European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3833

14.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11246 — ROLEX / BUCHERER)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3833)

1.   

Fis-6 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Rolex Holding SA (“Rolex”, l-Iżvizzera),

—

Bucherer Holding AG u Bucherer Immobilien AG (“Bucherer”, l-Iżvizzera).

Rolex se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Bucherer kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Rolex hija attiva prinċipalment fl-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ arloġġi prestiġġjużi u lussużi kif ukoll il-bejgħ tagħhom lill-bejjiegħa bl-imnut fid-dinja kolha, inkluż fiż-ŻEE,

—

Bucherer hija attiva prinċipalment fil-bejgħ ta’ arloġġi ta’ lussu ġodda fjamnati u second hand kif ukoll ta’ ġojjellerija fina lill-konsumaturi finali u, sa ċertu punt, il-manifattura indipendenti ta’ arloġġi tal-idejn u ġojjellerija taħt il-marki tagħha stess, Carl F. Bucherer u Bucherer Fine Jewellery, fl-Awstrija, fid-Danimarka, fi Franza, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, u fl-Iżvizzera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Każ M.11246 — ROLEX / BUCHERER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3833/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)