|
8.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/513
tas-7 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 (1) li tistabbilixxi Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq). |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1545 (2) li temenda l-mandat tal-EUAM Iraq u li testendieh sas-17 ta’ April 2020. |
|
(3) |
Wara r-Rieżami Strateġiku tal-EUAM Iraq, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-mandat tal-EUAM Iraq jiġi emendat u estiż sat-30 ta’ April 2022. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(5) |
L-EUAM Iraq tenħtieġ li jkollha ċellula ta’ proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUAM IRAQ tenħtieġ, skont il-ħtieġa, li tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi parir dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’oqsma marbutin mal-EUAM IRAQ u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. |
|
(6) |
L-EUAM Iraq ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 2 Objettivi L-objettivi strateġiċi tal-EUAM Iraq għandhom ikunu li:
Artikolu 3 Kompiti Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, l-EUAM Iraq għandha twettaq il-kompiti neċessarji f’konformità mad-dokumenti tal-ippjanar tagħha.”. |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq għall-perijodu mis-16 ta’ Ottubru 2017 sas-17 ta’ Ottubru 2018 għandu jkun ta’ EUR 17 300 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq għall-perijodu mit-18 ta’ Ottubru 2018 sas-17 ta’ April 2020 għandu jkun ta’ EUR 64 800 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq għall-perijodu mit-18 ta’ April 2020 sat-30 ta’ April 2022 għandu jkun ta’ EUR 79 500 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kull perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”; |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 14a Ċellula ta’ Proġetti 1. L-EUAM Iraq għandu jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUAM IRAQ għandha, skont il-ħtieġa, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi parir dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom u b’rispett dovut għall-qafas istituzzjonali tal-Unjoni f’oqsma marbutin mal-EUAM IRAQ u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. L-EUAM IRAQ għandha tkun awtorizzata tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew ta’ Stati terzi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b’mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUAM IRAQ, jekk il-proġett ikun:
L-EUAM IRAQ għandha tikkonkludi arranġament ma’ dawk l-Istati, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kwalunkwe ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EUAM IRAQ fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-Rappreżentant Għoli responsabbli ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EUAM IRAQ fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta’ Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 17, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Hija għandha tapplika sat-30 ta’ April 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1545 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 31).