1997D0464 — MT — 29.09.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ġunju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/464/KE)

(ĠU L 198, 25.7.1997, p.33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-20 ta' Settembru 2004

  L 302

6

29.9.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ġunju 1997

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/464/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini ( 1 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE biex tattesta l-konformità ta’ prodott, “il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà”; billi dan ifisser li hu meħtieġ li wieħed jiddeċidi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hijiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konformità tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ċertifikat approvat hijiex meħtieġa għal dak l-iskop;

Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniki;

Billi ż-żewġ proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Filwaqt li l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiliatjiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibilità, mas-sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 1

1.  Il-prodotti mniżżla fl-Anness I se jkollhom il-konformità tagħhom affermata mill-proċeduri mniżżla f'Anness II.

2.  Meta l-prodotti msemmija f'paragrafu 1 jkunu suġġetti wkoll għal regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar, huma għandhom ikollhom il-konformità tagħhom affermata fir-rigward tal-karatteristiċi tar-reazzjoni għan-nar mill-proċeduri mniżżla f'Anness III.

▼B

L-Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness III għandha tiġi indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

Prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart ġewwa l-bini

Strumenti fejn il-kurrent jgħaddi b’lura: Xogħol ta’ pajpijiet għall-ventilazzjoni b’valvola biex tidħol l-arja minnha.

Settijiet għal stazzjon għall-ippumpjar ta’ ilma ta’ skart u impjanti li jerfgħu l-effluwenti.

Prodotti ta’ l-inġinerija dwar ilma ta’ skart barra l-bini

Settijiet u elementi għal impjanti ta’ trattament ta’ l-ilma ta’ skart u tagħmir ta’ trattament fuq il-post.

Tankijiet settiċi.

Kanal ta’ dranaġġ prefabbrikat.

Bokkaporti u kmamar ta’ spezzjoni.

Għotjien, taraġ tal ħadid, slielem u poġġamani għal ħofor għall-bokkaporti kmamar ta’ ispezzjoni, għotjien tal-kanali.

Separaturi.




L-ANNESS II

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART ĠEWWA L-BINI (1/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fli-standard(s) armonizzati rilevanti:



Prodott

Użu maħsub

Livell

jew klassi

Attestazzjoni

tas-sistema ta’ konformità

Strumenti ta’ kurrent li jimxi b’lura: xogħol ta’ pajpijiet li jħalli l-arja tgħaddi minn valvola għall-ventilazzjoni

Għall-użu ġewwa l-bini

 

4 (1)

(1)   Sistema 4: Ara l-Anness III il-punt 2(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-ILMA TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART ĠEWWA L-BINI (2/2)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu/i maħsuba

Livell(i)

jew klassi(jiet)

Attestazzjoni

tas-sistema(i) ta’ konformità

Settijiet għal stazzjon ta’ l-ippumpjar ta’ l-ilma ta’ skart u impjanti li jerfgħu l-effluwenti

Għall-użu ġewwa l-bini

 

3 (1)

(1)   Sistema 3: Ara l-Anness III il-punt 2(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi mplimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (1/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati rilevanti:



Prodott(i)

Użu/i maħsuba

Livell(i)

jew klassi(jiet)

Attestazzjoni

taas-sistemi ta’ konformità

Settijiet u elementi għal impjanti tat-trattament ta’ l-ilma ta’ skart u tagħmir ta’ trattament fuq il-post

—  Tankijiet settiċi

Li għandhom jintużaw użati barra l-bini, għal ilma tax-xita, effluwenti tal-ħmieġ u organiċi

 

3 (1)

(1)   Sistema 3: Ara l-Anness III il-punt 2(ii) mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (2/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitlub jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fli-standard(s) armonizzati rilevanti:



Prodott(i)

Użu/i maħsuba

Livell(i)

jew klassi(jiet)

Attestazzjoni

tas-sistemi ta’ konformità

Kanal prefabbrikat tad-dranaġġ

Li għandu jintuża barra l-bini, għall-ilma ta’ skart minn bini u xogħolijiet ta’ inġinerija ċivili inklużi t-toroq

 

3 (1)

(1)   Sistema 3: Ara l-Anness III il-punt 2(ii) mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

GRUPP TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ L-INĠINERIJA DWAR ILMA TA’ SKART BARRA L-BINI (3/3)

Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu/i) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ l-attestazzjoni ta’ konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

▼M1



Prodott(i)

Użu(i) maħsub(a)

Livell(i)

jew klassi)

Sistema(i) ta' affermazzjoni tal-konformità

Toqob u kmamar ta' l-ispezzjonar.

Turġien tal-ħadid, slielem u poġġamani għat-toqob u l-kmamar ta' l-ispezzjonar.

Biex jintużaw fil-karreġġjati, fiż-żoni ta' parkeġġ, fil-medda art għall-emerġenza (hard shoulders) u barra 'l bini

 

4 (1)

Separaturi

għall-ilma żejjed/dranaġġ mill-bini u minn xogħlijiet ta' l-inġinerija ċivili inkluż it-toroq

 

4 (1)

Għotjien ta' toqob għall-ispezzjonar u għotjien tal-gandotti

Biex jintużaw fiż-żoni għall-vetturi u għall-mixi

 

1 (2)

(1)   Sistema 4: Ara Anness III punt 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

(2)   Sistema 1: Ara Anness III punt 2 (i) tad-Direttiva 89/106/KEE.

▼B

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettiq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal xi karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed ma għandu ebda ħtieġa legali affattu għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

▼M1




ANNESS III

FAMILJI TAL-PRODOTTI

Prodotti ta' l-inġinerija ta' l-ilma żejjed ġewwa l-bini

Prodotti ta' l-inġinerija ta' l-ilma żejjed barra l-bini

Sistemi ta' l-affermazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-karatteristiċi tar-reazzjoni għan-nar

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(a) elenkat hawn taħt, CEN/Cenelac huwa mitlub li jispeċifika s-sistemi ta' l-affermazzjoni tal-konformità li ġejjin fir-rigward tal-karatteristiċi tar-reazzjoni għan-nar fl-istandard(s) armonizzati rilevanti:



Prodott(i)

Użu(i) maħsub(a)

Livell(i)

jew klassi

(Reazzjoni għan-nar)

Sistema(i) ta' affermazzjoni tal-konformità

Apparati għall-back-flow: pajpijiet ventilati b'valvoli li jippermettu d-dħul ta' l-arja

Għall-użi kollha meta jkunu suġġetti għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar

A1 (1), A2 (1), B (1), C (1)

1

Tagħmir għall-stazzjoni ta' l-ippompjar ta' l-ilma żejjed u impjanti li jtellgħu d-dranaġġ

 

A1 (2), A2 (2), B (2), C (2), D, E

3

Tagħmir u elementi għal impjanti għat-trattament ta' l-ilma żejjed u apparat għal trattament fuq il-post — Tankijiet settiċi

 

(A1 to E) (3), F

4

Kanal tad-dranaġġ prefabbrikat

 
 
 

Toqob u kmamar ta' l-ispezzjonar.

 
 
 

Taraġ tal-ħadid, slielem, poġġamani għat-toqob u l-kmamar ta' l-ispezzjonar.

 
 
 

Separaturi

 
 
 

Għotjien ta' toqob għall-ispezzjonar u għotjien tal-gandotti

 
 
 

(1)   Prodotti/materjali li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib tal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta' oġġetti li jżommu lura n-nar jew limitazzjoni ta' materjal organiku)

(2)   Prodotti/materjali mhux koperti minn nota f'qiegħ il-paġna (*).

(3)   Prodotti/materjali li ma jeħtiġux li jiġu ttestjati għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-klassi A1 skond id-Deċiżjoni 96/603/KE, kif emendata).

Sistema 1: Ara Anness III. 2.(i),tad-Direttiva89/106/KEE mingħajr ittestjar għall-verifika tal-kampjuni

Sistema 3: Ara Anness III. 2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

Sistema 4: Ara Anness III.2.(ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun b'tali mod li tkun tista' tiġi implimentata anke meta ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-eżekuzzjoni tkun determinata għal ċertu karatteristika, peress li mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollux lanqas rekwiżit legali wieħed għal din il-karatteristika (ara Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn xieraq, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi il-verifika ta' dawn il-karatteristiċi m'għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq jiddikjara l-eżekuzzjoni tal-prodott f'dak ir-rigward.



( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.