġri fir-rigward ta’ programmi tal-kompjuter, l-oriġini tas-setgħat esklużivi tal-awtur tal-programm li jkunu ġew miksura hija kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-liġi applikabbli ma tiġix deċiża konformement mar-Regolament Ruma II, iżda mar-Regolament (KE) Nru 593/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura residwa tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali: ir-Regolament Nru 1215/2012</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Lanqas ma għandu jiġi sostnut l-argument ibbażat fuq id-definizzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali li l-Qorti tal-Ġustizzja twettaq fir-rigward tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni, li ċertament tidher li tagħti natura sekondarja lir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, isservi biss għad-delimitazzjoni bejn il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 7 tar-regolament imsemmi, b’tali mod li jiġi evitat kumulu li jagħmilhom parzjalment inutli. Din id-delimitazzjoni ssir fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali f’kawżi transkonfinali u tissodisfa l-prinċipji proprji ta’ dan il-kuntest, għaldaqstant ma tistax tapplika f’kuntesti oħrajn, bħal dak tad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">E.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Protezzjoni tal-programmi tal-kompjuter.</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2009/24 u 2004/48</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/24 tirrikonoxxi l-importanza fundamentali tat-teknoloġija tal-programmi tal-kompjuter għall-iżvilupp industrijali tal-Unjoni. Filwaqt li ssemmi l-effetti negattivi li ċerti diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri jkollhom fuq il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-programmi tal-kompjuter, din tiġbor ir-regoli ta’ natura sostantiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7 tagħha, id-Direttiva 2009/24 ma tinkludix dispożizzjonijiet proċedurali.</P></NOTE>, li għandhom l-għan li jeliminawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, id-direttiva tinkludi l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detentur tal-programm, kemm fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali li dan il-programm huwa s-suġġett tagħhom, kif ukoll fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn id-detentur u terzi. B’mod partikolari, hemm eċċezzjonijiet għad-drittijiet esklużivi (imsemmija fl-Artikolu 4) li tipikament jagħmlu sens fil-kuntest ta’ kuntratt: dan huwa l-każ fir-rigward tal-eċċezzjoni li jibbenefika minnha dak li jikseb il-programm legalment (Artikolu 5(1)) jew il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>persuna li jkollha dritt li tħaddem il-programm<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (Artikolu 5(2)). Fl-Artikolu 6(1)(a) isir riferiment espliċitu għar-relazzjoni bejn id-detentur tad-dritt u l-persuna liċenzjata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/48</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tad-Direttiva 2009/24, id-Direttiva 2004/48 ma tinkludix regoli sostantivi, iżda dawk proċedurali. Il-punt ta’ tluq tagħha huwa l-ħtieġa li tipprovdi mezzi effettivi ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, peress li, fin-nuqqas tagħha, l-innovazzjoni u l-kreattività jiġu skoraġġiti u l-investiment jonqos (premessa 3). Sabiex jiġu limitati l-inugwaljanzi eżistenti bejn l-Istati Membri b’rabta ma’ dawn il-mezzi u l-effett ta’ distorsjoni potenzjali tagħhom fuq is-suq intern, din tistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni ta’ natura proċedurali jew fl-ambitu tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48 huwa limitat għal tliet perspettivi: l-oġġett protett (id-drittijiet), il-limiti tal-protezzjoni (il-ksur) u l-miżuri ta’ protezzjoni (mekkaniżmi ta’ protezzjoni armonizzati).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-oġġett, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji li tistabbilixxi d-direttiva japplikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (Artikolu 2 tad-direttiva, konformement mal-premessa 13)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Il-verżjoni Franċiża tal-Artikolu 2 tagħmel riferiment għall-<HT TYPE="ITALIC">kontravvenzjoni</HT> prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>à toute atteinte aux droits de propriété intellectuelle prévue<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), filwaqt li dik Ġermaniża, Spanjola, Taljana u Portugiża jassoċjaw il-previżjoni mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; dan isir ukoll fil-premessa 13 tad-direttiva fil-verżjoni Franċiża. L-Artikolu 2 tal-Proposta ta’ Direttiva, COM(2003) 46 final, bil-Franċiż, jindika l-istess sens u ma hemmx proposti għal emenda ta’ dan l-aspett fir-Rapport tal-Parlament tal‑<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE>, A5‑0468/2003. Il-formulazzjoni Ingliża tal-Artikolu 2(1) hija newtrali u ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk humiex allinjati ma’ dik Franċiża jew le. Jekk hemm diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura u l-iskop tar-regola li tinsab inkluża fiha, li jwassal għall-impressjoni li huma d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, id-drittijiet tal-awtur ikkonċernati jissemmew kemm fid-Direttiva 2009/24, kif ukoll fil-KPI (Artikoli L112‑2, L122‑6, u L122‑6 1), għalhekk huma koperti mid-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ksur li għalih tapplika d-Direttiva 2004/48, il-kunċett għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma, li tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest u l-għanijiet tar-regola. L-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kull<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-Artikolu 2 u l-għan globali tad-direttiva jippermettu li jiġi interpretat li tinkludi kwalunkwe ksur, inkluż dak li jirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza ta’ klawżola kuntrattwali b’rabta mal-isfruttament ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u, għaldaqstant, mas-setgħat li bil-liġi huma esklużivament tad-detentur tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni, l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/48 ma jneħħix il-protezzjoni li jipprovdu, b’mod speċifiku, atti komunitarji oħrajn. Fost dawn tal-aħħar hemm l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/250 (attwalment l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/24). Minħabba li l-każijiet irregolati f’dan tal-aħħar ma jikkorrispondux għal dawk deskritti fid-domanda preliminari, dan il-punt tad-direttiva ma jikkontestax il-konklużjoni preċedenti dwar l-applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Mezzi, proċeduri u rimedji għall-protezzjoni tad-drittijiet tad-detentur tal-programm tal-kompjuter</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/24 timponi fuq il-leġiżlatur nazzjonali l-obbligu li jipproteġi l-programmi tal-kompjuter permezz ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħol letterarju, iżda ma’ dan l-obbligu ma tassoċjax sistema legali bi preferenza jew esklużjoni ta’ oħra. Jiġifieri, ma tiħux deċiżjoni dwar jekk it-talba fir-rigward ta’ ksur tad-drittijiet tal-awtur, riżultat ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt, għandhiex tiġi indirizzata permezz tas-sistema tar-responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt komuni, jew tistax tkun koperta b’sistema oħra, bħal dik prevista fi Franza għall-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/48</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/48 lanqas ma timponi proċedura partikolari sabiex tiġi invokata r-responsabbiltà fil-konfront ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt li jirriżulta fi ksur ta’ dritt tal-awtur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni f’dan ir-rigward, fil-proposta tal-Kummissjoni ġie sostnut li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>huwa importanti li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tradizzjonijiet legali u s-sitwazzjoni proprja ta’ kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Ara COM(2003) 46, p. 17. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri huma marbuta bi strumenti internazzjonali dwar il-proprjetà intellettwali u industrijali amministrati mill-WIPO, kif ukoll mill-ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mal-kummerċ (TRIPs), li jinkludu dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Id-direttiva espressament tindika li ma għandhiex taffettwa l-obbligi internazzjonali eżegwiti mill-Istati fid-dawl ta’ dawn l-istrumenti (ara l-premessi 4 sa 6).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 3 tad-direttiva jitlob li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji, li l-Istati Membri jadottaw sabiex jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: għandhom ikunu ġusti, ekwi, effettivi, proporzjonati u dissważivi, mhux ikkumplikati jew għoljin għalxejn; ma għandhomx jinvolvu termini mhux raġonevoli jew dewmien mhux neċessarju; għandhom ikunu applikati mingħajr ma jinħolqu ostakoli għall-kummerċ legali u joffru salvagwardja kontra l-abbuż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kundizzjonijiet ma għandux jiġi dedott li d-Direttiva 2004/48 tagħżel li tagħti preferenza lill-protezzjoni ġudizzjarja li, fi Franza, tieħu l-forma ta’ <HT TYPE="ITALIC">action en contrefaçon</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-Artikolu L331 tal-KPI, fl-intestaturi differenti tiegħu, jirregola l-azzjonijiet ċivili u r-rikorsi dwar il-proprjetà letterarja u artistika. B’mod partikolari, l-Artikolu L331‑1‑4 jagħmel riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kundanni ċivili permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fl-astratt, jista’ jitqies li r-rimdeju fil-kuntest proċedurali proprju tal-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> jipprovdi protezzjoni ikbar lid-detentur tal-programm tal-kompjuter: il-kawżi jiġu assenjati lil ċerti qrati (Artikolu L331‑1 tal-KPI); is-sistema ta’ kumpens tinkludi l-possibbiltà li tingħata kundanna għad-danni li tmur lil hinn mill-kumpens sħiħ (Artikolu L331‑1‑3 tal-KPI); hemm aċċess għall-miżuri ta’ <HT TYPE="ITALIC">saisi‑contrefaçon</HT> tal-Artikoli L332‑1 sa L332‑4 tal-KPI. Madankollu, anki kieku dan kien<?PAGE NO="13"?> il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Għall-kuntrarju, ir-rikorrent għandu jagħti prova tal-oriġinalità tal-programm, li minnha tirriżulta l-protezzjoni f’termini tad-drittijiet tal-awtur u mhux kuntrattwali. Elementi rilevanti oħrajn, bħat-termini ta’ preskrizzjoni, huma identiċi irrispettivament mit-tip ta’ azzjoni.</P></NOTE>, li r-regoli msemmija ma japplikawx għal talba bbażata fuq kuntratt (permezz ta’ estensjoni, li r-rikorrent ma jiġix offrut l-għażla bejn azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> u azzjoni għal responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt komuni) ma jimplikax neċessarjament il-ksur tal-mandat ta’ protezzjoni tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jimponix li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji adottati fl-Istati Membri għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali jinkludu l-kwalitajiet imniżżla fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48 f’livell ogħla, jiġifieri, li jkunu l-<HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> effettivi, l-<HT TYPE="ITALIC">iktar</HT> dissważivi jew li jirriżultaw f’<HT TYPE="ITALIC">inqas</HT> ostakoli għall-kummerċ legali. Wieħed ma għandux jinsa li d-direttiva hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>minima<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (Artikolu 2(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A priori</HT>, ma hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li, meta d-dritt nazzjonali jindirizza t-talba fir-rigward ta’ ksur tal-proprjetà intellettwali permezz tas-sistema tar-responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt komuni, dan jagħmilha permezz ta’ miżuri, proċeduri jew rimedji li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni ta’ dan il-punt ma għandhiex issir mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, huwa essenzjali li kwalunkwe rimedju proċedurali disponibbli għad-detentur tad-dritt ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/48, tal-Artikolu 3 u tal-bqija. Għalhekk, pereżempju, jekk l-Artikolu 13 jeżiġi li jiġi kkalkolat il-kumpens billi jiġu bbilanċjati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>l-aspetti xierqa kollha<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, b’xi wħud jiġu indikati, il-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali ma’ din ir-regola titlob li titwettaq din l-evalwazzjoni kemm sabiex tiġi solvuta azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>, kif ukoll oħra bbażata fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt komuni. Ladarba din il-prekawzjoni tinżamm, ma għandu jkun hemm l-ebda oġġezzjoni — mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni — għall-ebda waħda miż-żewġ rimedji ġudizzjarji lanqas, permezz ta’ estensjoni, għall-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">non‑cumul</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">F.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Awtonomija proċedurali u limiti għal-libertà tal-leġiżlatur nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/48 għandha portata ristretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-livell ta’ protezzjoni huwa, nirrepeti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>minimu<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Kif diġà spjegajt, fost l-aspetti li ma tirregolax hemm ir-rimedju jew tip ta’ azzjoni sabiex jiġi kkontestat ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali li huwa, fl-istess ħin, nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Lanqas ma tittratta aspetti oħrajn li jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ azzjoni, bħan-natura tal-ġurisdizzjoni (komuni jew speċjalizzata) li tirrikonoxxi l-kontestazzjonijiet eventwali jew it-termini għall-preżentata tar-rikors. Inkluż fost l-aspetti li jissemmew, u li kellhom jiġu trasposti fl-ordinamenti nazzjonali, il-livell ta’ preċiżjoni tad-Direttiva 2004/48 ma huwiex dejjem l-istess, billi jikkoeżistu dispożizzjonijiet preċiżi ma’ oħrajn iktar ġenerali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-assenza ta’ regoli proċedurali b’oriġini fid-Direttiva 2004/48 jew għall-iżvilupp ta’ dawk li tinkludi, huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jistabbilixxi l-kuntest proċedurali sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li din tagħmel riferiment għalihom. Dan għandu jagħmlu konformement mar-regoli tad-direttiva proprja u, fi kwalunkwe każ, mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>W <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑621/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:484">EU:C:2017:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ekwivalenza</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni ta’ ekwivalenza tfisser li r-regola proċedurali nazzjonali ma tistax tittratta t-talbiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni b’mod inqas favorevoli mit-talbiet simili bbażati fuq id-dritt intern. L-analiżi jitwettaq f’żewġ stadji, billi fil-bidu jidentifika r-rimedju komparabbli fl-ordinament nazzjonali u sussegwentement isir il-paragun innifsu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk is-sitwazzjoni deskritta (it-trattament inqas favorevoli) isseħħx fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur fuq programmi tal-kompjuter fi Franza, fid-digrieti ma jidher l-ebda indizju li dan huwa l-każ. Għall-kuntrarju, jidher li hemm biss sistema unika applikabbli mingħajr distinzjoni għal kwalunkwe ksur ta’ dawn id-drittijiet (li tinkludi l-projbizzjoni ta’ akkumulazzjoni tal-azzjonijiet fit-termini diġà spjegati). Għaldaqstant, ma jinħolqux problemi ta’ ekwivalenza u d-dibattitu kien biss fil-kuntest tal-prinċipju ta’ effettività tal-mekkaniżmi proċedurali li d-dritt nazzjonali jipprevedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għat-trattament differenti tal-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> għal programmi tal-kompjuter meta mqabbla mal-azzjoni għal ksur tal-privattivi u t-trade marks. Madankollu, naħseb li ma hemmx biżżejjed elementi ta’ paragun bejn dawn l-azzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> ta’ privattivi u trade marks isservi ta’ protezzjoni għas-setgħat esklużivi tad-detentur li l-oriġini tagħhom hija legali. Għall-kuntrarju, b’rabta mal-programmi tal-kompjuter, ċerti atti li, taħt is-sistema komuni tal-proprjetà intellettwali jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tad-detentur, jiġu eżentati minnha bil-liġi, b’tali mod li d-detentur jirkupra biss l-esklużività jekk dan jiġi miftiehem permezz ta’ kuntratt. Għalhekk, skont l-att ikkonċernat, il-punt ta’ tluq jista’ jkun differenti minn dak fir-rigward ta’ privattivi u trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kemm fi Franza kif ukoll fuq livell internazzjonali, id-dibattitu dwar il-protezzjoni tal-programmi tal-kompjuter permezz ta’ privattivi jew ta’ drittijiet tal-awtur ġie riżolt favur dawn tal-aħħar. Skont l-Artikolu L611‑10(2)(c) tal-KPI, il-programmi tal-kompjuter ma jistgħux jingħataw privattivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-effettività</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-prinċipju ta’ effettività, il-fattur deċiżiv għal din il-kawża huwa jekk ir-regola Franċiża applikabbli għall-protezzjoni tas-softwer tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur mogħtija mid-dritt tal-Unjoni, billi ċċaħħad lid-detentur ta’ programm mill-azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT> meta (u minħabba li) l-ksur ta’ dawn id-drittijiet jimplika, fl-istess ħin, nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, is-sempliċi eżistenza tal-azzjoni għal responsabbiltà kuntrattwali tippermetti li jiġi kkonfermat li l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-awtur ma hijiex <HT TYPE="ITALIC">impossibbli</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Lanqas ma nemmen li s-sistema Franċiża f’dan ir-rigward tagħmel <HT TYPE="ITALIC">eċċessivament diffiċli</HT> l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, sal-punt li tiskoraġġixxi lill-persuna kkonċernata milli tagħti bidu għal proċedura ġudizzjarja. Anki jekk jista’ jiġi żgurat li, fl-astratt, il-persuna kkonċernata tkun f’sitwazzjoni aħjar meta tikkontesta permezz tal-<HT TYPE="ITALIC">contrefaçon</HT>, il-prinċipju ta’ effettività, bħala limitu għall-awtonomija proċedurali tal-leġiżlatur nazzjonali, ma jilħaqx dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva ta’ dan il-prinċipju, il-fattur rilevanti ma huwiex li jiġi ċċarat liema soluzzjoni hija dik li l-iktar tipproteġi d-dritt tad-detentur tal-programm tal-kompjuter, iżda jekk dik li hemm tagħmilx il-protezzjoni tiegħu eċċessivament diffiċli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Kif diġà indikajt, ma hemmx raġunijiet għalfejn jiġi preżunt <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji li jirregolaw talba fuq bażi kuntrattwali fi Franza jirriżultaw f’dawn id-diffikultajiet, sa ma jfixklu, fil-prattika, il-protezzjoni tad-drittijiet li għandhom id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur fuq is-softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fid-dawl tal-elementi rilevanti tal-azzjoni għal responsabbiltà kuntrattwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda preliminari tal-Cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza) kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, b’rabta mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-emenda tal-kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter, b’nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt ta’ liċenzja, tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jappartjenu għad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq il-programm, sakemm l-emenda ma tkunx eżentata minn awtorizzazzjoni konformement mal-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2009/24.</P></ITEM><ITEM><P>Il-bażi legali tal-azzjoni li detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter jista’ jeżerċita kontra l-persuna liċenzjata, minħabba ksur tas-setgħat proprji tad-detentur, hija ta’ natura kuntrattwali meta l-kuntratt ta’ liċenzja proprju jirriżerva dawn is-setgħat għad-detentur tal-programm, konformement mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/24.</P></ITEM><ITEM><P>Huwa l-leġiżlatur nazzjonali li għandu jiddetermina, konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48 u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività, il-modalitajiet proċedurali meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq il-protezzjoni tal-programm tal-kompjuter f’każ ta’ ksur tagħhom, meta dan ikun jimplika b’mod simultanju l-ksur ta’ dawn id-drittijiet u nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>