12006E279

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU II - Disposizzjonijiet Finanzjarji . - Artikolu 279

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0169 - 0170
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0145 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0292 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0074 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 279

1. Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u jkun kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, għandu;

(a) jagħmel Regolamenti Finanzjarji li jistabbilixxu b'mod speċjali il-modalitajiet relativi għall-mod kif jiġu stabbiliti u implimentati l-estimi u kif isir ir-rendikont u jiġi verifikat.

(b) jiddetermina r-regoli u jorganizza l-kontroll ta' responsabbiltajiet tal-kontrolluri finanzjarji, ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw l-ordnijiet u ta' l-uffiċjali kontabbli.

Mill- 1 ta' Jannar 2007, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u jkun kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri.

2. Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, għandu jiffissa l-modalità u jistabbilixxi l-proċeduri dwar kif id-dħul mill-estimi kif previsti fl-arranġamenti li għandhom x’jaqsmu mar-riżorsi tal-Komunità jkun disponibbli għall-Kummissjoni, u jiddeterminal-miżuri li għandhom jiġu applikati, jekk meħtieġa, biex jintlaħqu l-bżonnijiet finanzjarji.

--------------------------------------------------