|
12.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/744
tat-2 ta’ Frar 2023
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2022/1172 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-kundizzjonalità għal ċerti pagamenti bbażati fuq l-erja skont il-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1172 (2) għandu l-għan li jiżgura t-tranżizzjoni bla xkiel mill-arranġamenti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1172 jistabbilixxi regoli tranżizzjonali rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116, sabiex jiġu evitati kostijiet u piżijiet amministrattivi eċċessivi relatati mal-kontrolli tal-kundizzjonalità applikati lill-benefiċjarji li jirċievu pagamenti bbażati fuq l-erja kemm fil-kuntest ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kif ukoll fil-kuntest ta’ programm tal-iżvilupp rurali implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(2) |
Madankollu, minħabba ommissjoni, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti bbażati fuq l-erja għall-afforestazzjoni, il-ħolqien ta’ msaġar, l-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali, il-pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, is-servizzi klimatiċi u ambjentali tal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti huma neqsin fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1172. Dak l-iżball jenħtieġ jiġi kkoreġut sabiex jiġu evitati kostijiet amministrattivi bla bżonn dovuti għat-trikkib tal-kontrolli tal-kundizzjonalità. Għaldaqstant jenħtieġ li r-referenzi għall-Artikolu 21(1), il-punti (a) u (b), u l-Artikoli 31 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu inklużi fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1172. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2022/1172 jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(4) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità fil-forniment ta’ kontrolli dwar il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità, kif imsemmi fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika b’mod retroattiv mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1172, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2022/1172
Fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1172, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“B’deroga mill-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-kontrolli dwar il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità, kif imsemmi fl-Artikolu 83 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jitwettqu fuq erjas appoġġati abbażi tal-Artikolu 21(1), il-punti (a) u (b), u tal-Artikoli 28, 29, 30, 31 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont dak ir-Regolament, meta l-benefiċjarju konċernat jirċievi pagamenti bbażati fuq l-erja wkoll fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1172 tal-4 ta’ Mejju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-politika agrikola komuni u l-applikazzjoni u l-kalkolu ta’ penali amministrattivi għall-kundizzjonalità (ĠU L 183, 8.7.2022, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).