European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2263

8.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2263

tat-8 ta’ Ottubru 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod u persistenti tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna bil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni ser tkompli tipprovdi, f’koordinazzjoni ma’ sħab u alleati tal-istess fehma, appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku komprensiv lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni serja reċenti mir-Russja, inkluż attakki bil-missili u bid-droni fuq skala kbira kontra persuni ċivili fl-Ukrajna. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuna waħda jenħtieġ li tinżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.


ANNESS

Il-persuna li ġejja tinżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2121.

Olga Alekseevna BELYAVTSEVA

bir-Russu: Ольга Алексеевна БЕЛЯВЦЕВА

Funzjoni: negozjanta, imprenditriċi, sid tal-kumpaniji Agronom-Sad, Biplast, Assol, Everest, Evermount Capital Group

Data tat-twelid: 25.10.1969

Post tat-twelid: Lipetsk, eks Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Numru tal-Passaport: 768613166 (Russian Federation)

Olga Alekseevna Belyavtseva hija negozjanta, imprenditriċi u sid Russa tal-kumpaniji Agronom-Sad, Biplast, Assol, Everest u Evermount Capital Group. Il-kumpaniji tagħha huma attivi fis-setturi tal-agrikoltura, tal-manifattura, tal-finanzi, tal-konsultazzjoni, tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli. Skont kliemha stess, il-kumpanija tagħha Agronom-Sad tokkupa pożizzjoni ewlenija fis-settur agrikolu fir-Russja u rċeviet sussidji mill-gvern Russu.

Għalhekk, Olga Alekseevna Belyavtseva hija negozjanta ewlenija li topera fir-Russja u negozjanta involuta f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.10.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2263/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)