Official Journal L 308 , 23/12/1968 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0031
Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0580
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0031
English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0591
Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0037
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0128
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0128
Id-deċiżjoni tal-kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew tal-prodotti tal-petrolju (68/416/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 103 miġjub fih; Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 [1] li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea sabiex iżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti ta’ żejt mhux raffinat; Billi l-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva jagħmel dispożizzjonijiet għall-istabbiliment, skond il-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet, ta’ ħażniet ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru akkont ta’ impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor; Billi jidher xieraq li tiġi preskritta proċedura sabiex jiġi applikat fil-każ li dawn il-patti ta’ ftehim ma jintlaħqux fi żmien raġjonevoli jew ma jkunux qegħdin jiġu mħarsa; ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fejn ftehim bejn il-Gvernijiet kif provdut fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1968 ma jkunx intlaħaq bejn il-Gvernijiet konċernati f’perjodu ta’ żmien ta’ tmien xhur wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva jew billi dan il-ftehim ma ġiex imħares, il-Gvernijiet konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Gvernijiet konċernati miżuri xierqa sabiex jegħlbu dawn id-diffikultajiet. Artikolu 2 Fejn ma ntlaħaqx ftehim bejn il-Gvernijiet fi żmien tliet xhur wara l-proposta mill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa sabiex jintegħlbu d-diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal Direttiva, jew għal kull miżura oħra xierqa, quddiem il-Kunsill. Din il-proposta għandha tipprovdi b’mod partikolari għal proċedura li biha r-reġistrazzjoni, s-sorveljanza u t-trasport tal-ħażniet miżmuma fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu assigurati u għandhom jagħtu kont tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Diċembru 1968. Għall-Kunsill Il-President V. Lattanzio [1] ĠU L 308, tat-23.12.1968, p. 14. --------------------------------------------------