2003D0043 — MT — 23.05.2007 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-klassijiet ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti għall-bini (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 4807) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 013, 18.1.2003, p.35) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 201 |
25 |
8.8.2003 |
||
|
L 276 |
77 |
7.10.2006 |
||
|
L 131 |
21 |
23.5.2007 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Jannar 2003
li tistabbilixxi l-klassijiet ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti għall-bini
(notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 4807)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2003/43/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva 89/106/KEE tikkuntempla li sabiex jittieħed kont tal-livelli differenti tal-protezzjoni għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista' jkun meħtieġ li jkunu stabbiliti fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet korrespondenti għall-imġieba ta' prodotti fir-rigward ta' kull ħtieġa essenzjali. Dawk id-dokumenti ġew ippubblikati bħala il-“Komunikazzjoni tal-Kommissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ( 3 )”. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-ħtieġa essenzjali tas-sigurtà fil-każ ta' nirien, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta' miżuri inter-relatati li flimkien jiddiffenixxu l-istrateġija tas-sigurtà ta' kontra n-nirien żviluppata b'mod divers mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u t-tixrid ta' nar u duħħan f'żona partikolari billi jkun limitat il-potenzjal ta' prodotti għall-bini li jikkontribwixxu għal żvilupp komplet ta' nar. |
|
(4) |
Il-livell ta' dik il-limitazzjoni jista' jkun espress biss f'termini tal-livelli differenti ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom. |
|
(5) |
Bħala soluzzjoni armonizzata, sistema ta' klassijiet kienet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti għall-bini ( 4 ). |
|
(6) |
Fil-każ ta' ċerti pannelli ibbażati fuq l-injam, huwa meħtieġ li tkun użata l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE. |
|
(7) |
L-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta' ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-bini, fi ħdan il-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u suffeċjentament magħrufa sewwa mar-regolaturi tan-nar fl-Istati Membri hekk li dawn ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal dik il-karatteristika partikolari ta' l-imġieba. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-prodotti u/jew il-materjali għall-bini li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha tal-karatteristika tal-imġieba “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta' aktar testijiet huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
Il-klassijiet speċifiċi li għandhom ikunu applikati għal prodotti u/jew materjali diversi tal-bini, fi ħdan il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-prodotti għandhom ikunu meqjusa b'relazzjoni ma l-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom, meta relevanti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
It-tabelli miġjuba f'dan l-anness jelenkaw prodotti u/jew materjali għall-bini li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha tal-karatteristika tal-imġieba “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta' testijiet.
Tabella 1
Klassijiet għall-imġiba tar-reazzjoni għan-nar tal-pannelli b’bażi ta’ l-injam
|
Prodott |
Standard EN tal-prodott |
Kondizzjoni ta’ użu finali (6) |
Densità minima (kg/m3) |
Ħxuna minima (mm) |
Klassi (7) (bl-esklużjoni tal-kisi għall-art) |
Klassi (8) (kisi għall-art) |
|
Particleboard imwaħħla bis-siment (1) |
EN 634-2 |
mingħajr spazju għall-arja wara l-pannell |
1 000 |
10 |
B-s1, d0 |
Bfl-s1 |
|
Fibreboard, iebes (1) |
EN 622-2 |
mingħajr spazju għall-arja wara l-pannell b’bażi ta’ l-injam |
900 |
6 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
Fibreboard, iebes (3) |
EN 622-2 |
bi spazju magħluq għall-arja mhux aktar minn 22 mm wara l-pannell b’bażi ta’ l-injam |
900 |
6 |
D-s2, d2 |
— |
|
EN 312 |
mingħajr spazju għall-arja wara l-pannell b’bażi ta’ l-injam |
600 |
9 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 622-2 EN 622-3 |
||||||
|
EN 622-5 |
||||||
|
EN 300 |
||||||
|
EN 636 |
-“- |
400 |
9 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 13353 |
12 |
|||||
|
EN 15197 |
-“- |
450 |
15 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 312 |
bi spazju magħluq jew miftuħ għall-arja mhux aktar minn 22 mm wara l-pannell b’bażi ta’ l-injam |
600 |
9 |
D-s2, d2 |
— |
|
|
EN 622-2 EN 622-3 |
||||||
|
EN 622-5 |
||||||
|
EN 300 |
||||||
|
EN 636 |
-“- |
400 |
9 |
D-s2, d2 |
— |
|
|
EN 13353 |
12 |
|||||
|
EN 312 |
bi spazju magħluq għall-arja wara l-pannell b’bażi ta’ l-injam |
600 |
15 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 622-3 |
||||||
|
EN 622-5 |
||||||
|
EN 300 |
||||||
|
EN 636 |
-“- |
400 |
15 |
D-s2, d1 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 13353 |
D-s2, d0 |
|||||
|
EN 15197 |
-“- |
450 |
15 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 312 |
pannell b’bażi ta’ l-injam |
600 |
18 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 622-3 |
||||||
|
EN 622-5 |
||||||
|
EN 300 |
||||||
|
EN 636 |
-“- |
400 |
18 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
EN 13353 |
||||||
|
EN 15197 |
-“- |
450 |
18 |
D-s2, d0 |
Dfl-s1 |
|
|
Particleboard (5) |
EN 312 |
ikun xi jkun |
600 |
3 |
E |
Efl |
|
OSB (5) |
EN 300 |
|||||
|
MDF (5) |
EN 622-5 |
-“- |
400 |
3 |
E |
Efl |
|
250 |
9 |
E |
Efl |
|||
|
Plywood (5) |
EN 636 |
-“- |
400 |
3 |
E |
Efl |
|
Fibreboard, iebes (5) |
EN 622-2 |
-“- |
900 |
3 |
E |
Efl |
|
Fibreboard, medju (5) |
EN 622-3 |
-“- |
400 |
9 |
E |
Efl |
|
Fibreboard, artab |
EN 622-4 |
-“- |
250 |
9 |
E |
Efl |
|
(1) Immontat mingħajr spazju għall-arja direttament ma’ prodotti d0 ta’ klassi A1 jew A2-s1, b’densità minima ta’ 10 kg/m3 jew ta’ l-anqas ta’ prodotti d2 ta’ klassi D-s2 b’densità minima ta’ 400 kg/m3. (2) Substratt ta’ materjal ta’ iżolazzjoni mis-sħana taċ-ċelluloża ta’ l-anqas ta’ klassi E jista’ jiġi inkluż jekk immontat direttament mal-pannell b’bażi ta’ l-injam, iżda mhux għall-kisi ta’ l-art. (3) Immontat bi spazju għall-arja warajh. Il-faċċata ta’ wara tal-kavità għandha tikkonsisti ta’ l-inqas minn prodotti d0 ta’ klassi A2-s1, b’densità minima ta’ 10 kg/m3. (4) Immontat bi spazju għall-arja warajh. Il-faċċata ta’ wara tal-kavità għandha tikkonsisti ta’ l-anqas minn prodotti d2 ta’ klassi D-s2, b’densità minima ta’ 400 kg/m3. (5) Pannelli miksija bil-fuljetti, bil-wiċċ tal-fenol u tal-melamine huma inklużi għall-klassi bl-esklużjoni tal-kisi għall-art. (6) Ilqugħ għall-fwar bi ħxuna sa 0.4 mm u massa sa 200 g/m2 tista’ tiġi mmontata bejn il-pannell b’bażi ta’ injam u substratt jekk m’hemmx spazji għall-arja bejniethom. (7) Il-klassi kif prevista fit-Tabella 1 ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/EC. (8) Il-klassi kif prevista fit-Tabella 2 ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/EC. |
||||||
Tabella 2
Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' twavel tal-ġipsum
|
Tavla tal-ġipsum |
Ħxuna nominali tat-tavla (mm) |
Qalba tal-ġipsum |
Kontenut ta' karti () (g/m2) |
Sottostrat |
Klassi () (bl-esklużjoni tal-kisi għall-art) |
|
|
Densità (kg/m3) |
Klassi ta' reazzjoni għan-nar |
|||||
|
Konformi ma' l-EN 520 (minbarra twavel bit-toqob) |
≥ 6,5 < 9,5 |
≥ 800 |
A1 |
≤ 220 |
Kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0 |
A2-s1, d0 |
|
> 220 ≤ 320 |
B-s1, d0 |
|||||
|
≥ 9,5 |
≥ 600 |
≤ 220 |
Kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0 jew kwalunkwe prodott ta' insulazzjoni ta' għall-inqas il-klassi E-d2 immuntat skond il-metodu 1 |
A2-s1, d0 |
||
|
> 220 ≤ 320 |
B-s1, d0 |
|||||
|
(1) Determinat skond l-EN ISO 536 u b'mhux aktar minn kontenut ta' 5 % addittiv organiku. (2) Klassijiet kif previsti fit-Tabella 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/EC. |
||||||
Immuntar u twaħħil
It-twavel tal-ġipsum għandhom jiġu mmuntati u jitwaħħlu permezz ta' wieħed mit-tliet metodi li ġejjin:
Metodu 1 – Imwaħħla mekkanikament ma' sottostruttura ta' sostenn
It-twavel tal-ġipsum, jew (fil-każ ta' sistemi b'diversi saffi) għall-inqas is-saff tal wiċċ tat-twavel, għandu jitwaħħal mekkanikament ma' sottostruttura tal-metall (magħmula minn komponenti ddettaljati f'EN 14195) jew sottostruttura ta' l-injam (skond l-EN 336 u l-EN 1995-1-1).
Meta s-sottostruttura jkollha traversi ta' sostenn f'direzzjoni waħda biss, id-distanza massima bejn it-traversi ta' sostenn m'għandhiex tkun aktar minn 50 darba l-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum.
Meta s-sottostruttura tipprovdi traversi ta' sostenn f'żewġ direzzjonijiet, id-distanza massima fi kwalunkwe direzzjoni m'għandhiex tkun ta' aktar minn 100 darba l-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum.
L-ingasti mekkaniċi għandhom ikunu viti, stejpils jew imsiemer li għandhom jitwaħħlu billi jgħaddu mill-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum għal ġewwa s-sottostruttura f'ċentri ta' mhux aktar minn 300 mm mkejla għat-tul ta' kull waħda mit-traversi ta' appoġġ.
Wara t-twavel tal-ġipsum jista' jkun hemm spazju ta' arja, jew prodott ta' insulazzjoni. Is-sottostrat jista' jkun:
a) kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott ta' għall-inqas il-klassi A2-s1, d0 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 6.5 mm u < 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 800 kg/m3 densità fil-qalba, jew
b) kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott ta' għall-inqas il-klassi A2-s1, d0 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 600 kg/m3 densità fil-qalba, jew
ċ) kwalunkwe materjal ta' insulazzjoni li jkun għall-inqas tal-klassi E-d2 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 600 kg/m3 densità fil-qalba.
Kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin għandu jkollha vojt ta' ≤ 4 mm wisgħa. Din id-dispożizzjoni tapplika għal kwalunkwe ġonta indipendentement minn jekk il-ġonta tkunx sostnuta direttament minn traversa ta' sostenn fis-sottostruttura u indipendentement minn jekk il-ġonta tkunx mimlija b'materjali li jġonġu.
Fil-każijiet a) u b) kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin, li ma tkunx sostnuta direttament minn traversa ta' sostenn fis-sottostruttura u li għandha vojt ta' > 1 mm wisgħa, għandha timtela kompletament b'materjal li jġonġi kif speċifikat fl-EN 13963 (il-ġonot l-oħra jistgħu ma jimtlewx).
Fil-każ c) il-ġonot kollha bejn it-twavel ma' ġenb xulxin għandhom jimtlew kompletament b'materjal li jġonġi kif speċifikat fl-EN 13963.
Metodu 2 – Imwaħħla mekkanikament ma' sottostrat solidu bbażat fuq l-injam
It-twavel tal-ġipsum għandhom jitwaħħlu mekkanikament ma' sottostrat solidu bbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3.
M'għandu jkun hemm l-ebda kavità bejn it-twavel tal-ġipsum u s-sottostrat.
L-ingasti mekkaniċi għandhom ikunu viti, stejpils u msiemer. Id-distanza bejn l-ingasti mekkaniċi għandu jikkorrispondi mar-regoli mogħtija hawn fuq għall-metodu 1.
Kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin għandu jkollha vojt ta' ≤ 4 mm wisgħa u tista' ma timteliex.
Metodu 3 – Imwaħħla jew inkullati mekkanikament ma' sottostrat solidu (sistema “dry lining”)
It-twavel tal-ġipsum għandhom jitwaħħlu direttament ma' sottostrat solidu bi klassifika tar-reazzjoni għan-nar li hi għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0.
It-twavel tal-ġipsum jistgħu jitwaħħlu permezz ta' viti jew imsiemer li jgħaddu mill-ħxuna tat-twavel għall-ġewwa s-sottostrat solidu jew jistgħu jiġu inkullati mas-sottostrat permezz ta' “dabs” ta' kolla ibbażat fuq il-ġipsum kif speċifikat fl-EN 14496.
Fi kwalunkwe każ il-viti jew l-imsiemer jew id-“dabs” għat-twaħħil għandhom jitqiegħdu f'ċentri weqfin jew mimdudin b'massimu ta' 600mm.
Il-ġonot kollha bejn it-twavel tal-ġipsum jistgħu ma jimtlewx.
Tabella 3
Klassijiet ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta'pannelli laminati dekorattivi ta'pressjoni għolja
|
Pannelli laminati dekorattivi ta'pressjoni għolja (1) |
Dettalji tal-prodott |
Densità minima (kg/m3) |
L-inqas ħxuna totali (mm) |
Klassi (2) (ħlief għall-qiegħa ta' l-art) |
|
Grad tal-parti ta'ġewwa mhux FR ta'Pannelli Kumpatti HPL (3) |
HPL kumpatt skond EN 438-4 tip CGS |
1 350 |
6 |
D-s2, d0 |
|
Grad tal-parti ta'ġewwa mhux FR ta' pannelli komposti HPL b'sustrati b'bażi ta'l-injam (3) |
Panweijiet komposti b'HPR ta'grad mhux FR skond il-ħtigijiet t'EN 438-3, inkollati maż-żewg naħat tal-parti ċentrali bbażat fuq l-injam ggradat mhux FR b'ħxuna minima ta'12mm skond EN 13986, bl-użu ta PVAc jew materjal li jwaħħal u li huwa thermosetting b'rata t'applikazzjoni ta'60 sa 120 g/m2 |
Parti ċentrali bbażat fuq l-injam densità minima 600 HPL densità minima 1 350 |
12 mm parti ċentrali bbażat fuq l-injam b'HPL = 0,5 mm marbutin maż-zewġ naħat |
D-s2, d0 |
|
(1) Jew iffissati direttament (jiġifieri mingħajr spazju bl-arja) ma'materjal b'reazzjoni għan-nar ta'A2-s1, d0 jew aħjar u densità ta'mhux anqas minn 600kg/m3, jew immuntat fuq tavla tal-metal (qafas ta'l-irfid) b'spazju t'arja mhux ventilata (jiġifieri l-ispazju miftuħ fuq biss) ta'mhux anqas minn 30 mm, il-faċċata opposta tal-kavità ffurmata b'tali mod illi jkollha reazzjoni għan-nar ta A2-s1, d0 jew aħjar. (2) Klassijiet skond Tabella 1 ta'l-Anness tad-Deċizjoni 2000/147/KE. (3) Skond l-Istandard Ewropew EN 438-7. |
||||
Tabella 4
Klassijiet ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta'prodotti strutturali ta'l-injam (1)
|
Dettalji tal-prodott |
Densità medja minima (3) (kg/m3) |
Ħxuna minima totali (mm) |
Klassi (2) (ħlief ghall-qiegħa ta' l-art) |
|
|
Prodotti strutturali ta'l-injam |
Prodotti strutturali ta'l-injam iggradati bil-magna u viżwalment b'cross-section rettangolari iffurmat bis-serrar, ċanar jew metodi oħra jew b'cross-sections tondi. |
350 |
22 |
D-s2, d0 |
|
(1) Japplika għall-ispeċi kollha skond l-istandard tal-prodotti (2) Il-klassijiet huma previsti f'Tabella 1 ta'l-Anness tad-Deċizjoni 2000/147/KE (3) Kunsizzjonata skond EN 13238. |
||||
( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.
( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.
( 3 ) ĠU C 62, tat-28.2.1994, p. 1.
( 4 ) ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14.